Illum previous editions

ILLUM 18 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 39

Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 | illum 29 TV/Ċinema ŻMIEN il-Milied hu perjodu ta' ferħ, allegrija u awguri sbieħ lil kulħadd. Fl-uffiċini u postijiet oħra fejn jiltaqgħu l-istaff kollu għal xi reciviment, dakinhar jintesew id-differenzi soċjali fejn diriġenti, ħaddiema, qaddejja u dawk li jagħmlu l-iżjed xogħol bażiku, bħal dawk li jnaddfu u jaħslu, jintegraw sewwa ma' xulxin bħall-ħbieb tal-qalb fejn kulħadd jiddeverti u l-livell soċjali f 'dik l-okkażjoni jintesa. Din hi l-premessa ta' 'Office Christmas Party'. F'din l-atmosfera ta' libertà, xi sentimenti mhux sbieħ mistura fl-istonku, lesti biex joħorġu fil-mument opportun, ifeġġu bla ebda biża' bejn min jikkmanda u min jaħdem. Meta s-CEO Carol Vanstone [Aniston] tal-uffiċċju Zandeck Chicago tagħlaq, ftit jiem qabel il-Milied, il-fergħa fejn ħuha Clay [Miller] hu l-kap, dan u Josh Parker [Bateman], il-Kap Uffiċjal Tekniku, jiġbru l-ħaddiema kollha tas-sezzjoni tagħhom biex jorganizzaw riċeviment spettakolari biex jimpressjonaw klijent tajjeb u b'hekk isalvaw l-impieg tagħhom. X'jinqala' f 'din l-attività sfrenata tistgħu timmaġinaw, fejn ħafna mill- mistednin aktarx xurbana jew taħt l-influwenza ta' xi sustanzi, jitilfu kull sens ta' kontroll. 'Office Christmas Party' hija kummiedja nieqsa mill-umoriżmu, kultant tedjanti, b'mumenti żgħar ta' sitwazzjonijiet sodisfaċenti. Id-diretturi Josh Gordon u Will Speck jew kienu bejn ħalltejn kif se jiżvolġu l-andament, jew qabdu t-triq tan-nofs bejn moderazzjoni u xi ftit żvolgiment imħarrek. PROBABBLI, l-iżjed fenomenu ta' impatt minn Hollywood li laqat lill-udjenzi Amerikani hi s-sensiela Star Wars. L-aħħar xogħol ta' din is- serje kien 'Star Wars, Ep. VII - The Force Awakens' [2015] u t-tmien episodju suppost li għandu joħroġ fl-2017. Allura x'għandu x'jaqsam 'Rogue One: A Star Wars Story'? Minn idea ta' John Knoll, espert li jissorvelja l-effetti speċjali viżwali fil-kumpanija Industrial Light And Magic [ILM], entità ta' George Lucas, il-'papà' assolut tal-films 'Star Wars', nibtet l-idea li jinħolqu stejjer diversi li jseħħu bejn l-episodji tal-passat ta' din is-sensiela, b'karattri ġodda li jikkumplimentaw lil dawk oriġinali. Dawn jissejħu 'standalone' films, bl-ewwel wieħed ikun 'Rogue One'. Din l-istorja awtonoma sseħħ ftit qabel 'Star Wars' [1977] li meta reġa' ħareġ fl-1999, kellu l-isem 'Star Wars, Ep. IV - A New Hope' u ftit qabel l-avvenimenti ta' 'Star Wars, Ep. III - The Revenge Of The Sith' [2005]. Għal darb'oħra, insibu ruħna f 'galassja fil-profondità tal- univers fejn grupp ta' ribelli jiddaħħlu għal missjoni ta' sogru kbir biex jisirqu l-pjanijiet tad-Death Star, arma verament qerrieda f 'idejn l-Imperu Galattiku. Immexxija minn Jyn Erso [Jones], li bħala tifla rat lil ommha tinqatel u lill-missierha maqbud mill-Imperu u Cassian Andor [Luna], dawn l-ispiji komuni jazzardaw f 'azzjoni straordinarja u bil-kuraġġ sfieq jgħollu d-dinjità tagħhom. Din id-darba, magħhom ikun hemm Chirrut Imwe [Yen], gwerrier tal-arti marzjali, devot lejn l-Alleanza u l-Kavallieri Jedi. 'Rogue One' nista' ngħid li jidħol fit-territorju ta' din is-sensiela oriġinali minn triq imwarrba u qatt ma jiddomina fuq il-karattri oriġinali. Dan ix-xogħol tassew imħarrek hu mimli azzjoni qawwija bi sparaturi fuq art soda, diżastri u l-final superb ta' battalja twila fl- ajru. Kultant, jixbah xi Western spazjali bi ħjiel tal-invażjoni tan-Normandija tat-Tieni Gwerra Dinjija. F'waqtiet żgħar, nilmħu karattri ġenwini ta' qabel, bħal Peter Cushing, bħala l-Gvernatur tal-Imperu, Carrie Fisher, il-Prinċipessa Leia Organa u l-kattiv liebes maskra, Darth Vader, bil-vuċi ta' James Earl Jones. Dawn il-films separati li naturalment kull wieħed b'kast differenti għalih huma maħsuba li jsebbħu aktar l-univers ta' dan il-fenomenu ta' fortuna. Illejla fuq it-TV TVM 06:00 TVAM 07:30 Qalb in-Nies 08:00 Lenti 08:30 Maltarti 09:00 Hadt l-ahbar 10:00 Valletta 10:30 Malta u lil hinn minnha 12:00 News 12:15 Hadd Ghalik 15:00 Hbieb u Ghedewwa 16:00 News 16:05 Hbieb u Ghedewwa 18:00 News 18:15 Ghawdex il- lum 18:45 Ninvestigaw x'qed nieklu 20:00 News 20:50 Manwela 22:00 Headline News 22:05 L-irkant 22:35 Skjetti bil-lejl 23:15 News 23:30 Smack down TVM 2 06:00 Euronews 08:00 TVAM 08:50 Ahbar Tajba 09:00 Holy Mass 09:45 Vatican Magazine 10:15 Qalb in-nies 10:45 DOT EU 11:00 Awtokura 11:30 Fifa Club World Cup – Final 13:30 Gadgets 14:00 Fifa Club World Cup 16:00 Dwarna 17:00 Valletta 17:30 Pel- likola 18:00 Madagascar 19:00 Gnien ta' Melo 19:30 Champions League Magazine 20:00 Paq Paq on Test 20:15 Deheb il-Karta 20:25 News for the Hearing Impaired 20:30 Ghawdex illum 21:00 Kontrattakk 23:05 News in English 23:15 Sports News NET TV 07:00 Net News 07:30 Wedding Plan (repeat) 08:15 Telebejgħ 08:45 Analizi 09:30 Telebejgħ 10:15 Im- magni 11:15 Quddiesa mis-Santwarju Ta' Pinu 12:00 Lokali u Bnin 12:30 Distinti (repeat) 13:00 NET News 13:15 Telebejgħ 15:00 Tisliba (repeat) 15:30 Iswed fuq l-Abjad (repeat) 16:40 Wheelspin (repeat) 17:30 Flusek (repeat) 18:00 Net News 18:05 What's for Din- ner 18:45 Attivita' Politika 19:30 Net News 20:30 It's Morris 21:30 Replay 23:00 Net News ONE 07:00 Ilsien in-Nisa 08:30 Paperscan 10:00 Kwalita' Malta 11:30 Aroma Kitchen 12:30 One News 12:40 Telebejgh 13:00 Indhouse 14:00 Kwalita' Malta 15:30 One News 15:35 Kwalita' Malta 16:50 Joe's Kitchen 17;30 L-Argument 19:00 Ieqaf 20 Minuta 19:20 Promozzjonijiet u Reklami 19:30 One News 20:10 Amber… Out & About 20:15 One Week 20:45 Klassi Ghalina 21:45 Il-Patt 22:55 Popcorn 23:30 One News 23:50 Ilsien in-Nisa (repeat) CANALE 5 06:00 Prima Pagina Tg5 07:55 Traffico – Meteo.it 07:59 Tg5 mattina 09:10 Le frontiere dello spirito 10:00 Una sorpresa da Chef 11:00 Le storie di mel- averde 12:00 Melaverde 13:00 Tg5 – Meteo.it 13:40 L'arca di noè 14:01 Sweet November 14:54 TgCom – Meteo.it 16:15 Domenica rewind 18:45 Caduta Libera 19:57 Tg5 prima pagina 20:00 Tg5 – meteo.it 20:40 Paperissima sprint 21:10 House Party 21:20 Il segreto 00:30 Supercinema 01:00 Tg5 notte – meteo. it ITALIA 1 06:10 Love Me Licia 06:30 Media shopping 07:00 Love Me Licia (cont.) 07:20 I Puffi 07:50 Tom & Jerry 08:06 Grandi uomini per grandi idee 08:31 Siamo Fatti Così 08:56 Scooby-Doo 09:50 I Pinguini di Madagascar 10:20 Mr Bean 10:50 A & F, Ale & Franz Show 11:20 Giù in 60 secondi 12:25 Studio Aperto – Meteo.it 13:00 Sport Mediaset 14:00 I Simpson 14:00 Neverland 15:22 TgCom – Meteo.it 17:35 Under the Sea 17:55 TgCom – Meteo.it 18:30 Studio Aperto – Meteo.it 19:00 The Scorpion King 2 19:57 TgCom – Meteo.it 21:20 Le Iene Show 2016 02:00 Studio Aperto – La giornata 02:15 Premium Sport 02:40 Media shopping RETE 4 06:25 Tg4 Night News 06:45 Media shopping 07:15 Gli Inarrestabili 08:15 Confessione reporter 09:20 I viaggi del cuore 10:00 S. Messa 10:50 I viaggi del cuore 11:30 Tg4 – meteo.it 12:02 Sogni mostru- osamente proibiti 12:57 Tgcom – meteo.it 14:00 Donnavventura 15:00 Il ritorno di Colombo 16:52 Di- namite Jim 17:30 Tgcom – Meteo.it 18:50 Tg4 19:36 Dentro la notizia – meteo.it 19:55 Tempesta d'amore 21:15 Un poliziotto alle elementari 21:58 TgCom – meteo.it 23:05 I bellissimi di R4 23:39 La morte ti fa bella 00:46 Modamania 01:16 Tg4 night news RAI UNO 06:00 Rai Parlamento – Punto Europa 06:30 Uno- mattina in famiglia per telethon 07:00 Tg1 09:45 Telethon 2016 10:30 A sua immagine 10:55 Santa Messa 12:00 Recita dell'Angelus 12:20 Concerto di Natale 2016 13:30 Tg1 14:00 L'arena 16:50 Che tem- po fa 17:00 Tg1 17:05 Domenica in 18:45 L'eredita 20:00 Tg1 20:35 Affari tuoi speciale telethon 22:30 Tg1 60 secondi 23:25 Speciale tg1 01:00 Tg1 Notte – Che tempo fa 01:35 Sottovoce RAI DUE 06:00 Videocomic 06:15 Rai cultura memex 06:45 Sea Patrol 07:30 Reef Doctors 09:35 The Good Witch's Wonder 11:00 Mezzogiorno in famiglia 13:00 Tg2 13:30 Tg2 motori 13:40 Meteo 2 13:45 Quelli che aspettano 15:30 Quelli che il calcio 17:00 90° minuto – zona mista 18:00 Rai Sport 90° minute 19:05 Sempre più sbandati 19:35 Squadra Speciale Cobra 11 20:30 Tg2 – 20.30 21:00 NCIS 22:40 La domenica sportive RAI TRE 06:00 Rainews24 – meteo – traffico 06:30 Rassegna stampa Italiana e internazionale 08:00 Sembra ieri 08:30 Domenica Geo 10:00 Provincia capitale 11:10 TGR Estovest 11:30 TGR regioneuropa 12:00 Tg3 12:05 Tg3 12:20 Meteo 3 12:25 TGR Mediterraneo 12:55 Tg3 l.i.s. 13:00 Il posto giusto 14:00 Tg Regione 14:15 Tg3 14:30 In 1/2 h 15:30 Kilimangiaro 18:55 Meteo 3 19:00 Tg3 19:30 Tg Regione 20:00 Che tempo che fa 22:50 Islam, Italia 00:00 Tg3 linea notte 00:10 Tg Regione 01:00 Meteo 3 Embassy Cinemas Valletta Tel. 21 227436, 21 245818 Rogue One: A Star Wars Story (TBA) 10:30, 14:30, 18:00, 21:00 Fantastic Beasts and Where to Find Them (PG) 10:20, 14:30, 17:45, 21:00 Allied (15) 15:55, 18:30, 21:10 Moana (PG) 10:30, 13:45, 16:10, 18:35, 20:45 Sully (12A) 10:00, 12:15, 14:30, 16:45, 19:00, 21:15 Bad Santa 2 (15) 10:00, 12:10, 14:20, 16:30, 18:40, 20:50 Valletta Living History (U) 10:00, 10:45, 11:30, 12:15, 13:00, 13:45, 14:30, 15:15 Eden Cinemas St Julian's Tel. 23 710400 Allied (15) 13:30, 16:05, 18:40, 21:15, 23:50 Rogue One: A Star Wars Story (TBA) 13:30, 14:30, 16:10, 17:45, 18:55, 20:45, 21:45 Doctor Strange (12A) 13:35, 16:05, 18:35, 21:05 Arrival (12A) 13:50, 16:20, 18:45, 21:10, 23:40 Fantastic Beasts and Where to Find Them (PG) 14:00, 17:00, 20:00, 23:00 Moana (PG) 14:00, 18:50 Bleed for This (15) 14:00, 16:25, 18:50, 21:15 Son of Saul (15) 14:00 Sully: Miracle on the Hudson (12A) 14:05, 16:15, 18:30, 20:45, 23:00 Trolls (U) 14:10, 16:20, 18:25 Offi ce Christmas Party (15) 14:10, 16:25, 18:40, 21:00, 23:20 Bad Santa 2 (15) 14:10, 16:25, 18:40, 20:55 The Polar Boy (15) 16:20 Moana (PG) 16:25, 21:15 The Here After (15) 18:30 Billion Star Hotel (TBA) 20:45 The Accountant (15) 20:50 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Offi ce Christmas Party (15) 11:15, 13:35, 16:05, 18:30, 20:45 Moana (PG) 10:50, 13:30, 16:00, 18:30, 20:55 Fantastic Beasts and Where to Find Them (PG) 10:30, 13:10, 15:55, 18:35, 21:15 Rogue One: A Star Wars Story (12A) 10:35, 13:15, 15:55, 18:35, 21:15 Allied (15) 11:00, 13:30, 16:00, 18:35, 21:05 Sully (12A) 11:15, 14:00, 16:05, 18:30, 20:45 Bleed for This (15) 10:45, 13:20, 16:00, 18:30, 21:00 Films ċ-ċinema Carmel Bonnici Rogue One: A Star Wars Story Vuċijiet Ewlenin: Felicity Jones; Diego Luna; Ben Mendelsohn; Donnie Yen; Mads Mikkelson; Forest Whitaker Direttur: Gareth Edwards Maħruġ minn KRS Releasing Ċert: 12A Tul: 133min Office Christmas Party Atturi Ewlenin: Jason Bateman; T. J. Miller; Olivia Munn; Jennifer Aniston; Jillian Bell; Vanessa Bayer Diretturi: Will Speck u Josh Gordon Maħruġ minn KRS Releasing Ċert: 15 Tul: 105min

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2016