Illum previous editions

ILLUM 18 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 39

Ġ ieli ktibt dwar il- valur soċjo-reliġjuż tar-rivisti li joħorġu l-Ordnijiet Maltin. Ħafna drabi jinkludu materjal anki ta' valur letterarju jew kulturali. Għax-xahar ta' Settembru 2016, ir- rivista pastorali Il-Paċi Magħkom (li tinkiseb mill-knejjes, kbar u żgħar, minbarra skema ta' abbonament) xandret materjal dwar il-poeta u drammaturgu Kattoliku ċelebri Paul Claudel (1868-1955). Il-materjal hu marbut mal-Milied. Kien lejlet il-Milied tal-1896, meta l-awtur fi triqtu biex jikkommetti suwiċidju, għadda minn quddiem il-katidral ta' Notre Dame. Xi ħaġa misterjuża ġibditu lejn il-katidral: in-noti tal-orgni? Id-daqq tal- qniepen? L-ilħna innoċenti tat-tfal ikantaw l-għanjiet tal-Milied? Minn dak il-ħin, eżattament mal- Adeste Fidelis, Claudel beda jissielet kontra l-ħażen ta' ġo fih. Ma kenitx taqbida faċli għax damet sejra seba' snin, sakemm rebħitu l-letteratura ta' Pascal, Bossuet, Kempis u San Tumas. Inbidel mil-lejl għan-nhar u ċċelebra l-Milied tiegħu, wara li wiegħed alleanza Kattolika, li tiftaħar b'bosta kittieba u artisti ta' kalibru. B'xorti ħażina, il-Milied Kristjan hu mċappas ukoll b'ħafna bigottiżmu u falzità. Il-Presepju ħaj B'aktar exposure fuq il-media, il-kunċett tal-presepju jista' jaqbad f 'ħafna aktar subborgi u rħula. Il- media tista' wkoll tagħti aktar profil lill-atturi li janimaw 'il-presepju'. Il-proġett ta' Betlem f 'Għajnsielem hu eżempju stupend ta' folklor, artiġġjanat u animazzjoni popolari. Din is-sena għall-ewwel darba, tħabbar ukoll il-proġett Natalis Notabilis fir-Rabat b'ħafna aspetti tradizzjonali. Hemm fejn, b'aktar immaġinazzjoni u għajnuna mill-Kunsilli u l-oqsma tal-kultura, 'il-presepju ħaj' jista' jiżviluppa matul toroq twal bħal dik tal-Ħamrun u Santa Venera. F'dawn it-triqat twal u wesgħin jistgħu jibdew isiru sfilati bibbliċi bit- tema tal-Milied. Mill-banda l-oħra, fl-irħula jinstabu rkejjen fejn jista' jinħoloq presepju animat u evokattiv (kif isir Ħal Lija). Fuq kollox, il-media trid tara lill-'atturi' bħala protagonisti u tagħtihom l-opportunità li jfissru l-emozzjonijiet tagħhom permezz tas-sehehom fil-presepju ħaj. Tkun ħasra jekk il-media tinjora din l-opportunità natalizja. Spettaklu tas-Sibt filgħaxija The Entertainers (NET TV) hu, indubbjament, l-aqwa programm televiżiv tas-Sibt filgħaxija. Ħafna nies qed jippreferu joqogħdu jaraw il-programm mid-dar minflok il- ħarġa ta' dakinhar. L-ankra tal-programm hu s-surmast Mark Spiteri Lucas mal- band professjonali tiegħu. The Entertainers qed jagħmel skoperti interessanti fejn jidħol it-talent ġdid. The Singing Challenge hu wieħed minn dawn l-inizjattivi. J Anvil (Ian James Vella) ikompli janima l-programm bl-esuberanza xemxija tiegħu. Iżda tkun tassew ħasra jekk The Entertainers jaqa' għat-tentazzjoni tal-vulgarità. L-edizzjoni tal-Milied (5 ta' Diċembru) ippruvat tintroduċi psewdo-kok Taljan jagħmel panettone iebsa daqs blata biex fiha jsib pastur. Kien hemm tkissir banali tal-lingwa Taljana, b'ħafna daħq stupidu u sfurzat. L-eleganza tal- programm evaporat f 'kemm trodd salib. Ikun tajjeb li Spiteri Lucas, kompożitur intelliġenti u serju ħafna, jitbiegħed minnufih minn din il-formola. Żgur li m'għandux bżonnha. L-oġġezzjoni morali ta' Cassius Clay L-istazzjon kulturali Taljan RAI Storia fakkar is-sitt xahar mill- mewt tal-boxer Cassius Clay (aka Mohammed Ali wara li ddikkjara li jipprofessa l-Iżlam bħala r-reliġjon tiegħu). Determinat li jsir boxer minn meta kellu sitt snin, Cassius Mohammad Clay, minbarra l-profil fenomenali li ħoloq bħala personalità sportiva, sar magħruf għall-impenn tiegħu favur id-drittijiet tal-Amerikani Suwed. Fil-fatt, id-dokumentarju tar-RAI enfasizza s-saħħa politika ta' Clay, li ħoloq il-mit ta' sportiv uniku, ta' personalità ribella kontra l-kultura ġellieda tal-Istati Uniti. Clay kien ħoloq kontroversja nazzjonali meta ċaħad li jmur jiġġieled kontra l-Vjetkong meta l-Amerika ddikkjarat l-invażjoni tal-Vjetnam ta' Fuq fl-1964. "Il- Vjetkong qatt m'għamluli xejn, qatt ma nsulentawni, qatt m'għajruni bil-ġilda sewda. M'għandix għalfejn naqbad l-armi kontriehom." Cassius Clay dam is-snin jiftaħ rikors wara l-ieħor għad-dritt li ma jmurx għall-gwerra. Fl-1971, il-Qorti Suprema qatgħetha li Clay kellu d-dritt jiċħad li jmur għall- gwerra fuq il-bażi tal-oġġezzjoni tal-kuxjenza. L-armi u t-traffiku fl-Amerika Fl-Istati Uniti, aktar hemm ċans li tmut b'tir ta' pistola milli f 'inċident tat-traffiku. L-imwiet bit-traffiku qed jonqsu iżda l-imwiet b'armi tan-nar (il-biċċa l-kbira b'suwiċidji jew bi vjolenza domestika, dejjem telgħin 'il fuq fiċ-ċifri. Skont The Economist, din iċ-ċifra tgħodd għall- etajiet kollha. Kważi kull ċittadin Amerikan (minn popolazzjoni 320 miljun) għandu arma tan-nar u dan jitqies bħala dritt ċivili garantit mill- Kostituzzjoni. Hemm min jgħid li l-aggressività Amerikana fejn jidħlu l-armi tinsab fid-DNA ta' dak il-poplu kontradittorju, li jrid jiddomina lill- pjaneta. Eluf ta' mwiet fil-Mediterran Xi ġranet ilu, in-New York Times irrappurtat li għalkemm l-ISIS m'għadhiex taħkem il-belt ta' Sirte, l-organizzazzjoni Ġiħadista għadha ta' theddida għal-Libja. L-ISIS issa ilha ftit ta' theddida wkoll għar-refuġjati li jissugraw il-vjaġġ prekarju mill-Kontinent l-Iswed. Mijiet ta' eluf ta' Afrikani minn inħawi bħall-Eritrea jippreferu jibqgħu maqfulin fi djarhom fil- Libja, b'sogru kbir għalihom, milli jissugraw l-għarqa. Oħrajn imma, jieħdu r-riskju tal-vjaġġ li jista' jissarraf f 'ċimiterju taħt l-ilma. Skont l-għaqda Missing Migrants Project hu stmat li din is-sena fil- Mediterran tilfu ħajjithom mal-4,715 immigrant. Fil-mewt ta' Somalu Ninni la tibkix iżjed Ninni Ġesù Bambin Somalu qed iterter fix-xita nieżla qliel Ninni la tibkix iżjed Ninni Ġesù Bambin Somalu jerħi nifsu taħt pont minsi mill-Maltin. Il-Milied ta' Claudel illum | Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 Opinjoni 22 MARIO AZZOPARDI Paul Claudel kien poeta Franċiż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2016