Illum previous editions

ILLUM 18 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 39

Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 35 Eku tal-każ Bob Higgins... twieġeb l-MFA minn Cristian Antony Muscat FIL-JIEM li għaddew fis-sala li tinsab biswit is-Centenary Stadium, ġiet imsejħa konferenza stampa mill-MFA bis- suġġett ikun id-direttiva tal-MFA rigward il- protezzjoni tal-minuri u li ġiet indirizzata mill-president tal-MFA Norman Darmanin Demajo u mis- Safeguarding Officer tal-istess assoċjazzjoni, Andrew Azzopardi. Dan fid-dawl tal-allegat skandlu li faqqa' fl-aħħar jiem fuq il-mezzi soċjali rigward l-eks kowċ tas- settur taz-żgħażagħ tal- klabb Ingliż Southampton u wara Head Coach fi ħdan l-MFA, Bob Higgins, li qed jaffaċċja akkużi serji dwar abbużi sesswali fuq plejers subien li kien jikkowċja. Dan skont rapport estensiv tal-BBC li xxandar fil-jiem li għaddew u qed jidher anke fuq is-sit tagħhom. Madankollu, skont l-istess rapport, huwa kien inħeles minn akkużi simili lura fl-1992. Iżda l-akkużi fil-konfront ta' Bob Higgins reġgħu tfaċċaw matul il-ġimgħa li għaddiet, meta l-BBC intervistaw lill-eks plejer ta' Southampton, Dean Radford, li flimkein ma' ħames plejers oħra ddeċidew li jitkellmu u jirrapurtaw lil Higgins u qalu fid-dettall ta' kif kien jabbuża minnhom meta huma kienu iżgħar. Fid-dawl ta' dawn l-akkużi, Fleet Town FC, li huwa l-club li kien qed jikkolabora magħhom Higgins f 'dan l-istaġun bħala parti mill-istaff tekniku, qal fi stqarrija li Higgins m'għadux jaħdem aktar magħhom. Norman Darmanin Demajo beda biex qal li sa issa ħadd mill-ex players Maltin li kienu taħt il- gwida ta' Bob Higgins f 'pajjiżna lejn tmiem is- snin 80 u bidu tas-snin 90 m'għamel kuntatt mal-MFA fejn allegaw li b'xi mod jew ieħor, kienu raw azzjonijiet mhux xierqa minn din il-persuna. Madankollu, huwa ħeġġeġ bis-sħiħ, biex jekk huma jafu b'xi ħaġa illeċita li saret minn Bob Higgins fil-konfront tagħhom, jitkellmu mal- ewwel u jinfurmaw lill- MFA nnifisha. Barra minn hekk huwa tenna li jistgħu jagħmlu kuntatt mas- Support Line 179 u mas-sit elettroniku www.kellimni. com, biex eventwalment dawn jagħmlu kuntatt huma mal-MFA. Dan għax skont Darmanin Demajo, ma jistax ikun li l-futbol inkluż dak Malti, jippermetti fi ħdanu nies ta' dan it-tip li japprofittaw mill- pożizzjoni tagħhom biex jabbużaw min- nies vulnerabbli bħal mhuma tfal jew persuni taħt l-età. Tal-istess fehma kien is- Safeguarding Officer tal-MFA, Andrew Azzopardi, li qal li każijiet bħal dawn fejn persuni jabbużaw mill-pożizzjoni tagħhom jeżistu mhux biss fil-football, iżda wkoll f 'bosta istituzzjonijiet oħra fosthom fil-Knisja u fil-Media, u qal li huwa flimkien ma' persuni oħra li jaħdnu propju f 'dan il-qasam, qed jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex jeliminaw għal kollox persuni perikolużi minn dawn iċ-ċrieki, fosthom anke fil-football Malti. Huwa kompla li għalissa hekk kif għadha mhemm l-ebda allegazzjoni ġejja minn ex players Maltin, tajjeb li wieħed iżomm ruħu kawt, iżda żgur li finalmnet, l-MFA se tkun qed tagħmel minn kollox biex tikseb kull informazzjoni possibli relatata ma' dan il-każ. Dan għall-akbar ġid u sigurtà tal-persuni li setgħu ġew abbużati minn Bob Higgins, u b'messaġġ pożititiv li għandu jitwassal lill-mijiet ta' tfal li jattendu n-nurseries Maltin illum il-ġurnata, hekk kif għandha tkun imħarsa l-protezzjoni tagħhom fuq kollox u fuq kulħadd. Andrew Azzopardi kompla li l-MFA titlob lil kull klabb Malti biex jibgħat reġistru bl-ismijiet tal-uffiċjali tagħha, fejn l-MFA tagħmel skrutinju assolut ta' dawn l-ismijiet biex tara jkunx hemm xi wieħed minnhom li jkun inkluż fil-lista tal-imsejħa pedofili. Madankollu, meta mistoqsi minn din il-gazzetta, kif wieħed jista' jiddetermina jekk wieħed ikunx pedofilu jew le, hekk kif jista' jkun il-fatt li persuna ma tkunx imniżżla fuq din il-lista, iżda xorta waħda tkun qed tagħmel atti mmorali bil-moħbi, huwa qal li dan huwa ferm diffiċli biex tiddeterminah, iżda bl-esperti li l-MFA għandha jaħdmu fi ħdanha qed isir minn kollox, biex dawn il- persuni jiġu notifikati lilha. L-MFA tqis il-protezzjoni tat-tfal b'mod serju ħafna u għalhekk ħadet numru ta' inizjattivi biex tassigura l-akbar sigurtà tat-tfal fil-football. F'Settembru tal-2015, hija mpjegat safeguarding officer li r-responsabbiltajiet tiegħu iduru madwar dawn l-erba' pilastri: 1. Li jippromwovi reklutaġġ sigur fil- football; 2. Li jiżviluppa taħriġ ta' sigurtà għall-persuni kollha li jaħdmu fil- football; 3. Li jieħu azzjoni meta jkun hemm allegazzjonijiet ta' abbuż; 4. Li jikkrea spazju għall-vittmi u dawk li jkunu rnexxielhom islavaw mill-abbuż biex ma jibżgħux jitkellmu. Taħriġ ta' sigurtà qed jiġi nkluż fil-korsis kollha li jsiru għall-kowċis u għall-amministraturi tal- klabbs offruti miċ-Ċentru Tekniku tal-MFA. Dan it-taħriġ ingħata wkoll lill-Youth FA, lill-Malta Coaches Association, u lit- tfal u lill-ġenituri tagħhom fin-nurseries lokali tal- futbol u f 'taħdidiet li saru lill-ġenituri fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport. L-MFA bħalissa qed taħdem fuq l-ivvettjar tal- istaff kollu ta' kull nursery tal-futbol f 'pajjiżna. L-assoċjazzjoni qed tagħmel dan billi toffri s-sapport tagħha lill- klabbs kollha billi tiġbor l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi milħuq dak li huwa mitlub mill-imsejħa 'Protection of Minors Act'. L-MFA qed tiżviluppa wkoll ir-regoli ta' protezzjoni tat-tfal kurrenti tagħha, waqt li qed tiddraftja regolamenti ta' safegurading ġodda biex tagħti l-poteri meħtieġa lill-MFA f 'każijiet meta jkun identifikat riskju għat-tfal. Andrew Azzopardi u Norman Darmanin Demajo jindirizzaw lill-media preżenti Ritratt: Domenic Aquilina / MFA Bob Higgins

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2016