Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

€0.90 Call us on 99860983 Or visit our website www.tadernis.com 22 ta' Diċembru 2013 • Nr 375 Aliyev jallega li l-gazzetta 'It-Torċa' mixtrija mis-servizzi sigrieti IL-MILJUNARJU u eksdeputat kap tas-servizzi sigrieti tal-Każakstan, Rakhat Aliyev allega li l-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd 'It-Torċa' kienet mixtrija biex tippubblika artikli malafamanti kontrih. Permezz tal-avukati tiegħu fi Vjenna, Rakhat Aliyev sostna li s-servizzi sigrieti talKażakstan użaw il-gazzetta 'It-Torċa' biex jidher artiklu dwar allegat somom ta' flus li Aliyev għandu f 'diversi banek. L-artiklu jallega li s-somom jaqbżu l-mitejn miljun ewro u li dawn issomom huma frott attivitajiet illegali fosthom ħasil ta' flus u kriminalità organizzata. "Nara stramba li 'It-Torċa', li s-soltu tiffoka biss fuq temi domestiċi, ħasset li għandha tippubblika din l-istorja bla ebda bażi fuqi. Kif kull Malti jaf, 'It-Torċa' lesta li tippubblika kwalunkwe artiklu malafamanti jekk tkun imħallsa. Hija stramba wkoll li l-'Forbes' talKażakstan ħasset li għandha tirreferi u tippubblika l-istorja tat-Torċa mingħajr ma tiċċekja jekk is-sorsi u l-fatti humiex veritieri" jgħid Aliyev fid-dikjarazzjoni tiegħu. Fl-istess dikjarazzjoni, Aliyev jgħid li qed iħossu mhedded mir-reġim talKażakstan li jrid jeqirdu għal diversi snin. "Qed ikolli niddefendi ruħi minn akkużi infondati li huma orkestrati mis-servizzi sigrieti tal-Każakstan biex finalment jeħilsu minni." Aliyev, li ilu jgħix f 'Malta mill-2010, għandu diversi akkużi kontrih li abbuża millpoter meta kien deputat kap tas-servizzi sigrieti. Dak iżżmien, hu kien miżżewweġ lit-tifla tad-dittatur, qabel ma kellu xi jgħid maddittatur Nazarbayev, fejn ġie mġiegħel jiddivorzja lil bintu u sentenzjat għoxrin sena ħabs. Simon Busuttil jaħsel idejh minn Austin Gatt, imma Beppe le FL-ISTESS jiem li l-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil iddeċieda li jaħsel idejh minn Austin Gatt wara d-dikjarazzjoni ta' George Farrugia, id-deputat kap Beppe Fenech Adami żamm kuntatt u ltaqa' ma' Austin Gatt. Fost l-oħrajn, riċentament Beppe u Gatt saħansitra marru jieklu flimkien. Din il-gazzetta hi infurmata li l-ħbiberija bejn Gatt u Beppe hija waħda kbira. Wara li George Farrugia kixef fil-PAC li kien ta donazzjoni ta' elfejn ewro għal kampanja elettorali, il-Kap Nazzjonalista ma riedx jerfa' r-responsabbiltà għal dak li għamel Austin Gatt fil-passat u ddikjara li huwa Austin Gatt li jrid jirrispondi. Din il-gazzetta issa tista' tiżvela li fl-istess żmien. F'diversi okkażjonijiet, filkariga tiegħu bħala deputat kap Nazzjonalista Beppe sostna li Austin Gatt issa huwa persuna privata u ma jistax jitkellem f 'ismu. Beppe u Austin ta' spiss jiltaqgħu jieklu flimkien Il-PN talab ir-riżenja ta' sindku wara artiklu fl-ILLUM JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt KIEN il-Partit Nazzjonalista li talab ir-riżenja ta' David Apap Agius minn Sindku tal-Għarb, wara li din ilgazzetta l-Ħadd li għadda żvelat li Apap Agius kien se jitressaq il-Qorti fuq akkużi ta' użura. Dan ikkonfermah kelliem għall-istess partit f 'kummenti li ta lil dan ilġurnal. "Malli l-Partit Nazzjonalista sar jaf bil-proċeduri kriminali kontra David Apap Agius, is-Segretarju Ġenerali Chris Said bagħat għalih u talbu r-riżenja tiegħu. David Apap Agius ta l-ittra ta' riżenja minn sindku u kunsillier f 'isem il-Partit Nazzjonalista, u minn kull kariga li kellu fil-partit nhar it-Tnejn li għadda," qal ilkelliem. David Apap irriżenja Tkompli f'paġna 2 Bronk Productions tippreżenta Pantomima għal żmien il-Millied Post: Sir Temi Zammit Hall, Universita' ta' Malta Online booking: www.bronk.org Is-Sibt 21 ta' Diċembru 2013 - 7.30pm Bronk Productions 21223347/27223347 Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 - 5pm Il-Ħamis 26 ta' Diċembru 2013 - 3pm/7pm Bar tal-Istitut Kattoliku Floriana 21242551 Tereza Bazaar - Żabbar 21892730 Is-Sibt 28 ta' Diċembru 2013 - 7.30pm Lion King G'Manġa 21240007 Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 - 4pm Gelardu Kiosk il-Belt 21220151 Is-Sibt 4 ta' Jannar 2013 - 7pm Viris Take Away Kalkara 21802993 Il-Ħadd 5 ta' Jannar 2013 - 5pm NEWSPAPER POST Koreografija u Żeffiena: Keith Dance Studio Lirika: Vince Fabri Kitba u Direzzjoni: Tonio Vella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013