Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307
Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 | illum tar-Rock 'n' Roll Malti Freddie Portelli Il-'Malta Bums' irrekordjaw fl-istess studio li kienu jużaw il-'Beatles' Il-karriera ta' Freddie Portelli u l-gruppi li kien magħhom, tagħthom ħafna opportunitajiet li jdoqqu fil- Ġermanja, fir-Renju Unit, fl- Istati Uniti fost pajjiżi oħrajn, u daqqew qabel Carlos Santana fl-1969 u anke ma' Demis Roussos. Flimkien mal-grupp 'Malta Bums' Freddie Portelli rrekordja d-diska 'Olive Tree' fl-Apple Studios fl-Ingilterra, l-istess studios li fih inħolqu l-aqwa albums tal-'Beatles' u li waqt ir-recording, Freddie u sħabu użaw l-istess instrumenti użati minn John, Paul, George u Ringo. Freddie rrakkonta kif darba fost l-oħrajn, huwa ġie offrut kuntratt ta' solista mal-'Atlantic records', waħdu mingħajr il grupp, iżda meta ġie biex jagħti l-aħbar lil sħabu, huwa staħa jgħidilhom, u spiċċa m'aċċettax l-offerta. Iżda Freddie Portelli qal li sal-ġurnata tal-lum ma jiddispjaċihx mid-deċiżjoni, minħabba li dejjem xtaq jikteb u jkanta bil-Malti, bħalma infatti kulħadd jaf li għamel. L-isbaħ ħaġa għal Freddie hi li jmur fejn imur, in-nies għadhom jilqugħ u jkantaw miegħu Mistoqsi dwar x'jgħożż l-aktar mill-karriera tiegħu, Freddie saħaq li "għalija l-isbaħ ħaġa u li żżommni ħaj, hi li mmur fejn immur in-nies għadhom jilqgħuni u jkantaw miegħi, u li nies ta' kull età jafu l-kliem u jkantaw mad-diski tiegħi." Fost l-isbaħ mumenti f 'ħajtu, Freddie rrakonta dwar tliet serati ta' kunċerti flimkien mal-band u l-Maestro Joe Brown f 'Dar il-Mediterran, li kienu t-tlieta li huma sold out. "Naħseb dik kienet unur kbir għalija, hekk kif wara li kantajt 'American Trilogy' ta' Elvis, kont qlajt 'standing ovation'… li wara sirna nafu li kienet l-itwal waħda, ta' 13-il minuta, li qatt kien hawn Malta. Lanqas stajna nemmnu, u qalb iċ-ċapċip kellna nerġgħu noħorġu u komplejt b' 'Xewqat Sbieħ'. Tul il-karriera tiegħu, Freddie Portelli ikkompona u ħareġ 350 diska. U meta waslilna l-ħin biex 'immorru, nħalluh u nitilqu 'l hemm", Freddie assigurana li almenu aħna ma dejjaqniehx u wiegħed lil dawk kollha li jsegwu l-mużika tiegħu, li jekk Alla jagħtih is-saħħa, bejn unuri, monumenti u aktar diski…il- kbir għadu ġej. Freddie Portelli onorat bil-medalja għall-Ġieħ ir-Republika Ritratt: James Bianchi 'Il-Mulej iżomm idejh fuqna u fuq uliedna' 155 akkademiku jitolbu lill-Gvern biex ireġġa' lura d-deċiżjoni li jiddeporta 24 immigrant "IL-MULEJ iżomm idejh fuqna u fuq uliedna." Hekk spiċċat ittra miktuba minn immigrant Niġerjan li ilu jgħix Malta seba' snin u li rċieva l-aħbar li s-sieħba tiegħu u wliedu se jkunu ddeportati minn Malta. "X'se jiġri minn uliedi la m'għandniex id-dokumentazzjoni biex inkunu nistgħu naħdmu f 'Malta? Kif jista' l-Kummissarju tar-Refuġjati jibgħat ittri lit-tfal biex jipproduċu passaport meta dawn twieldu Malta? Jien u l-partner tiegħi ġejna min- Niġerja u wliedi twieldu Malta, ilna nħallsu bolla għal seba' snin, qatt ma gawdejna minn benefiċċji imma qatt ma gergirna. X'se jkun id-destin ta' uliedi innoċenti li twieldu Malta?" temm jistaqsi dan il-missier immigrant Niġerjan. Il-Gvern u speċifikament il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela diġà qalu li l-Gvern mhu se jiddeporta l-ebda tfal, għalkemm xorta sostna li dawk l-adulti li skadhielhom il-Permess għall-Protezzjoni Temporanja (THP-n) għandhom ikunu deportati. Din l-ittra, flimkien ma' appelli diversi oħrajn kienu l-kaġun li bosta akkademiċi, 155 b'kollox, bagħtu ittra lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lill- Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali jistaqsuhom biex ireġġgħu lura d-deċiżjoni tal-Gvern li jiddeportaw lura lil 24 immigrant. Fl-ittra li bagħtu dawn l-akkademiċi, ifakkru li deportazzjoni jkollha effetti soċjali, etiċi u ekonomiċi negattivi mhux biss fuq l-immigranti nfushom iżda wkoll fuq pajjiżna. Huma jisħqu li t-twemmin tagħhom huwa li soċjetà demokratika u inklussiva ma tista' qatt tiddeporta nies fuq bażi ta' irregolarità legali. Fost in-nies li ffirmaw din l-ittra kien hemm il-kap tal- Fakultà tal- Edukazzjoni Peter Mayo, il-kunsillier tal-AD Michael Grech, Andrea Dibben, il-Kap tad- Dipartiment tal-Istudji tal- Ġeneru Marcelline Naudi, Edgar Galea Curmi, iċ- chairperson tal-AD Arnold Cassola u l-Professsur Edward Mallia. ....jgħid immigrant Niġerjan beżgħan għal uliedu