Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307
ILBIERAĦ l-Inġinier Arthur Ciantar fetaħ protest ġudizzjarju kontra l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, u żammha responsabbli għall- kull tip ta' ħsara li jista' jinqala f 'każ ta' aċċident li jinvolvi t-tanker tal-LNG sorġut f 'Marsaxlokk. L-Inġinier Ciantar li kien akkumpanjat mill-avukat u President Eżekuttiv tal-PN Ann Fenech, fetaħ dan il-protest ftit qabel konsultazzjoni pubblika li se ssir nhar it-Tnejn li ġej. Fenech spjegat kif ħafna mistoqsijiet li kellu Ciantar dwar it-tanker tal-LNG baqgħu ma kinux mwieġba. Intant, il-Gvern akkuża lill-PN u lil Ann Fenech li qed jipprovaw jagħmlu l-bsaten fir-roti fil-proċess ta' konsultazzjoni u fakkru kif il- PN kellu 40 ġurnata biex iressaq il-kummenti "u s-suġġerimenti tiegħu u għalhekk huwa diżgustanti li l-Oppożizzjoni qed tinżel f 'livell baxx li pajjiżna qatt ma ra bħalu." Il-Gvern fakkar kif il-PN, "meta fil-Gvern inqabad fl- akbar skandlu ta' korruzzjoni fuq xiri taż-żejt, ħalla lill-familji Maltin u Għawdxin b'kontijiet fost l-aktar għoljin minn bosta pajjiżi Ewropej, l-istess nies li xtraw power station mill-Yellow Pages u li taħdem bl-aktar żejt li jniġġes, u li għal raġunijet ovvji, qatt ma riedu jwettqu il-qalba mill-heavy fuel oil—l-aktar żejt li jniġġes, għall-gass." illum | Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 Aħbarijiet 8 Viva Malta u l-Maltin…Viva r-Re tar-Rock Tkompli minn paġna 1 FREDDIE Portelli, ir-Re tar-Rock 'n' Roll Malti, se jsirlu monument biex jiċċelebra l-unur u l-isem li ta lil pajjiżu permezz tal- mużika tiegħu. Għal ħafna, il-kantant veteran Freddie Portelli huwa meqjus bħala r-re tar-Rock 'n' Roll ta' Malta u xejn inqas minn monument nazzjonali ħaj, li permezz ta' diski bħal 'Viva Malta', 'Mur Ħallini' u 'Xewqat Sbieħ' fost oħrajn, kiseb suċċess internazzjonali u ta unur u isem lill-pajjiżu, li hu tant għażiż għalih. Freddie, tant hu maħbub li grupp ta' nies minn San Pawl il-Baħar iddeċidew li jridu jagħmlulu monument, biex ikun fost il-ftit personaġġi Maltin li sarilhom monument meta kienu għadhom ħajjin. Minkejja li din l-informazzjoni ingħatat lil din il-gazzetta minn xi nies minn San Pawl il- Baħar, dan ikkonfermah mal-ILLUM l-istess Freddie Portelli, li laqgħana f 'daru biex ikellimna dwar il- karriera mużikali tiegħu mis-sittinijiet sal-ġurnata tal-lum, ftit tal-ġranet wara li huwa ġie mogħti l-medalja għal Ġieħ ir-Repubblika. 'Inħossha stramba li għadni ħaj u se jagħmlu statwa għalija' Freddie stqarr ma' din il-gazzetta li meta qalulu li għal darb'oħra kien ġie nnominat għal Ġieħ ir- Republika, hu ħadha biċ- ċajt. "Ma kontx naf li xi ħaġa daqshekk kbira," qal Freddie, li iżda ammetta wkoll li meta mbagħad ġie preżentat bil-medalja mill-President Coleiro Preca, ħassu onorat ħafna. "Jien naħseb li ħadt ġieħ ir- Republika għax fil-karriera tiegħi inħoss li tajt unur u isem lil Malta madwar id- dinja," sostna l-kantant. Mistoqsi dwar x'jaħseb dwar il-fatt li ssir statwa biex tonorah, Freddie spjega li xi snin ilu, kien ingħata l-premju għal 'ġieħ San Pawl' u l-aħbar tal-istatwa kienet kemxejn sorpriża għalih. "Jien ħassejtni stramb li għadni ħaj u ħa ssirli statwa ngħidlek il-verità," daħaq Freddie, hekk kif kompla jispjega li sa minn xi snin ilu l-iskultur Anġelo Agius dejjem xtaq jagħmel statwa tiegħu, u issa diġà lesta abbozz tagħha. Freddie qal li għadu ma jafx biċ-ċert fejn u meta se titpoġġa din l-istatwa f 'San Pawl il-Baħar. 'Viva Malta' hija l-aktar diska li biegħet kopji f 'Malta 'Mela ejjew ngħidu VIVA MALTA', u kulħadd jirrispondi 'Malta u l-Maltin…' M'hawn ħadd li ma jafhiex din id-diska u li jkunx kburi jkanta magħha, tant li 'Viva Malta' hija l-aktar diska li biegħet kopji f 'Malta, waħda mill- aktar diski li qatt indaqqet f 'pajjiżna u l-aktar diska Maltija, bil-Malti, li għadha tindaqq barra minn xtutna sal-ġurnata tal-lum. Miktuba fl-1967, din id-diska ġabet fama internazzjonali lil Freddie Portelli, il-grupp li magħhom ħareġ din id- diska, il-Malta Bums u lil pajjiżna stess, hekk kif 'Viva Malta' ndaqqet fil-Ġermanja, fir-Renju Unit, fl-Istati Uniti u saħansitra r-Russja sa mis- snin sittin. Illum, għadha tindaqq barra minn Malta aktar milli tindaqq hawn stess. Freddie Portelli għadu jitħallas mill-PRS sal- ġurnata tal-lum Id-diska tant kisbet popolarità internazzjonali li fis-sittinijiet, Freddie Portelli ffirma mal-PRS u 'Viva Malta' għadha sal-ġurnata tal-lum tiksiblu qliegħ tad- drittijiet tal-awtur kull darba li tindaqq jew tintuża. Forsi mingħajr ma ried, Freddie rrisponda waħda mill-mistoqsijiet li l-ILLUM għamlet lill-PRS for Music ta' Londra u li għadha sal-lum mhux imwieġba. Fl-isfond tar-reazzjonijiet diversi li ġabet l-istorja dwar il-PRS fuq din il- gazzetta, Freddie Portelli qal li sal-lum, id-diski tiegħu għadhom jirrendulu qligħ u almenu, din hi prova li artisti Maltin bħalu qegħdin jieħdu l-frott minn din is- sistema. Abbozz għall-monument ta' Freddie Portelli mill-iskultur Angelo Agius Protest kontra t-tanker mill-Inġinier Arthur Fenech Il-Gvern jakkuża lill-Oppożizzjoni li qed tagħmel il-bsaten r-roti