Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

Gladjat 12 illum | Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 Delitti Politiċi – Għandhom jingħalqu dawn il-kapitli kiebja Feruta iva… iż minn John Busuttil Raymond Caruana u Karin Grech vittmi tal-politika Joseph Cuschieri MEP Ta' kull sena, max-xahar ta' Diċembru, il-poplu Malti awtomatikament iġedded żewġ ġrajjiet kiefra li seħħew bosta snin ilu, iżda dlonk jiddispra meta jiftakar li għadhom pjagi kbar miftuħin beraħ. L-imwiet insensati talinnoċenti Karin Grech u Raymond Caruana, vittmi tal-politika partiġġjana u vjolenti tal-imgħoddi, għadhom inikktu mhux bi ftit lis-soċjetà tagħna, xejn inqas il-qraba u maħbubin tagħhom li bla dubju għadhom ta' kuljum iħossu t-telfa tagħhom. Dawn il-kapitli kiebja flistorja moderna ta' pajjiżna donnhom ma jistgħu jingħalqu qatt. Mhijiex ilkommemorazzjoni tagħhom li qed twassal għal dan, għax huwa importanti li, dejjem fil-waqtiet xierqa, niftakru fihom u nisiltu minnhom it-tagħlima meħtieġa. Hija r-realtà tal-fatt li għaddew daqstant snin minn meta seħħew u s-soċjetà tagħna baqgħet mingħajr tweġiba għala qisu ma kien ħadd li wettaqhom. Min wettaq dawn l-atroċitajiet? Kliem pompuż u akkużi kellna kemm trid. Kellna saħansitra lil min, b'kapriċċ politiku li m'għamillux ġieħ, qabad u semma' persuni li eventwalment kien stabbilit li żgur ma kellhomx x'jaqsmu maż-żewġ delitti faħxija. Bqajna bil-misteru dwar kif, f 'pajjiż ċkejken bħal tagħna fejn kulħadd prattikament jaf lil kulħadd, inqerdu żewġ ħajjiet u l-Pulizija tagħna baqgħu ma ressqu lil ħadd biex jakkużawh bihom. Il-poplu ma jistax joqgħod bi kwietu sakemm jibqa' jkun mitmugħ il-propaganda min-naħa u l-logħob legalistiku minn oħra. Jekk Malta u Għawdex illum jinsabu fi trankwillità politika hu dovut għal kull naħa, għalhekk hemm min hemm fil-Gvern, hu d-dmir tiegħu li jsaħħaħ il-proċess ta' tiftix u investigazzoni biex finalment ikollna s-sodisfazzjon inkunu nafu min wettaq dawn l-atroċitajiet li kissru minn ġewwa s-soċjetà tagħna. Biex nagħlqu dawn ilkapitli l-Pulizija ma tridx tibqa' mwaħħla fil-karti u l-eżitazzjonijiet tal-passat, imma trid tiftaħ qalbha mal-pubbliku u tinfurmah bis-serjetà u bl-akbar ġenwinità fiex inhuma tassew l-affarijiet. Impenn politiku tal-Gvern il-Ġdid F'għeluq il-mitejn sena minn meta twaqqaf ilkorp tal-Pulizija f 'pajjiżna u fl-okkazjoni tal-Gvern il-ġdid immexxi millPrim Ministru Joseph Muscat, ikun tabilħaqq ta' sodisfazzjon u sinifikat speċjali li kieku finalment ningħataw xi forma ta' żvilupp fl-istħarriġ taż-żewġ każi msemmija. L-animożità politika esaġerata li kienet tirrenja fis-snin li nqatlu kiesaħ u biered Karin Grech u Raymond Caruana llum, fortunatament, m'għadhiex tnawwar minn ġewwa lillpoplu Malti u Għawdxi, għalhekk kull żvilupp li jitħabbar ikun qed jgħin biex tissaħħaħ l-armonija u jitkattar sens akbar ta' għaqda fil-pajjiż. Il-pjagi miftuħa jibqgħu jweġġgħu. Jgħaddi kemm jgħaddi żmien minn fuqhom, dawn l-episodji koroh mill-istorja talgżejjer tagħna se jibqgħu bħal marka sewda kerha li ma tistax tibda tisfuma u tidħol fl-isfond ġenerali tal-ħajja Maltija qabel ikunu spjegati aħjar u, xejn inqas importanti, min kien responsabbli għalihom imressaq quddiem ilġustizzja. Ma nħossx li qatt sar biżżejjed biex in-nazzjon ikun mgħarraf sewwa u biddettal ta' x'sar u, importanti, x'għadu qed isir biex il-każi mdemma ta' Karin Grech u Raymond Caruana finalment jingħalqu u jibqgħu biss rakkonti kiefra fil-paġni talistorja li minnhom jistgħu jitgħallmu l-ġenerazzjonijiet futuri tagħna. Huwa d-dmir tagħna li nagħlqu dawn il-kapitli kiebja, b'rispett lejn min wara kollox ma kienx jaħti fl-imgħoddi u lejn min għad irid jiġi biex jevalwa l-istorja ta' Malta u Għawdex minn lenti għal kollox ċara u nieqsa mill-preġudizzji ta' kull lewn u għamla. F'ġieħ is-sewwa u l-verità, il-ġustizzja trid issir. KONT qed nistenna ĦalKirkop fejn il-fabbrika talST u nilmaħ karozza sewda armata b'ħoss qawwi. Kienet Claire Peresso tfajla ta' 38 sena li ftehmna li niltaqgħu biex insegwiha sad-dar tagħha Ħal-Safi. Wara li segwejtha (u ma kinitx faċli għax kemxejn nervuża fit-triq) ipparkjat fi triq li fakkritni ħafna fi tfuliti fejn kont nilgħab meta kont inżur il-familjari ta' missieri li huma Safin. Dħalna d-dar tagħha, għamlitli kafè u bdejna nitkellmu dwar ħajjitha. Ħajja mimlija nżul u tlajja, ħajja missielta sew iżda fl-istess waqt stajt nara mara żagħżugħa mimlija kuraġġ u ħolm għall-futur. Immaġinaw li ta' 38 sena tħabbat wiċċha mal-isklerosi multipla, mad-dijabete, mal-ulcerative colitis (fejn tneħħitilha l-musrana prinċipali), mal-kundizzjoni celiac u anke mat-thyroid. Però dan xorta mhux biżżejjed biex iwaqqaf lil Claire milli toħlom u tiġġieled biex tirbaħ fuq dan il-mard kollu fejn bil-mod il-mod qed jirnexxilha. Claire twieldet f 'Jum il-Kunċizzjoni tal-1975 l-Imqabba u trabbiet ĦalTarxien. It-tielet wild ta' Helen u Paul, b'ħuha l-kbir Kenneth li hu pilota u jgħinha fejn jista' finanzjarjament, oħtha Graziella u oħtha ż-żgħira Margaret. Claire ilha separata dawn l-aħħar tliet snin u hi omm Nicholai li għandu 13il sena li jgħix ma' missieru u Neil ta' 11-il sena li jgħix magħha. Anke dan il-fatt kompla jferi lil Claire li qaltli li żewġha ma telaqhiex minħabba l-kundizzjonijiet li kellha (anke jekk kien hemm mumenti li ħasbet hekk) iżda għax kien sab mara oħra. "Anzi rrid nammetti li meta sirt naf bil-marda talisklerosi multipla, l-eks żewġi kien għeni ħafna u kien warajja l-ħin kollu." Claire kienet mudella ta' suċċess li rebħet diversi trofej. "Jien bdejt nimmudella meta kont miżżewġa u r-raġel kien dejjem ikun miegħi u kien jagħmilli kuraġġ kbir flimmudellar. Kont anke nagħmel reklami fuq itteleviżjoni ta' ħwejjeġ. Iżda meta kelli nieħu l-isteroids minħabba l-MS (Muscular Distrophy) tqawwejt u ma ridtx nidher iżjed quddiem in-nies." Fil-fatt bħalissa qed tagħmel dieta partikolari li biha naqset drastikament u f 'moħħha għandha li tirritorna għal ħajja fuq itteleviżjoni. Xtaqt inwassal din l-istorja partikolari għax hi storja li fin-negattività tagħha joħroġ ħafna pożittiv u messaġġ ta' kuraġġ liema bħalu. Għax il-problemi ta' Claire Claire tħobb ħafna l-annimali u tobgħod il-kaċċa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013