Illum previous editions

ILLUM 18 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 39

NEWSPAPER POST Nr 531 • 18 ta' Diċembru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Il-Milied it-tajjeb! 'Ambulanza minflok nieħu salarju' - Matthew Paris minn Veronica Lynn Mizzi OMM ta' priġunier fil-ħabs ta' Kordin, b'għafsa ta' qalb tistqarr li jkun iktar ta' ġid li lil binha jżidulu ż-żmien tas-sentenza li qed jiskonta l-ħabs, milli jagħtuh multa sostanzjali minbarra snin li jrid iqatta' l-ħabs, għax dan ikun ifisser li jispiċċaw ibatu huma minfloku. "Ħudlu l-libertà, iva. Imma dawn il-flus kollha?" iżżid issostni l-omm li binha ġie ordnat li jħallas multa ta' €30,000 minbarra l-ħmistax-il sena priġunerija, għar-reat li għamel. "Jekk żbalja hu, kif inbati jien ukoll? Il-kastig mhux hekk. Il-kastig li ħadtlu l-libertà u dik naqbel magħha, għax inkella se jibqa' jirrepeti l-iżball. Aħjar qallu 15-il sena mill- ewwel minflok 14 u €30,000 multa," sostniet l-omm. Din imbagħad żiedet tgħid li binha spiċċa biex il-multa ma weħilhiex hu iżda huma, għax qed jispiċċaw ikollhom ibatuhom huma biex iħallsuhom. B'referenza għall-Qorti, tgħid kif "lilu ma waħħlu xejn tletin elf. Lilna waħħalhom, għax aħna rridu nħallsuhomlu." 'Il-kastig tiegħu...u qed inbatuh aħna' Tkompli f 'paġni 12 u 13 Monument għal Freddie minn Ruben Anthony Xuereb DIN il-ġimgħa, Freddie Portelli ngħata Ġieħ ir-Republika… imma fi kliem ir-re tar-Rock 'n' Roll Malti stess, 'Il-kbir għadu ġej', hekk kif se jsirlu monument fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, fejn twieled u għex tfulitu, biex jiċċelebra l-unur u l-isem li ta lil pajjiżu permezz tal- mużika tiegħu. Iva, sewwa qrajt, monument għal Freddie Portelli li bħalissa qed jinħadem mill- iskultur Angelo Agius, li fil-fatt diġà lesta l-ewwel abbozz tiegħu. Jgħidu le L-imsieħba soċjali jippreferu żieda u reviżjoni tal-COLA minfl ok il-proposta għal żieda ta' €950 fi l-paga minima minn Albert Gauci Cunningham ILPROPOSTA tal-Kampanja għal Paga Minima Diċenti ta' żieda ta' €950 fil-paga minima fuq tliet snin, jidher li mhux se tintlaqa' mill-imsieħba soċjali. L-ILLUM tista' tiżvela li fil-laqgħa li saret matul din il-ġimgħa u li ma kinitx miftuħa għall-media, kien hemm kunsens li kull miżura jew proposta għal żieda fil-paga minima ma tistax toħloq l-effett tal-konċertina, jiġifieri li żieda fil- paga minima twassal għal żidiet fil-pagi kollha li jaqgħu fil-faxex taħt paga medja. Minflok, sorsi li tkellmu mal-ILLUM spjegaw kif l-aktar proposta li qed tikseb appoġġ fost l-imsieħba soċjali hija żieda bbażata fuq il-COLA (Cost of Living Adjustment) u li tkun maħduma fuq basket rivedut ta' prodotti u spejjeż. Il-mekkaniżmu ta' kif tinħadem il- COLA ilu taħt il-lenti għal bosta snin u kemm il-GWU kif ukoll il-UĦM ilhom jisħqu li dan għandu jkun rivedut b'mod li jirrifletti l-ispejjeż reali li qed jaffaċċjaw il-ħaddiema u l-familji. Tkompli f 'paġna 10 mużika tiegħu. Iva, sewwa qrajt, monument għal Freddie Portelli li bħalissa qed jinħadem mill- iskultur Angelo Agius, li fil-fatt diġà lesta l-ewwel abbozz tiegħu. Tkompli f 'paġni 8 u 9 Ara paġni 38 u 39 Akkwista l-kopja tiegħek tal-gazzetta ILLUM tal- Milied, nhar is-Sibt li ġej

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2016