Illum previous editions

ILLUM 18 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 39

Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 | illum Intervista 15 sħaba sewda fuq Joseph Muscat' Soċjalisti, tal-Ħodor, il-Liberali u x-Xellugin. "Ħafna aktar min-naħa tal-lemin, għax dawn jemmnu li kwistjonijiet bħal dawn, u anke kwistjonijiet ta' korruzzjoni, għandhom jiġu solvuti minn pajjiżhom u mhux mill-Ewropa. Iżda x-xellugin, dejjem kienu kontra l-Luxleaks, is-Swissleaks u l-Panama leaks. Għax dawn jemmnu li dawn il-kumpaniji jinfetħu biex jaħbu l-flus u ħafna drabi jinfetħu għall- ħasil tal-flus. U l-prinċipji soċjalisti, liberali, ħodor u komunisti jemmnu li jekk għandek ministru li fetaħ kont il-Panama, ikun verament qabeż il- linja l-ħamra. Tinsiex li fil-pajjiżi fejn hemm nuqqas ta' xogħol u nies li qed jgħixu l-faqar bħall-Italja, iqisu lill- Ewropa u lill-Knisja bħala 'Yumma Yumma', jiġifieri Mafja u għalhekk, il-partiti li ġejjin minn dawn il-pajjiżi għax tellgħuhom nies irrabjati għall- gvernijiet li kellhom, u tellgħu partiti xellugin ma jistgħux jaċċettaw każi bħal dawk tal-Panama." Jibqa' fatt li ħafna Maltin huma rrabbjati għal membri Maltin (tal- PN) fi ħdan il-PPE talli dawn qed jagħmlu pressjoni fuq il-membri tagħhom u b'hekk issir ħsara lil Malta. Hawnhekk, David Stellini tbissem u qalli, "Assolutament li le. Inti taħseb li David Casa se jmur ikellem soċjalist jew xi wieħed mill- ħodor u dan se jivvota kontra Leo Brincat għax qallu xi ħadd mill- PPE? Taħseb li l-ħodor fl-Ewropa ma jċemplux lill-Arnold Cassola u jitolbuh informazzjoni dwar dak li jkun qed jiġri? Taħseb li l-liberali se jimxu fuq struzzjonijiet tagħna tal- PPE? Altru li le." "Ngħixu fi żminijiet fejn il- ġurnaliżmu hu importanti ħafna. U billi Malta hemm diversi ġurnali bl- Ingliż bħal The Times, MaltaToday u l-Malta Independent, u l-MPEs jaraw il-headlines kollha ta' kull ġimgħa, u meta għandek xhur sħaħ fuq il- headlines dejjem hemm il-Panama u każi ta' korruzzjoni, ma jagħmilx ġieħ lil Malta u lil min imexxiha. Assolutament li l-każ tal-Panama hi sħaba sewda fuq Joseph Muscat. Meta jagħmlu tfittxija sempliċi fuq Google fuq Joseph Muscat, qed jaqraw każ wara każ ta' korruzzjoni. Imma qed jirċievu wkoll aħbarijiet tajbin f 'dik li hi ekonomija fejn għalkemm Malta m'aħniex fuq nett imma sejrin tajjeb. Jiġifieri mhux qed jistennew lilna li ngħidulhom x'qed jiġri, huma jfittxu dwar dak li qed jiġri." Stellini qal li dan il-każ tal- Panama waqt il-presidenza Maltija dejjem jistgħu jsibu ma' wiċċu tul il-presidenza kollha. "Tinsiex li l-Gvern Malti se jippresedi negozjati dwar ir-riforma fid- direttiva kontra l-ħasil tal-flus, u għandek ministru li fetaħ kont il-Panama. M'għandix dubju li fid-dibattiti, se jqum dejjem dan il-każ. Għax għall-membri Parlamentari, din tal-Panama hi xi ħaġa oxxena. Kulma jistennew, li tal-inqas ikeċċi lill-ministru konċernat." 'Nemmen li Brexit ma sseħx' Dwar Brexit, Stellini qal li l-PPE qatt ma kienu kuntenti bir- referendum tal-Ingliżi. Iżda hu fatt li jekk tiġri, l-Ewropa trid tħares lejn l-opportunitajiet li toħloq Brexit. "Brexit tista' ma tiġri qatt. Din hi l-opinjoni tiegħi. Fl-Unjoni Ewropea hawn għaqda kbira li l-Ingliżi ma jistax ikollhom is-suq intern jekk ma jaċċettawx il-moviment ħieles tan-nies. Għax huma jridu li jwaqqfu l-immigrazzjoni miċ- ċittadini tal-Unjoni Ewropea u xorta jżommu l-aċċess tas-suq intern. U hawn, kulħadd qed jaqbel li din ma tingħatalhomx. Mela jekk mhux se jħallu Ewropej jaħdmu fl-Ingilterra, huma ma jistgħux jesportaw lejn l-Ewropa, u huma jesportaw ħafna u ħafna lejn l-Ewropa. Dan jista' jwassal għal daqqa ta' ħarta kbira ekonomika għax s'issa kienu qed jgħixu f 'ħolma. Għax huma riedu 'they take the cake and eat it'. Ma jistgħux jagħmlu dan, għax huma parti minn klabb fejn għandhom drittijiet u obbligi wkoll. Issa jaslu biex jirrealizzaw li l-Ewropa hi magħquda f 'dan ir- rigward, u Theresa May terġa' tmur quddiem il-poplu fejn jew titlob referendum ieħor bin-negozjati li jkunu saru, inkella elezzjoni li twaqqaf il-Brexit u tista' tieqaf u hekk nemmen li jiġri jien personali." David Stellini kif wieħed jista' jara, hu intiż ħafna fil-politika sew dik Ewropea u anke dik Maltija u billi hu sigriet magħruf li l-PN qed ifittex kandidat b'saħħtu f 'Għawdex, staqsejtu jekk ġiex avviċinat biex joħroġ bħala kandidat hu għal Għawdex. "Miżżewweġ lil Soccorsa, Taljana tal-Belġju u għandi żewġ ulied Lawrence ta' 5 snin u Jada ta' 3 snin, inħoss ħafna n-nuqqas ta' Għawdex, u nixtieq insib impjieg f 'Għawdex ħalli nirritorna pajjiżi. Iżda ma nistax, għax hawn nitħallas aħjar. Iżda l-ebda siġġu parlamentari ma jħajjarni li noħroġ għall-politika. La talbuni, u lanqas għandi ħsieb. Jien mhux politiku, imma bniedem tal- midja u jogħġobni ħafna t-televiżjoni u r-radju. Il-ħolma tiegħi hi li jkolli programm tar-radju u tat-TV, iżda diffiċli li xi ħadd iħallasni aħjar. Grazzi għar-RyanAir u għall- AirMalta li raħħset il-prezzijiet, qed niġi kważi kull ġimgħa Għawdex fejn il-familja tiegħi. Iżda qatt mhu se tarani niġi nħabbatlek il-bieb għall- vot." David Casa qatt ma għarrafni li se joħroġ għall-elezzjoni ġenerali " " David Stellini

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2016