Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

turi tal-Ħajja Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 | illum 13 żda le mirbuħa ma bdewx ilbieraħ. Minn meta kellha 11-il sena Claire ġiet dijanjonstikata bħala dijabetika u trid tittaqqab bl-insulina kuljum. Ftit tassnin ilu bdiet tħossha xejn tajba u darba minnhom waqt li kienet qed timmuddella żammitilha saqajha u sabu li kellha l-isklerosi multipla. "Niftakar li kont intbgħatt nagħmel l-MRI u meta l-professur qalli li f 'moħħi hemm ħafna patches, ommi kien ħassha ħażin u waqgħet mal-art. Kelli nieħu l-isteroids u dawn mhux biss jibdlulek il-burdata iżda jneffħuk ħafna. Kien it-tmiem tal-ħajja tal-immudellar u ma bqajtx immur nagħmel reklami fuq it-televixin għax ma ridtx min jarani b'dik ilfigura." Dan ma kienx kollox fl-ewwel tqala tagħha iffjammatilha l-musrana f 'dak li tissejjaħ ulcerative colitis. "Spiċċajt bil-borża ma' żaqqi. Kien ġie professur li ried jagħmel esperiment fuqi u ma kelli xejn x'nitlef, aċċettajt li ssir din l-operazzjoni fejn neħħewli l-musrana sħiħa u rnexxiet." L-operazzjoni kienet tikkonsisti f 'żewġ operazzjonijiet wara xulxin u tant Claire kellha kuraġġ li bejn operazzjoni u oħra flok marret tistrieħ id-dar blistaples ma' żaqqha baqgħet sejra BayStreet. Dan l-aħħar tfaċċawlha żewġ problemi oħra dik li hi celiac u li għandha l-glandola tat-tirojde taħdem bil-mod. "Dan kollu jibda jgħajjik u moħħok dejjem jhewden speċjalment meta nsibni waħdi hawn. Kultant tinħoloqli rabja fija u ġieli nibki ħafna. Jiddispjaċini li ġieli nibda ngħajjat mat-tifel meta jagħmel xi ħaġa żbaljata żgħira u nispiċċa biex niskuża ruħi miegħu. It-tifel jieħu ħsiebi ħafna u dejjem għassa tiegħi." Tlabtha tgħidli dwar kif it-tfal inqasmu bejn iż-żewġ ġenituri. "Kien Nicholai li għażel li jmur ma' missieru. Dak iż-żmien missieru kellu ħanut tal-mobiles u playstations. Tant li l-kbir spiċċa b'ħafna gadgets li ż-żgħir m'għandux għax jien ma naffordjahomx bil-ftit 'relief ' li nieħu, għax ma nistax naħdem. Iż-żgħir għall-ewwel ma Claire waqt serata tal-immudellar riedx jaf b'missieru lanqas 'daddy' ma kien ried jgħidlu. Iżda jien dejjem għallimtu li dak missieru u jrid jurih imħabba u rispett. Fil-fatt illum sar imur jarah u anke għamillu kartolina għal Milied u xtralu rigal. L-aħwa jaqblu ħafna avolja mifrudin, għalkemm jiddispjaċini li mifrudin għax qabel isseparajna niftakar li kont inlibbishom l-istess. Iddifferenza bejniethom hu li l-kbir dara ħajja differenti u jagħmel aktar li jrid u ż-żgħir imrobbi differenti miegħi u nżommlu aktar. Igerger għax ħuh għandu Facebook u lilu jien ma nħallihx għax nemmen li għadu żgħir biex ikollu Facebook." Sadattant Claire qaltli li żammet ilkunjom taż-żwieġ tagħha għax binha ż-żgħir ma riedx li jkollu kunjom differenti minn tagħha u għalhekk biex tikkuntentah żammet ilkunjom Peresso. Claire qaltli wkoll li minħabba l-kundizzjonijiet tagħha trid tiekol bilfors ikel speċjalizzat, laħam abjad, ħaxix bil-qies u kollu wholemeal. Qamet u ħarġet platt immarkat eżatt kemm għandha tagħmel ħaxix fil-platt. "Jien ngħix biss bir-relief u xi ħaġa żgħira talmard. Il-gvern jagħtini b'xejn għaġin (li mhux tajjeb għalija għax mhux wholegrain) u gallettini biz-zokkor li mhux tajbin għalija lanqas. Barra hekk l-ikel li rrid nixtri jien jiswa iżjed minn dak normali u għalhekk qed inbati finanzjarjament. L-uniku kapriċċ li għandi huma li nagħmel duffrejja" u hawn urietni d-dwiefer tagħha li tant hi kburija bihom. Qaltli li qabel kienet tixrob xi naqra nbid iżda issa qatgħet kollox għax ħuha qed iħallsilha professjonista tad-dieti speċjali li qaltilha li barra li se tgħinha tonqos, se toħroġha minn kull kundizzjoni li għandha u ma jkollhiex għalfejn tieħu steroids. "Jien qed inħossni tajba ħafna b'din id-dieta li qed tagħtini. Dieta fuq ikel naturali u b'saħħitha. Lit-tobba tiegħi m'għidtilhom xejn għax qed inħossni tajba. Jien tabiba tiegħi nnifsi għax il-ħajja hekk għallmitni." Staqsejtha kif tqatta' l-ħin liberu tagħha u jekk toħroġx. "Ma tantx għadni noħroġ wisq għax billi ma nixrobx niddejjaq. Però dejjem fuq il-Facebook u ġieli nagħmel xi ħbiberija u noħroġ ma' xi ħabib fejn nieħu gost immur f 'xi wine bar fejn ikun hemm ftit mużika sabiħa u nkun nista' nitkellem u nidħak ma' min inkun." Qaltli wkoll li hi tħossha aktar komda li tkun ħabiba ma' raġel milli ma' mara. Lil Claire idejquha l-kummenti tan-nies li huma kattivi wisq. "L-ewwel ħaġa ma rrid lil ħadd jgħidli miskina. Iżda niftakar li weġġajt ħafna meta kont għadni ħierġa mill-isptar mill-operazzjoni li kelli u mort nimmudella fuq itteleviżjoni u nisma' waħda tgħid 'għada ħierġa millisptar u diġà marret fuq itteleviżjoni' u ħassejtha wisq li flok ħadet pjaċir li rkuprajt, ikkumentat hekk." Iżda apparti dan il-mard u kundizzjonijiet kollha, Claire mhux waħda li taqta' qalbha. Anzi adattat ruħha għal kull kundizzjoni u tgħix ħajja normali. Bħalissa għandha rieda qawwija li tibqa' tonqos sakemm tkun tħossha komda, "Baqagħli ftit oħra u nixtieq li nibda nieħu sehem f 'xi drama." Meta tgħarraftilha li skont jien ma narahiex qawwija, pront weġbitni, "għadni mhux kuntenta għad irrid nirqaq iżjed." Fl-istess ħin, waqt l-intervista Claire il-ħin kollu tnaqqar tip ta' ikel niexef filwaqt li skużat ruħha qaltli li qed tagħmel hekk mhux għax bil-ġuħ iżda għax dik kienet parti mid-dieta tagħha. Kont smajt ħafna dwar dak kollu li ġarrbet, xtaqt ukoll inħoss il-polz tal-kuraġġ tagħha. Pront pront wieġbet bi tbissima ħelwa, "għadek ma tafnix. Għandi rieda soda u jien se ngħix sa 120 sena. I am a survivor. Mhux hekk biss jien l-isptar ġieli jibagħtu għalija biex nagħmel kuraġġ lil dawk li jkunu se jidħlu għall-operazzjoni tal-musrana. Immur bl-isbaħ ħwejjeġ u bit-takkuna ħalli jaraw li wara l-operazzjoni tibqa' normali." Fost il-passatempi tagħha hemm li tara s-serje televiżivi bħal Grey's Anatomy. Tobgħod ħafna l-kaċċa u l-moħqrija tal-annimali u tobgħod anke lil min hu giddieb. "Jien l-akbar għadu tiegħi hi d-diżonestà." Staqsejtha dwar l-imħabba u b'ħarsa partikolari qaltli. "Nixtieq li nerġa' nħobb u niġi maħbuba." Fl-istess waqt irrakkuntatli esperjenza ta' mħabba li bdiet tliet snin ilu. "Kont imdejqa u fuq Facebook għamilt ħbieb ma' ċertu Eric Ellul li kellu 22 sena u meta jien kelli 36 sena. Ma nafx għaliex aktar ma bdejt nitkellem miegħu aktar inġbidt lejh u kont sirt inħobbu mingħajr qas qatt kont iltqajt miegħu. Kien ikellimni dwar karrozzi, ikel u mużika għax hu kien DJ. Kien jagħmilli ħafna kuraġġ dwar saħħti. Kont il-ħin kollu nistenna l-mument li nitkellem miegħu. Konna ilna kważi sena nitkellmu u qatt ma ltqajna għax kien qalli li hu kien qed jgħix l-Ingilterra u wegħdni li meta jiġi Malta niltaqgħu. Fil-fatt hu ġie għal għeluq snini eżatt fit-8 ta' Diċembru ta' sentejn ilu. Imma ġie f 'tebut, mejjet. Għax qatt ma kien qalli li hu kien l-Ingilterra għal kura tal-kanċer u sirt naf li miet u ġie Malta minn fuq Facebook għax kellu ħafna ħbieb. Mort il-funeral tiegħu u kull nhar ta' Ħadd immur inżur il-qabar tiegħu u sirt ħabiba kbira tal-ġenituri tiegħu fejn inżurhom kull ġimgħa. Inħossu ħafna viċin tiegħi kull meta nħossni waħdi." Rakkont li ħallieni bla kliem. Rakkont li forsi tarah f 'xi film jew f 'xi soap opera. Qabel tlaqt, Claire xtaqet tibgħat messaġġ, "Ħadd m'għandu jaqta' qalbu jiġri x'jiġri. Il-problemi ta' saħħti għallmuni li nkun aktar kuraġġuża." Filwaqt li wrietni tatwaġġ kollu stilel mal-għaksa ta' saqajha. "Din ta' saqajja għamiltha biex infakkar lili nnifsi li għandi x'għandi jien xorta stilla." Mhux ta' b'xejn li bħala status fuq il-Facebook tagħha din il-ġimgħa kitbet hekk: After every End there is a new Beginning... I am over with the End just awaiting the new Beginning... Haven't lost my Faith and Never will... Awguri Claire żgur li ħadd ma jista' jinnega li ħajtek mhix arena kbira bi gladjatura li ma tieqaf qatt tissielet u tirbaħ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013