Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307
minn Cristian Antony Muscat WAQT konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew fil-grawnd ta' Marsaxlokk FC, komplew jingħataw iktar dettalji rigward il-ftehim ta' ġemellaġġ milħuq bejn Marsaxlokk FC u s-Settur Ġovanili ta' Atalanta biex in-Nursery tax-Xlukkajri imorru Bergamo, l-Italja, biex hemmhekk jitħarrgu taħt il- gwida ta' kowċis kwalifikati Taljani waqt li anki l-kowċis Maltin qed ikollhom l-opportunità li jitgħallmu mill-għarfien wiesa' li jippossjedu l-kowċis Taljani ta' Atalanta fl-futbol. Il-konferenza stampa ġiet indirizzata mill- president ta' Marsaxlokk FC, Frank Cini, il-Head Coach tat-tim tal-kbar kif ukoll tan-Nursery tal- Ixlukkajri, Sergio Soldano, kif ukoll minn Loris Margotto li huwa l-persuna responsabbli mis-Settur Ġovanili ta' Atalanta. Beda biex tkellem il- president ta' Marsaxlokk FC, Frank Cachia, li qal li jħoss li kienet teżisti xi ħaġa mhux flokha f 'pajjiżna f 'dak li għandu x'jaqsam ma' settur tal-futbol taż-żgħażagħ, u jaspira li permezz ta' dan il- ġemellaġġ bejn Marsaxlokk u Atalanta, ikun hemm almenu player wieħed li jieħu l-futbol bis-serjetà u jibda avventura ġdida tal-futbol fl-Italja jew anki f 'xi pajjiż ieħor. Hekk biss skont hu, li hija wkoll il- fehma ta' ħafna esponenti tal- futbol lokali, jista' tabilħaqq il-futbol Malti jimxi 'l quddiem. Huwa kompla li jinsab ferm kuntent bil- mod kif l-affarijiet huma għaddejjin bħalissa bejn iż- żewġ klabbs, li jawgura ferm tajjeb għall-futur. Huwa stqarr li kien ta' unur kbir għall-klabb ġej mir- raħal żgħir ta' Marsaxlokk li jagħmel ġemellaġġ ma' klabb ġej mill-belt kbira ta' Bergamo fl-Italja - Atalanta. Huwa qal li jemmen li dan se jkun qed iħalli l-frott mixtieq għat-tim ta' Marsaxlokk fil-futur ġejjieni, waqt li jħoss li żgur se jkunu qed jaħsdu l-frott mixtieq ta' dak li qed jiżirgħu bħalissa, waqt li kkonkluda billi qal li Marsaxlokk huwa wieħed mit-timijiet Maltin li minn dejjem ta ċertu importanza lis-settur taż-żgħażagħ. Mistoqsi minn din il-gazzetta x'qed iqis li huma l-aspirazzjonijiet ta' Marsaxlokk FC għal dan l-istaġun u jekk din hijiex il-promozzjoni għall- Ewwel Diviżjoni, huwa qal li għalkemm għadu kmieni biex wieħed jgħid, iżda meta wieħed iqis li 10 snin ilu, ix-Xlukkajri kienu champions ta' Malta, żgur li dan il-klabb jixraqlu ferm iktar milli jilgħab fit-Tieni Diviżjoni. Tkellem ukoll il-persuna responsabbli mis-settur ġovanili ta' Atalanta, Loris Margotto, li afferma li jemmen li t-tfal u ż-żgħażagħ Maltin jippossjedu talent b'saħħtu fil-futbol daqs kull persuna oħra fl-erbat irjieħ tad-dinja. Madankollu, huwa kompla li ma jistax jifhem kif minn pajjiż ta' aktar minn 400,000 ruħ, ma jeżistix plejer wieħed Malti u qatt m'eżista li rnexxielu jagħmilha fl-ogħla diviżjoni tal-futbol fl-Italja, jiġifieri s-Serie A. Huwa semma l-eżempju ta' pajjiżu, fejn saħaq li meta jieħu l-popolazzjoni tal-Italja, huwa stmat li wieħed minn 70,000 persuna jirnexxielu jilgħab fis-Serie A b'suċċess. Mistoqsi minn din il-gazzetta jekk huma għandhomx xi ftehim ma' xi klabb Malti ieħor rigward ġemellaġ, huwa qal li għalkemm fil-passat kienu jeżistu tipi ta' ġemellaġġi mhux uffiċjali ma' klabbs Maltin, illum il-ġurnata l-uniku ġemmellaġġ li għandhom f 'Malta bħala Atalanta FC huwa wieħed - dak esklussivament ma' Marsaxlokk FC. Huwa żied li jixtieq li jibnu relazzjoni tajba mal-MFA biex eventwalment jipprovdu tfal anke għall-Iskola Nazzjonali tal-Isport. Tal-istess fehma kien il-Head Coach tat-tim tal- Kbar kif ukoll tan-Nursery ta' Marsxalokk FC, Sergio Soldano, li qal li s-settur taż- żgħażagħ ta' kull tim huwa wieħed indispensabbli għal kull klabb għax jirrapreżenta l-futur tiegħu. Huwa kompla li Marsaxlokk ħadmu bil- għaqal u għamlu l-aħjar użu possibbli mill-plejers prodotti tagħhom, grazzi għax-xogħol imprezzabbli li jsir min-Nursery ferm ħabrieka tagħhom. Mistoqsi minn din il-gazzetta, kif iħoss li l-esperjenza li huwa jippossjedi bħala kowċ, fejn fost oħrajn fil-passat riċenti, kien anke kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt is- 17-il sena, u anke ta' timijiet oħra fis-settur taż-żgħażagħ fl-Italja, tista' tgħinu biex jagħti l-aħjar kontribut tiegħu kemm fin-nursery kif ukoll fit-tim tal-kbar ta' Marsaxlokk FC, huwa qal li jinsab konxju mill-fatt li d-dmir ewlieni tiegħu huwa dak li jittrażmetti l-esperjenza kollha li għandu fil-futbol lill-plejers kollha li jikkowċja, speċjalment lil dawk l-aktar żgħar fl-età. L-ILLUM talbet ukoll lil Sergio Soldanoa jagħti iktar dettalji kif jirnexxielu jlaħħaq mal-coaching ta' dawn iż-żewġ dipartimenti fi ħdan il-klabb ta' Marsaxlokk FC, li jvarjaw minn tfal ta' ħames snin sa plejers ta' 'l fuq minn 30 sena, fejn huwa kien pront wieġeb li għalkemm din mhix xi ħaġa faċli li ssir, qed jagħmel mill-aħjar li jista' biex jagħti l-aħjar kontribut tiegħu fiż-żewġ dipartimenti. fejn tabilħaqq jaħseb li qed jirnexxielu jagħmel dan bl- aħjar mod possibbli. Tajjeb wieħed jirrimarka li n-nursery ta' Marsaxlokk hija esklussivament l-uniku nursery f 'pajjiżna li tagħmel parti mill-akkademja ta' Atalanta BC. Kull tifel Malti li jixtieq li jitħarreġ ma' Atalanta BC irid ikollu l-approvazzjoni tal-klabb Xlukkajr. Minbarra dan, fost il-bosta benefiċċji li se jiggwadanja minnhom il- klabb Xlukkajr hemm żewġ kowċis Taljani għas-servizz tal-klabb matul l-istaġun kollu. Rimarakabbli huwa l-fatt li mis-Settur Ġovanili ta' Atalanta ħarġu ismijiet kbar u li llum qed jagħmlu isem fis-Serie A fl-Italja, fosthom il-captain ta' AC Milan, Riccardo Montolivo, il-midfielder tar-Rossoneri, Giacomo Bonaventura, u l-plejer ta' Napoli, Manolo Gabbiadini. illum Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 Sports 36 DWARNA ma' Mariella Dimech kull nhar ta' Tlieta fid-21:00 fuq TVM2 Tkompli b'suċċess l-esperjenza ta' ġemmellaġġ bejn Marsaxlokk FC u Atalanta FC Frank Cini, Loris Margotto u Sergio Soldano jindirizzaw lill-media preżenti