Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 | illum 5 €470,000 għal karozza lussuża fil-MEPA DAK li qabbel lilu nnifsu ma' karozza lussuża, daħħal €470,000 bħala ċermen talMEPA taħt l-aħħar gvern Nazzjonalista. Kien fl-2008 li Austin Walker inħatar bħala ċermen tal-MEPA. Walker kien intgħażel b'mod personali minn Lawrence Gonzi biex ikun ċermen tal-MEPA. It-tnejn kienu ħbieb kbar u ħadmu flimkien fil-Mizzi Group. Fl-2008 Gonzi kien qal li kien għażel lil Walker biex iżid l-effiċċjenza, ittrasparenza, il-kontabbilità u l-konsistenza fil-MEPA. Fil-ħames snin li għamel bħala ċermen tal-MEPA, Walker daħħal medja ta' €93,000 fis-sena f 'salarju biss, total ta' kważi €470,000. Kien fl-2010 li f 'intervista Walker kien iġġustifika dan is-salarju tiegħu u qal li jekk tixtri karozza lussuża trid tħallas għaliha. Is-salarju li Lawrence Gonzi ta lil Walker kien id-doppju u nofs taċċermen li l-MEPA kellha qablu. Kemm dam ċermen, Walker ra s-salarju tiegħu jiżdied minn €93,175 fl-2008, għal €93,387 fl-2009, għal €93,690 fl-2010, għal €93,750 fl-2011 u għal €93,992 fl2012. U minbarra s-salarju medju ta' €93,000 fis-sena, dak li qabbel lilu nnifsu ma' karozza lussuża, kellu bonus statutorju ta' €500, telefon tad-dar b'xejn, karozza u fuel imħallsa, mobile phone imħallas, l-internet taddar ukoll u ħlas ta' sptar privat għalih, għall-mara u dipendenti oħra. Il-falliment sħiħ li Walker kellu bħala ċermen talMEPA kkonfermah il-Partit Nazzjonalista fir-rapport tat-telfa li kien ippubblikat wara l-aħħar elezzjoni ġenerali. F'dan ir-rapport intqal li l-MEPA kienet saret "nightmare" mhux biss għall-kuntratturi iżda wkoll għall-familji. L-istess rapport tat-telfa jgħid li l-perċezzjoni inġenerali tan-nies kienet li r-riforma fil-MEPA mhux biss ma wasslitx għar-riżultati mixtieqa iżda saħħet ilperċezzjoni pubblika li din l-awtorità kienet saret mostru burokratiku li ħadd ma kellu kontroll fuqu. Iċ-ċermen il-ġdid talMEPA li nħatar wara l-aħħar elezzjoni ġenerali, il-perit Vince Cassar qed jitħallas €18,000 fis-sena, mal-€75,000 inqas minn kemm ingħata bħala salarju Austin Walker mill-gvern Nazzjonalista ta' Lawrence Gonzi. Austin Walker Malta mingħajr ambaxxatur għall-Ukranja JAMES J. PISCOPO MINKEJJA li issa l-korp diplomatiku Malti taħt il-gvern Laburista ilu ffurmat għal diversi xhur, Malta għadha mingħajr ambaxxatur għall-Ukranja, il-pajjiż li bħalissa qed jiddomina l-aħbarijiet internazzjonali minħabba l-protesti kbar kontra l-Gvern. Waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella Il-protesti Ukreni fl-aħħar ġimgħat sostna li l-kandidat li proponiet Malta ma kienx milqugħ mill-awtoritajiet Ukreni. "Ġie propost l-isem ta' individwu lill-awtoritajiet Ukreni, imma sa issa għad ma hemmx ftehim, li jfisser li teknikament bħalissa għad m'hemmx Ambaxxatur għall-Ukranja," qal ilMinistru fil-Parlament. Fl-aħħar leġislatura, Malta kellha ambaxxatur wieħed li jservi kemm għall-Ukranja kif ukoll għall-Polonja, bir-residenza tiegħu tkun ibbażata f 'din tal-aħħar. Ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Ukranja bdew fl-1992, sena wara li l-Ukranja saret pajjiż indipendenti bil-waqgħa talUnjoni Sovjetika. L-unika żjara statali saret fl-2008, meta Eddie Fenech Adami żar il-pajjiż u ntlaħqu żewġ ftehim ta' kooperazzjoni; wieħed fuq il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-ieħor għall-kooperazzjoni fis-settur turistiku. Ftit ġimgħat ilu, ilPresident Ukren Viktor Yanukovych kien mistenni għal żjara statali f 'Malta iżda din ġiet ikkanċellata fl-aħħar mumenti minħabba l-inkwiet u l-protesti li kienu qed isiru fil-pajjiż. Il-protesti bdew bħala protesta għad-deċiżjoni talgvern li ma jiffirmax ftehim mal-Unjoni Ewropea biex minflok jissieħeb aktar marRussja. Huwa l-iskop ta' Putin li fis-snin li ġejjin, joħloq Unjoni oħra simili għal dik Ewropea imma li jkollha r-Russja fiċ-ċentru u l-pajjiżi l-oħra tar-reġjun bħala membri.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013