Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

16 illum | Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 MEDIASPOT Persunti hija tiegħi MINN MARIO AZZOPARDI TAGĦLAQ SENA OĦRA SE tagħlaq sena oħra, mhux mingħajr ir-reġistru tas-soltu, il-kronaka li toħroġ il-mezzi tax-xandir biex tfakkarna f 'dak li mhux suppost ninsew. L-anniversarju talAssassinju ta' JF Kennedy, ngħidu aħna, tfakkar bla heda mill-mezzi tax-xandir (l-aħjar servizz, f 'għamla ta' doku-drama, wasal mill-History Channel). Kennedy kien elevat bħala eroj tal-poplu Amerikan u tad-dinja "ħielsa." F'pajjiżu u madwar is-satelliti talPunent, għaddewh bħala paladin tad-demokrazija, anke jekk fi żmienu kellhom jinqatlu n-nies għad-drittijiet tas-suwed, inkluż Martin Luther King. Is-suwed kellhom jgħaddu minn passjoni sħiħa biex jiksbu d-drittjiet ċivili. BEJN SYDNEY U TACLOBAN Il-mezzi tax-xandir iħobbu jikkonċentraw fuq iddrammatiċità tad-diżastri. Fis-sena li se tagħlaq kien hemm mill-inqas żewġ diżastri kbar: in-nirien implakabbli f 'Sydney u t-tifun li ħalla ħerba sħiħa fil-Filippini. Diżastri fuq skala enormi, imma bid-differenzi tagħhom. L-imwiet f 'Sydney kellhom xeħta ta' "dinjità" (jekk ilmewt qatt jista' jkollha xi ħaġa dinjituża) - il-funerali, id-dfin, il-kuruni, is-servizzi fil-qalba tal-komunità. Jekk irridu nkunu ċiniċi nistgħu nsemmu wkoll il-poloz DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW tas-sigurtà, li jispiċċaw biex il-vittmi jingħatawlhom djar akbar u isbaħ. Iżda f 'Tacloban, l-imwiet kellhom togħma oħra, togħma ta' tajn u għaks u ġuħ u għera u mard, abbandun u disperazzjoni. Il-kap tatTaqsima Umanitarja tanNazzjonijiet Uniti, Valerie Amos, f 'nofs il-ħerba, waqt żjara f 'Tacloban, ikkonċediet li "ttradejna lil dawn in-nies, inqasnihom bil-kbir." Ma kienx hemm ċerimonji f 'Tacloban jew poloz tassigurtà, imma oqbra talmassa, imħaffrin bl-għaġġla biex jitgħattew l-infettati. IĊ-ĊIFRI TA' DIŻASTRU Bdew ħerġin ċifri dwar x'ħalla warajh it-tifun filFilippini, hekk kif ir-raħħala jippruvaw jerġgħu jibnu djarhom bil-qasab talbambù u jinsew lil dawk li sparixxew minn ħajjithom. L-iskarsezza tal-ikel qed tiswa 76.7 dollari Amerikani u t-tħarbit agrikolu, 24 miljun. Erba' miljun ruħ tilfu l-impjieg filwaqt li 11-il miljun tifel u tifla, minbarra l-familja u t-tbissim, tilfu l-iskola. Biex tkun irkuprata l-provista tal-ilma jridu jinstabu 22 miljun dollaru oħra. Li jolqtok hu li allokati għall-koordinazzjoni u għall-għajnuna ta' emerġenza, tħallew biss żewġ miljuni. L-AZZARD FOST IŻŻGĦAŻAGĦ Minbarra d-droga u l-alkoħol (pertinenti l-argument għal dawn il-ġranet ta' festa) fost iżżgħażagħ u l-adolexxenti qed jitfaċċa l-fenomenu talazzard. Il-problema tidher li f 'Malta għadha ma kinitx iffukata imma bosta aġenziji barranin qed jindirizzaw il-problema emerġenti. Hu stmat li minn kull ħames persuni vvizzjati bl-azzard, wieħed jew waħda bdew jilagħbu qabel kellhom 18-il sena. Instab minn aġenziji li jaħdmu maż-żgħażagħ li fl-iskejjel, minn kull klassi ta' 25 f 'livell għoli, talinqas hemm xi ħadd ivvizzjat/a. Il-mezzi tax-xandir żied ir-reklamar aggressiv favur l-azzard bejn l-2010 u l-2013 u dan ir-reklamar żdied bi 300%. JOE DOLCE U N-NIES TAD-DGĦAJJES Is-sitt xhur tiegħi flAwstralja għalqu b'laqgħa ma' ħbieb tiegħi fid-Dan's Hotel fejn kien qed jirreċta l-poeżiji tiegħu Joseph (Joe) Dolce, poeta u kantawtur ta' nisel Sqalli li wasal flAwstralja fl-1979 u assuma l-profil ta' awtur ta' protesta. Fil-fatt, l-ewwel diska tiegħu kienet favur in-"nies taddgħajjes" mill-Vjetnam. Dolce għadu relevanti, l-aktar meta tqis kif l-Awstralja għadha tittratta lir-refuġjati Asjatiċi. Joe Dolce ħoloq ukoll it-teatrumużikali tiegħu u għadu jipprotesta sal-lum. LE PAPALI GĦATTAĦFIR IDROLIKU Il-Papa preżenti li għadu kif kien iddikkjarat bħala l-Bniedem tas-Sena mitTime Magazine, ikompli jiġbed l-attenzjoni tal-mezzi tax-xandir li qed juruh bħala mexxej progressiv. Issa Francesco adotta wkoll l-irwol ta' pijunier reliġjuż fi kruċjata ambjentalista. Daħal f 'taħditiet ma' grupp ta' ambjentalisti Arġentini kontra t-tħaffir taż-żejt magħruf bħala 'fracking', tip ta' tħaffir li jibbaża fuq fluwidi tossiċi li jikkontaminaw l-ilma. Għas-sena li dħalna fiha, ilPapa Arġentin qed iwiegħed li se joħroġ enċiklika dwar il-Knisja, il-Bnedmin u n-Natura. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt TONI ABELA M eta l-bniedem ma jifdallu xejn l-aħħar proprjetà immedjata tiegħu huwa ġismu. Hawn min ibigħ partijiet minn ġismu biex jingħataw lil ħaddieħor. Hawn min kilwa salvatu mill-falliment. Għaliex il-ġisem jappartjeni lil min iġorru. Bħalma l-bniedem jista' jbiegħ jew jagħmel użu millorgani tiegħu kif irid hu, hekk ukoll f 'affarijiet oħra li mhux neċessarjament huma materjali jew tanġibbli. Bħalma huma dawk sentimentali jew ta' pjaċir. Jiena nemmen li sakemm l-individwu la jkun qiegħed jagħmel xejn ħażin lil ħaddieħor, għalija jista' jagħmel bih innifsu dak li jidhirlu hu. Anzi jiena nemmen li din hija l-ogħla espressjoni tal-libertà talbniedem. Iżda jidher li fid-dinja hawn risorġiment ta' omofobija f 'kull sens. Waqt li aħna qegħdin mehdijin nitkellmu dwar ħafna affarijiet. FlIndja għadha kemm ġrat traġedja daqs dik tat-Talibani Diċembru xahar I lni ftit bil-ħsieb illi nikteb fuq irrakkomandazzjonijiet definittivi talKummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja illi ppubblika r-rapport finali tiegħu ta' aktar minn 400 paġna fl-aħħar ta' Novembru li għadda. Huwa rapport mimli bi ħsibijiet u rakkomandazzjonijiet illi fihom ħafna x'tomgħod. L-avvenimenti ta' din ilġimgħa ġegħluni nantiċipa din it-titwila. Diċembru donnu sar xahar ikrah għall-qasam talġustizzja. Sena ilu, fit-12 ta' Diċembru, kellna l-aħbar talarrest tal-imħallef Ray Pace illi xxokkjat kemm lis-soċjetà kif ukoll lill-qasam legali. Imħallef li kien jaħdem ferm imma sfortunatament ħalla lil min jisfrutta l-fraġilità tiegħu. L-avvenimenti ta' din il-ġimgħa kienu ferm infeliċi u sfortunati u għal darb'oħra tefgħu l-ġudikatura f 'dawl ikrah. Dan hu ħasra kbira għaliex b'inċident illi qatt ma kellu jseħħ hemm ġew irrovinajna l-isforzi kbar illi jsiru mill-maġġoranza kbira tal-membri tal-ġudikatura illi jridu jaħdmu b'riżorsi tassew limitati. Xi ġimagħtejn ilu kont quddiem imħallef sabiex tinstema' kawża fid-9.30am. Kien hemm id-deputata tiegħu, kien hemm tliet avukati tal-partijiet u kien hemm anke wħud millpartijiet. Imma s-seduta ma setgħetx tibda għaliex ma kienx hemm il-purtier talqorti. L-avukata illi kienet JOE ELLIS ħarrket ix-xhieda ħarġet sabiex tgħajtilhom fil-kuritur imma xorta kien hemm bżonn dan l-imbierek purtier ħalli jixgħel l-apparat talirrekordjar sabiex tittieħed ix-xhieda. Li kien ġara kien illi l-imħallef kien bagħat lill-purtier iġib proċess mir-reġistru għax altrimenti ma kienx jasallu fil-ħin u għalhekk, l-awla spiċċat ma tistax tiffunzjona għax ma kien hemm ħadd li kien jaf kif iħaddem l-apparat tarrecording. Għalkemm sar progress f 'bosta oqsma, ċertament illi s-settur tal-ġustizzja jimmerita ħafna aktar riżorsi jekk irridu illi jiġi rreġistrat progress. Isiru kemm isiru riformi, u ċertament hemm bżonn ta' ħafna riformi strutturali, kollu jkun għalxejn jekk il-pajjiż mhux ser jinvesti aktar fil-qasam tal-ġustizzja sabiex jiżdied in-numru tal-ġudikanti kif ukoll sabiex ikun hemm aktar riżorsi umani fil-qrati tagħna. Għaldaqstant ċertament l-avvenimenti magħrufa ta' din il-ġimgħa jitfgħu lura l-isforzi illi ilhom isiru u illi l-gvern il-ġdid kompla b'enerġija sabiex jissaħħaħ ilqasam tal-ġustizzja. Fi żmien

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013