Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

SPORTSillum Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 | illum 27 Arsenal se jagħmluha sal-aħħar fil-quċċata? M'HEMMX dubju li s-sorpriża pożittiva sa issa fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra kienet Arsenal li jinsabu fil-quċċata hekk kif approfittaw bis-sħiħ minn żelqiet ta' timijiet li bħas-soltu kienu mistennija jisfidaw għar-rebħ tal-unuri fosthom Chelsea, Manchester City u Manchester United. Però fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Arsenal sofrew telfa umiljanti ta' 6-3 kontra Manchester City. Nifakru wkoll li ftit tal-ġimgħat ilu, Arsenal kienu sofrew telfa minima ta' 1-0 kontra r-rivali Manchester United bil-gowl għar-Red Devils jiġi skurjat propju mill-eks plejer tagħhom, l-Olandiż Robin Van Persie. Speċjalment wara t-telfa kbira kontra s-City, bosta segwaċi talfutbol Ingliż u mhux biss, bdew isaqsu jekk il-Gunners humiex kapaċi jibqgħu filquċċata sa tmiem l-istaġun. Dan il-ġurnal tkellem maċċermen ħabrieki tas-Supporters Club ta' Arsenal f 'pajjiżna, Richard Felice Pace, fejn tlabnieh itina l-fehmiet tiegħu rigward kif qed jara lill-Arsenal matul dan l-istaġun u jekk jemminx li l-Gunners jistgħu tabilħaqq jirbħu l-Kampjonat Barclays Premier f 'Mejju li ġej wara assenza ta' numru ta' snin konsiderevoli. "Qabel ma beda l-istaġun, il-betting poġġa lil Manchester City u Chelsea favoriti iżda wara l-akkwist tal-plejer Ġermaniż, Mesut Ozil, ħafna kienu li bdew iħarsu differenti lejn il-Gunners. Jidher li issa spiċċa ż-żmien li Wenger kien kostrett li jgħaddi minnu u jbigħ plejers stabbli li wieħed kien jarahom li t-tim sejjer jinbena madwarhom. Wieħed jistaqsi "X'kien hemm wara dawn il-manuvri ta' telf ta' plejers bħal Fabregas, Van Persie u oħrajn?" Meta wasal Arsene Wenger ġewwa Highbury huwa sab li biex tkisser id-dominju tal-kbar trid tiġġenera l-miljuni u bi grawnd li jesa' 38,000 ruħ ma stajtx tikkompeti ma' klabbs bħal Manchester United bi stadium li jesa' 70,000 ruħ u żied miegħu l-introjtu mil-lat kummerċjali. Biex ipatti għall-ispiża ta' stadium ġdid li jesa' 60,000 ruħ, Wenger kellu jgħaddi minn perjodu ta' snin fejn beda jakkwista numru ta' plejers żgħar li dawwarhom fi stilel u baqa' kompetittiv matul dawn is-snin. Fl-ewwel snin tiegħu, il-kowċ Franċiż irnexxielu jirbaħ il-Kampjonat Premier Ingliż tliet darbiet, fosthom wieħed mingħajr telfa, l-FA Cup erba' darbiet u ċ-Charity Shield erba' darbiet, u kien biss 10 minuti 'l bogħod milli jirbaħ il-finali tal-UEFA Champions League, b'10 plejers kontra Barcelona. Kien kisser iddominju ta' Manchester United Arsenal huma b'saħħithom biżżejjed biex iżommu posthom fil-quċċata sa tmiem l-istaġun? iżda fl-2003, ir-Russu Roman Abramovich, li tajjeb ngħidu li huwa l-ħames l-aktar persuna sinjura fir-Russja xtara l-klabb ta' Chelsea u minn hemm il-futbol Ingliż inbidel. Ftit snin wara tfaċċaw il-miljuni taż-żejt wara l-bibien ta' Manchester City. Iżda matul dawn is-snin, 'ilProfessur,' kif isejħu lil Wenger il-mezzi tax-xandir Ingliżi, żamm it-tim tiegħu kompetittiv u sena wara l-oħra rnexxielu jżomm lil Arsenal fil-UEFA Champions League, waqt li l-klabb bena stadium fi żmien ta' inqas minn tliet snin li sewa 470 miljun lira sterlina, ċentru tat-taħriġ li sewa 30 miljun lira sterlina u żamm il-pagi tal-plejers fuq livell mal-klabbs il-kbar. Issa jidher li ż-żmien li Wenger ibigħ il-plejers kbar spiċċa u żgur li l-akkwisti millum 'il quddiem sejrin ikunu ta' livell bħalma kien l-aħħar akkwist ta' Ozil. Jirnexxilehom jirbħu tazza din is-sena il-Gunners? Ġurnata ħażina tiġi lil kull tim iżda li hemm tajjeb huwa l-fatt li l-kampjonat huwa twil u żgur li kulħadd jgħaddi minn waqgħat bħalma diġà ġara lil diversi timijiet li qegħdin fuq quddiem. Jiena konvint li jekk f 'Jannar, Wenger jagħmel akkwist jew tnejn tajbin, f 'Mejju, Arsenal ikunu għadhom jissieltu għall-unuri iżda jiena ċert li l-futur ta' Arsenal huwa wieħed sabiħ u s-segwaċi tagħhom, żgur li għandhom lejn xiex iħarsu. Iddejn fuq l-istadium spiċċa waqt li mil-lat kummerċjali, wara l-wasla tal-Kap Eżekuttiv Ivan Gazidis, il-klabb jinsab miexi 'l quddiem u l-kuntratti malisponsors sejrin jagħtu l-frott biex iżommu lill-Gunners fis-snin li ġejjin fil-quċċata mal-aqwa timijiet (l-'elite') talEwropa", temm jgħid Richard Felice Pace. Cristiano Ronaldo jiftaħ mużew tiegħu fil-Portugall IL-FENOMENU Portugiż, Cristiano Ronaldo, jinsab fil-quċċata tal-karriera tiegħu kemm fil-grawnd u issa anki barra minnu. Dan hekk kif matul din il-ġimgħa huwa fetaħ mużew iddedikat lillkarriera mill-aqwa tiegħu filfutbol f'post twelidu, Funchal fil-Portugall. Kollox jindika li l-attakkant ta' Real Madrid se jirbaħ l-unur ferm prestiġjuż tal-Ballun tad-Deheb f'Jannar li ġej u jekk Ronaldo jirbaħ dan l-unur, żgur li dan jispiċċa f'post dinjituż fil-mużew tiegħu li jġib l-isem ta' CR7. F'kummenti li għadda lillmezzi tax-xandir, Ronaldo saħaq li l-jum li fih fetaħ dan il-mużew kien jum speċjali għalih u li huwa ferm kburi b'dan. Huwa saħaq li fadal spazju għal iktar trofej f'dan il-mużew fejn ma semmiex trofej speċifiċi. Kulma jrid huwa li jirbaħ iktar unuri u jekk jasal il-Ballun tad-Deheb, fadallu post fejn jagħmlu! Il-plejer ta' 28 sena jinsab fil-lista ta' tliet plejers biex jirbaħ dan l-unur tal-Ballun tadDeheb flimkien mal-fenomenu Arġentin ta' Barcelona, Lionel Messi li rebaħ dan l-unur flaħħar erba' snin konsekuttivi kif ukoll il-plejer ta' Bayern Munich, Franck Ribery. Ronaldo li sa issa skorja xejn inqas minn 33 gowl f'dan l-istaġun għamel id-debutt tiegħu mat-tim Portugiż, Sporting Lisbon, fl-2002 u minn dak iż-żmien 'l hawn stabilixxa lilu nnifsu bħala wieħed millaqwa plejers li qatt ipproduċa l-futbol mondjali f'kull żmien. Huwa ngħaqad ma' Manchester Ronaldo protagonist kemm fil-grawnd kif ukoll barra United fl-2003 fejn rebaħ tliet Kampjonati Premier Ingliżi, l-FA Cup u l-UEFA Champions League fl-2008 fejn fl-istess sena rebaħ ukoll il-Ballun tad-Deheb għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu. Fl-2009, Ronaldo bidel il-belt ta' Manchester ma' Madrid għal somma rekord fl-istorja tal-futbol sa dak iżżmien. Sa minn meta ngħaqad ma' Real Madrid, Ronaldo kien ferm prolifiku fl-attakk, fejn għandu medja ta' iktar minn gowl f'kull logħba li jilgħab mal-Galacticos kif inhuma iktar magħrufin id-disa' darbiet champions Ewropej. Huwa wkoll il-captain kif ukoll indubjament l-aqwa plejer tat-tim nazzjonali Portugiż u se jkun qed imexxi lil pajjiżu matul it-Tazza tad-Dinja li se ssir filBrażil fis-sajf li ġej fejn fl-istadju tal-gruppi, il-Portugall se jkunu qed jilagħbu kontra l-Ġermanja, il-Ghana u l-Istati Uniti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013