Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

SPORTSillum Balzan jissorprendu u jegħlbu lil Mosta L-attakkant Taljan ta' Mosta Gianmarco Piccioni jirbaħ il-ballun bir-ras minn fuq żewġ plejers ta' Balzan Mosta .....................0 Balzan ....................2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT F'ġurnata mimlija riżultati sorprendenti, Balzan issorprendew u kisbu 3 punti prezzjuzi meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta' 2-0. Tajjeb ngħidu li din kienet it-tieni telfa konsekuttiva għal Mosta, li żgur li jrid ikollhom wirjiet u riżultati aħjar fil-bidu tas-sena d-dieħla jekk qegħdin jaspiraw li jirbħu post mal-ewwel sitta fiċ-Championship Pool. Balzan marru fil-vantaġġ fis-16-il minuta meta Jose Luis Armario Negrin irċieva tajjeb mingħand Dylan Grima, avvanza fil-kaxxa fuq ix-xellug u għeleb lil Omar Borg permezz ta' xutt angulat. Mosta resqu viċin li jġibu l-iskor indaqs fit-32 minuta permezz ta' freekick ta' Piccioni mixxellug li ġie salvat f 'corner mill-goalkeeper ta' Balzan, Lorenzi. L-istess goalkeeper reġa' dawwar f 'corner tentatttiv minn daqqa ta' ras tajba ta' Piccioni wara li dan irċieva minn freekick mix-xellug ta' Cristian Martins Fernandes fil-61 minuta. Żewġ minuti biss wara, is-sostitut Mosti Bojan Kaljevic, kien sfortunat li laqat il-mimduda. Madankollu f 'kontrattakk veloċi, fis-66 minuta, Balzan irduppjaw l-iskor meta minn cross invitanti mil-lemin, Lydon Micallef għeleb lil Omar Borg permezz ta' xutt millewwel mill-isbaħ. Eżattament qabel ma ntemmet il-logħba, Bojan Kaljevic, reġa' kien sfortunat meta għal darb'oħra reġa' laqat il-lasta f 'temp ta' ftit minuti, din id-darba permezz ta' tentattiv minn daqqa ta' ras li stampa malwieqfa. Mosta Borg, K. Farrugia, T. Farrugia, Brincat, Micallef (Cini 66'), Grech, Silva Faria, Vieira dos Santos (Kaljevic 46'), De Jesus Messias, Martins Fernandes, Piccioni Balzan Lorenzi, Grioli, DYLAN GRIMA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-18 ta' Lulju 1990 Jilgħab f'nofs il-grawnd u s-sieq preferuta tiegħu hija dik leminija Jinsab b'self ma' Balzan u huwa prodott tan-nursery ta' Valletta Bezzina, Calabretta (Spiteri 90'), Scicluna, Vignaroli (Grima 74') (McKay 74'), (Aboulezz 75'), Micallef, Sciberras, Armario Negrin, Agius Referee Marco Borg Ritratt: Ray Attard Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 | illum 25

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013