Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

SPORTSillum Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 | illum 31 ċi f'Malta fil-preżent Steve Camilleri Twieled fl-20 ta' Jannar 1992 f'Tal-Pietà Beda jipprattika l-atletika sa mill-età tenera ta' 5 snin Jifforma parti mit-tim nazzjonali talatletika Huwa kkowċjat mill-kowċ Bulgaru Jivko Jetchev, li huwa l-head coach ta' Pembroke Athleta Bħala tim jitħarreġ mal-klabb Pembroke Athleta Ritratt: Ray Attard Jipparteċipa fil-kategorija tal-atletika tal100m, 200m, 400m, 4 x 100m u 4 x 400m rebaħ il-finali tal-100 metru waqt li spiċċa fil-5 post fil-Kampjonati Mondjali tal-Atletika. Jien temmejt it-tellieqa f 'ħin ta' 11.11-il sekonda fejn għal darb'oħra kelli ntellaq kontra r-riħ. Madankolu, kont sodisfatt li rnexxieli nasal s'hawn. U kif kien il-kumplament talistaġun għalik? Naf li kont qed tirċievi trattament għall-injury li sofrejt... Matul il-kumplament tal-istaġun, kif għidt int kont qed nirċievi trattament għall-injury tiegħi, iżda ngħatajt ukoll l-aħbar li wieħed millatleti kien ittestja pożittiv fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Lussemburgu, u hu kien ukoll fuq il-podju fit-tlielaq tal-100 metru l-200 metru. Hekk kif kien instab pożittiv għal stimulant waqt dawn il-logħbiet, normalment il-midalji li jkun rebaħ jingħataw lill-atleti oħra li jkunu kklasifikaw warajh. Madankollu għadni qed nistenna għal konferma li jien se ningħata l-midalji tal-bronż għattlielaq li ħadt sehem fihom tal-100 metru u l-200 metru. X'inhuma l-pjanijiet għall-futur tiegħek? Diġà bdejt nipprepara għall-istaġun 2014. L-għan tiegħi huwa li nżomm it-titli tal-Kampjonati Nazzjonali fil100 metru u fil-200 metru kif ukoll li nirbaħ it-titlu tal-400 metru. Qed nippjana wkoll li nikkompeti iktar fil-livell internazzjonali, fi trakki Ewropej iktar minn dawk lokali. Dan għandu jgħinni nakkwista iktar esperjenza barra minn Malta waqt li nsib atleti iktar veloċi minni biex inkompli ntejjeb lili nnifsi fl-atletika. Ukoll, minħabba li l-Logħob talPajjiżi ż-Żgħar huma importanti, qed inħejji lili nnifsi biex inkun fl-aqwa tiegħi għal dawn il-Logħob li se jsiru fl-Islanda fl-2015. Qed nittama wkoll li navvanza fil-lista tal-aqwa atleti ta' kull żmien u possibbilment nidħol fil-lista tal-aqwa 3 fl-avvenimenti kollha. Il-pjanijiet finali tiegħi huma dawk li nirrappreżenta lil Malta fil-Logħob Olimpiku kif ukoll li nsir l-iktar raġel veloċi f 'Malta ta' kull żmien. Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti għal dan is-suċċess kollu li rnexxilek tikseb sa issa? Iva, fil-fatt nixtieq nirringrazzja lil dawk il-persuni kollha li għenuni nikseb is-suċċess li rnexxieli nikseb sa issa u li jagħtuni appoġġ kontinwu, speċjalment lill-familja u ħbieb tiegħi, sħabi tat-tim kif ukoll lill-kowċ tiegħi, il-Bulgaru Jivko Jetchev. Ringrazzjament speċjali lillisponsors tiegħi Eurosport Malta talli jipprovduni bl-ilbies u bit-tagħmir neċessarju kollu li jkolli bżonn.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013