Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

4 illum | Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 Is-Sindku ta' Sannat jgħid li dejjem mexa mal-liġi JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt "ĦA nwieġeb b'kontroprotest minħabba l-fatt li l-allegazzjonijiet li għamel Arthur Bajada huma kontradittorji immens." Dan qalu s-Sindku Laburista ta' Sannat, Philip Vella, f 'kummenti mal-gazzetta ILLUM b'reazzjoni għallprotest ġudizzjarju li nhar l-Erbgħa 4 ta' Diċembru, l-eks Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Arthur Bajada, ippreżenta fil-Qorti talMaġistrati f 'Għawdex. Bajada ppreżenta dan il-protest ġudizzjarju kontra l-Kunsill Lokali ta' Sannat, kontra s-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali u kontra d-Direttur tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali. Is-Sindku Vella qal li ma tistax titla' l-qorti u tisħaq li tafni bħala persuna integra mbagħad tagħmel dawk l-allegazzjonijiet kollha. "Bajada kellu kull opportunità li jissustanzja dak kollu li kien qed jgħid. Minkejja f 'dan, hu qatt ma għamel hekk." Is-Sindku Laburista mhu qiegħed jeskludi xejn f 'dan irrigward. "Jien qed nitkellem mal-avukat tiegħi sabiex jekk hemm bżonn anke niftaħlu kawża għad-danni. Legalment jien dejjem imxejt mal-liġi. Lil eks-Segretarju Eżekuttiv ngħidu biex iġib ilfatti u l-provi li jissostanzjaw dak li qal." Vella kompla jgħid li "l-allegazzjonijiet li semma, fil-verità hu jinsab responsabbli minnhom, għaliex l-aministartur eżekuttiv tal-kunsill lokali huwa s-Segretarju Eżekuttiv." Dwar il-kontijiet personali tas-Sindku li Bajada allega li tħallsu mill-Kunsill Lokali, isSindku Vella wieġeb li "dawn mhux vera. Jien qatt ma użajt fondi tal-Kunsill Lokali sabiex ħallast xi kontijiet personali. Barra minn hekk, din hi kontradizzjoni kbira. Dan għaliex hu l-persuna responsabbli mill-Kunsill Lokali sabiex jiffirma ċ-ċekkijiet tal-pagamenti u mhux jiena. Imbagħad wara li tkun għaddiet l-iskeda tal-pagamenti mil-laqgħa talkunsill niffirma jien." Fil-protest ġudizzjarju li Arthur Bajada kien ressaq fl-Erbgħa 4 ta' Diċembru, fisser kif għal dawn l-aħħar xhur jekk mhux snin, kien il-whistleblower li dejjem prova jrażżan lis-Sindku Laburista Philip Vella minn diversi abbużi. "F'waqtiet irnexxielu u f 'oħrajn le. Fost dawn hemm istanzi fejn kontijiet personali tas-Sindku ntbagħtu lillKunsill Lokali; fejn saru diversi direct orders minnu mingħajr l-approvazzjoni tal-Kunsill; anke fejn ittieħdu Is-Sindku ta' Sannat Philip Vella deċiżjonijiet minnu li l-Kunsill ikun iddiżapprova espressament; fejn ġew avviċinati kuntratturi sabiex ma jixħtux tenders tal-Kunsill; ordnijiet lillkuntratturi sabiex jagħmlu xogħlijiet li ma jaqgħux fil-mansjoni tal-Kunsill; aġir li jikkostitwixxi collusive tendering, jew altrimenti jekk ma jilħaqx dan il-grad, ma huwa xejn aġir seren u serju u abbużi simili f 'dak li għandhom x'jaqsmu ma tenders u subcontracting; deċiżjonijiet oħra li jistgħu jissejħu ultra vires u li qatt ma kienu approvati millKunsill u li wħud minnhom setgħu jesponu lill-Kunsill Lokali għad-danni; kollha kommessi mis-Sindku." Saħansitra jgħid li jeżistu provi dokumentati għal dawn in-nuqqasijiet. Fil-protest ġudizzjarju li ressaq, l-eks Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta' Sannat, Arthur Bajada, sostna li dejjem ġibed l-attenzjoni għal dawn l-irregolaritajiet. Hu allega li spiċċa vittma tas-sindku li l-eħfef triq għalih kienet li jneħħieh mis-saqajn, b'dik il-mozzjoni ta' sfiduċja sabiex ikompli jabbuża. L-Avukat Leslie Cuschieri f 'isem Arthur Bajada qal li huwa inġust li minkejja li f 'pajjiż ċivilizzat li llum għandu l-liġi talwhistleblower, bniedem ta' integrità jiġi mneħħi millkariga tiegħu għaliex kixef suspetti ta' abbuż ta' terzi persuni f 'karigi uffiċjali. Fil-protest ġudizzjarju Bajada talab sabiex il-Kunsill Lokali ta' Sannat f 'Għawdex, is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali u d-Direttur tadDipartiment tal-Gvern Lokali jbiddlu, jħassru u jirrevokaw id-deċiżjoni tagħhom u qiegħed iżommhom minn issa responsabbli għad-danni kollha sofferti. L-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) tixtieq tavża li dawn l-iskemi ta' għoti nazzjonali qed jiġu estiżi sal-31 ta' Diċembru 2014: Sistemi ta' solar water heaters fis-settur domestiku Roof Insulation u Double Glazing għal użu domestiku Restawr ta' Bjar Domestiċi Għal aktar informazzjoni, idħol fuq il websajt www.mra.org.mt Malta Resources Authority, Millennia, Aldo Moro Road, Marsa MRS 9065, Malta. Tel: +356 21220619; Fax: +356 22955200 E-mail: enquiry@mra.org.mt; www.mra.org.mt Is-Seba' Leġislatura - Mix-xellug għal-lemin Arthur Bajada (Segretarju Eżekuttiv), Maria Cassar Sultana (Kunsillier), Frances Galea (Viċi Sindku), Philip Vella (Sindku), Joseph Bajada (Kunsillier) u Margaret Said (Kunsillier)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013