Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- logħba tal-futbol? Bdejt nilgħab il-futbol ta' età żgħira, mal-akkademja ta' Pietà Hotspurs. Imbagħad, fl-2006, preċiżament għaxar snin ilu, kont parti mit-twaqqif tat-tim ta' Mdina Knights. Eventwalment, dħalt fl- amministrazzjoni ta' Floriana FC, u issa qiegħed nieħu rwol ġdid fi ħdan il-Malta Football Association. X'inhuma l-ewwel kummenti u emozzjonijiet tiegħek wara li ġejt elett viċi- president tal-MFA? Kienet elezzjoni diffiċli ħafna, fejn fiha kienu involuti nies kbar u anke kien hemm nies li vvutaw. Ovvjament, ir-riżultat hu dak li hu u aħna rridu nirrispettaw l-għażla tan-nies. Xtaqt nirringrazzja lil kulħadd tal-fiduċja assoluta li huma wrew fija. Kienet tellieqa bejn il- ħbieb u ninsab ferm kuntent b'din il-ħatra l-ġdida. Minn dejjem kelli f 'qalbi l-futbol, speċjalment dak Malti, u issa li se nkun qed naħdem propju fl-amministrazzjoni tal- assoċjazzjoni li tmexxi l-futbol Malti, hija xi ħaġa li timlini b'ħafna ferħ u serenità. X'inhu l-pjan ta' ħidma propost minnek bħala viċi-president ġdid tal-MFA? Primarjament huwa pjan li jinkorpora fih dawn l-elementi li ġejjin: 1. Li l-MFA tniedi eżerċizzju ta' reviżjoni tal-proċessi tagħha sabiex tnaqqas il-burokrazija żejda, speċjalment bl-introduzzjoni ta' sistema elettronika ta' reġistrazzjonijiet tal-plejers. 2. Li l-MFA ssaħħaħ l-istrutturi tagħha fiċ-Ċentru Tekniku, permezz ta' Ċentru Edukattiv, liema ċentru jkun qiegħed jagħti għajnuna diretta lill-amministratturi, iżda anke fis- settur tal-kowċing. 3. Li l-MFA tniedi studju dwar il-ħidma tal-assoċjazzjoni bbażata fuq sitt temi prinċipali: finanzjarju, infrastruttura, amministrazjoni, partitarji u msieħba oħrajn, l-aspett tekniku u kalċistiku tal-plejers u l-kummerċjalizzazzjoni. Liema studju jiġi ppreżentat lill-Kunsill tal- MFA sabiex jevalwa u jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet. 4. Is-salarju marbut mal-kariga tiegħi ta' viċi-president se jiġi kollu investit f 'fond apposta sabiex fl- Ewwel, it-Tieni, u t-Tielet Diviżjoni jkun hemm is-servizz ta' ambulanza fil-grawnd. Għaldaqstant, jien mhux se nkun qed nieħu s-salarju li joffri dan l-irwol iżda minflok se nkun qed ngħaddih kollu sabiex jiġi nvestit f 'dan il-fond. Barra minn hekk, jien naqbel li l-MFA għandha tgħin sabiex ikun hemm amministratur 'full-time' f 'kull klabb, waqt li l-istess assoċjazzjoni għandha tagħmel pressjoni mal-awtoritajiet konċernati sabiex il-klabbs iħallsu d-dawl u l-ilma b'rata aħjar minn dik kummerċjali (kif jiġri llum). Ukoll, l-awtoritaijiet għandhom ikunu anqas burokratiċi fil-qasam sportiv, waqt li l-klabbs u l-assoċjazzjonijiet huma fost il-protagonisti fil-futbol, u għalhekk hemm bżonn li jingħataw aktar għajnuniet u assistenza mill-ammininstrazzjonijiet differenti. Il-liġi proposta tal- kummerċjalizzazzjoni tal-għaqdiet u l-klabbs sportivi hija pass fid- direzzjoni t-tajba. Il-plejers li huma full-time, għandhom jaħdmu 40 illum | Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 Matthew Paris - Avukat u amministratur tal-isport per eċċellenza, li fis-6 ta' Diċembru li għadda ġie elett bħala viċi president ġdid tal-MFA, liema terminu se jkun qed jibda fl-1 ta' Jannar li ġej. Sports 38 'Mhux se nieħu salarju biex minflok, ikollna Cristian Antony Muscat "Mhux se nkun qed nieħu salarju iżda se ngħaddih kollu biex fl-Ewwel, it-Tieni, u t-Tielet Diviżjoni jkun hemm is-servizz ta' ambulanza fil- grawnd" "Ma nemminx li l-politika partiġġjana influwenzat din l-elezzjoni, anzi nemmen bis-sħiħ li kull min ikkandida ruħu kellu l-akbar ġid tal-futbol Malti f 'qalbu" Matthew Paris flimkien mal-President tal-MFA, Norman Darmanin Demajo