Illum previous editions

ILLUM 18 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 39

Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 33 CHELSEA kkonsolidaw posthom fil-quċċata tal- klassifika tal-Kampjonat Barclays Premier fl- Ingilterra bi 43 punt, meta barra minn darhom għelbu lil Crystal Palace bl-iskor minimu ta' 1-0, bil-gowl uniku għalihom jasal mill- attakkant internazzjonali Spanjol, Diego Costa, fl-44 minuta. Tajjeb ngħidu li din kienet il-11-il rebħa konsekuttiva għat-tim immexxi mill-kowċ Taljan, Antonio Conte. B'hekk issa l-Blues fetħu vantaġġ ta' disa' punti fuq Arsenal u Liverpool, li iżda jkunu impenjati llum u għada rispettivament. Middlesbrough ġewwa darhom għelbu lil Swansea City bl-iskor ta' 3-0, biex b'hekk komplew ikabbru l-problemi tat-tim minn Wales. It-tliet gowls għal Middlesbrough fil-partita waslu minn doppjetta ta' Alvaro Negredo fit-18 u fid- 29 minuta u minn Marten De Roon fit-58 minuta. Stoke City ġewwa darhom temmew l-isfida kontra Leicester City fi draw ta' 2-2, u dan wara li kienu żewġ gowls minn fuq. Iż-żewġ gowls għalihom waslu minn penalti ta' Bojan Krkic fid-39 minuta u minn Joe Allen fil-45 minuta. Min-naħa l-oħra, il-gowls għall-Foxes waslu minn José Leonardo Ulloa fl-74 minuta u minn Daniel Amartey fit-88 minuta. Tajjeb ngħidu li Leicester City lagħbu għal ħin twil mingħajr l-istilla tat-tim, Jamie Vardy, hekk kif tkeċċa għalihom permezz ta' karta ħamra diretta fit-28 minuta. Sunderland ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 fuq Watford, bil-gowl uniku għalihom fil- logħba jasal minn Patrick van Aanholt fil-50 minuta. Bl-istess skor intemmet il-partita bejn West Ham United u Hull City bil- Hammers ikunu huma li joħorġu rebbieħa, biex b'hekk ħadu ftit nifs wara staġun ferm deludenti għalihom. Il-gowl uniku għalihom wasal minn penalti tal-captain Mark Noble fis-76 minuta. Intant, mill-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Empoli ġewwa darhom għelbu l-isfida ta' Cagliari bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Levan Mchedlidze fit-8 u fit-72 minuta. Rimarkabbli huwa l-fatt li Cagliari fallew penalti fil-81 minuta mogħti minn Joao Pedro Galvao. Chelsea jikkonsolidaw posthom fil-quċċata b'rebħa fuq Crystal Palace RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 17 ta' Diċembru Crystal Palace vs Chelsea 0-1 Middlesbrough vs Swansea City 3-0 Stoke City vs Leicester City 2-2 Sunderland vs Watford 1-0 West Ham United vs Hull City 1-0 Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 14:30 Bournemouth vs Southampton 17:00 Manchester City vs Arsenal 17:00 Tottenham Hotspur vs Burnley It-Tnejn 19 ta' Diċembru 21:00 Everton vs Liverpool Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Is-Sibt 17 ta' Diċembru Empoli vs Cagliari 2-0 Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 12:30 Sassuolo vs Inter 15:00 ChievoVerona vs Sampdoria 15:00 Pescara vs Bologna 15:00 Napoli vs Torino 15:00 Udinese vs Crotone 20:45 Genoa vs Palermo 20:45 Lazio vs Fiorentina Diego Costa jerġa' jsib ix-xibka biex jitfa' lil Chelsea fil-vantaġġ Jamie Vardy jintwera l-karta l-ħamra fit-28 minuta tal-logħba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2016