Illum previous editions

ILLUM 18 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 39

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 | illum tal-lum…il-Marie Louise li dejjem kienet Kważi qalet li taqbel ma' żieda fil-paga minima Anke jekk ma kinitx eslpliċita dwar il-paga minima, il-President uriet it-tama li d-diskussjoni dwar din il-kwistjoni, ftit wara li kienet imnedija l-kamapanja Paga Minima Diċenti, tagħti l-frott. Hi qalet hekk: 'għax il-messaġġ ilu miktub fuq il- ħajt - paga xierqa għal min jaħdem għaliha.' Iktar qabel sostniet ukoll 'Repubblika ħanina ma taċċettax it-teżi li l-ekonomija b'saħħitha u attraenti għall- investiment lokali u barrani għandha tkun ibbażata fuq poplu bieżel, imħallas ftit.' Dawn huma kollha indikaturi ċari li l-President qiegħda, anke jekk mhux kompletament u apertament, tappoġġja t-talbiet ta' bosta għaqdiet biex tiżdied il-paga minima. Talba li l-Gvern laqgħha b'kawtela hekk kif qed jiffaċċja pressjoni minn min iħaddem biex din iż-żieda ma tingħatax. Il-gwerra Presidenzjali kontra l-blogs Prosit Varist, imma… Prostituzzjoni u traffikar Coleiro Preca fetħet il-kanuni, għat-tieni darba, fuq il-blogs li speċifikament jitkellmu, jikkritikaw jew jikxfu l-ħajja privata tan-nies. Għalkemm ma semmiet lil ħadd b'ismu, wieħed malajr jista' jasal għall-konklużjoni li Coleiro Preca qed tattakka l-blogs ta' Daphne Caruana Galizia u ta' Glenn Bedingfield. Hija tisfida liż-żewġ partiti biex jiddiżassoċjaw lilhom infushom minn dawn it-tip ta' kitbiet li ddeskriviethom bħala 'oxxenitajiet', sostniet li jikkostitwixxu 'vjolenza psikoloġika' u ddeskrivithom bħala 'għajb' għall- istess persuna li qed tiktibhom. ….għad fadal ħafna x'taqdef. Forsi hekk riedet jew xtaqet tgħid il- President meta tkellmet dwar l-edukazzjoni. Naturalment, ingħaqdet mal-ħafna nies li qed jaraw progress fil-qasam edukattiv taħt it-tmexxija ta' Evarist Bartolo u fakkret f 'investiment li qed isir; skejjel ġodda, teknoloġija ġdida, taħriġ kontinwu, skemi għal min waqa' lura u ta' prevenzjoni u aktar. Imma fakkret ukoll li t-triq għadha pjuttost twila u li għad għandna ħafna f 'pajjiżna li ma jkomplux l-iskola jew li jitilqu mill-iskola mingħajr il-ħiliet bażiċi. 'Irridu naħdmu b'mod dirett mal-familji, fil- komunitajiet u mal-iskejjel biex niżguraw li t-tfal ma jaqtgħux l-aptit għat-tagħlim kmieni f 'ħajjithom.' Fir-realtà li qed ngħixu, b'immigranti ġejjin bid-dgħajjes, imma wkoll bi prostituzzjoni li tidher fit-triq, dik moħbija fil-ħanut u dik virtwali, il- President tinkoraġixxi lill- awtoritajiet biex iħarrxu l-ġlieda kontra t-traffikar tan-nies. Matul din is-sena, l-ILLUM ippubblikat diversi stejjer dwar ħwienet tal-massaġġi, dwar il-legalità li qed joperaw fiha u dwar l-umbrella li qed joperaw taħtha. Mill-awtoritajiet, din il-gazzetta dejjem intlaqgħet bl-istess mod: skiet. 'Jekk ngħalqu għajnejna għal dan il-fenomenu, inkunu qed inġibu fix-xejn l-għajta tad- drittijiet ċivili.' Issostni Coleiro Preca. Id-diskors tal-President Coleiro Preca huwa tentattiv b'element ta' suċċess li jipprova jimmarka element ta' realiżmu, bejn żewġ estremitajiet polari tal- iswed u l-abjad. Bejn il-ġenna tal-art mimli ġid u flus tal-Labour u l-infern despotiku tal-PN, hemm realtà oħra. Il-President titkellem dwar is-suċċessi ta' pajjiżna, dwar it-tkabbir u t-taħlit ma' ġnus oħrajn, dwar il-prospett tal-Presidenza Maltija tal-UE mis-sena d-dieħla. Iżda tfakkar ukoll li pajjiżna mhux suċċessi biss qed jara. 'In-nuqqasijiet materjali, l-esklużjoni soċjali, it-theddida għall-kwalità tal-ħajja b'riżultat ta' żvilupp li mhux dejjem huwa sostenibbli…id- dewmien fit-traffiku u l-iskarsezza tal-onestà u l-verità fil- ħajja politika… dawn huma wħud mit-temi li jinkwetaw lill-Maltin u liż- żgħażagħ..' Realiżmu vs l-estremitajiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2016