Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 | illum 3 "Il-każ ta' Peralta ser jiġi investigat fil-jiem li ġejjin" – Il-President George Abela JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt FI żmien il-Milied ħafna huma dawk li jorganizzaw xi festin mal-ħbieb jew malkollegi tax-xogħol. Huwa mument fejn taqta' naqra mill-ħajja mgħaġġla ta' kuljum u tirrilassa xi ftit. Iżda żgur li qatt ma nqalgħet daqshekk kontroversja daqs kemm inqala' bil-każ tal-Maġistrat Carol Peralta. Investigazzjoni dwar il-każ talMaġistrat Carol Peralta ser issir fil-jiem li ġejjin. Dan sostnieh iċ-ċermen tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni talĠustizzja l-President George Abela, il-Ġimgħa filgħaxija. Kollox beda l-Ħamis 19 ta' Diċembru Nhar il-Ħamis, il-Maġistrat Carol Peralta nqabad f'xibka ta' kontroversja wara li ġie żvelat li organizza festin talMilied fl-awla tal-qorti u li sussegwentement ordna l-arrest ta' ġurnalist li nqabad jieħu ritratt tal-festin permezz talmowbajl tiegħu. Minkejja li f'konferenza talaħbarijiet il-Maġistrat innifsu qal li l-istorja kienet mkabbra, filwaqt li sostna li m'għamel xejn ħazin, dan il-festin u speċjalment l-arrest tal-ġurnalist xejn ma niżlu tajjeb malpartiti politiċi bl-Oppożizzjoni Nazzjonalista ssejjaħ għarriżenja immedjata ta' Peralta. "Hija ta' inkwiet kbir li membru tal-ġudikatura jordna l-arrest ta' ġurnalist waqt li kien qed jaqdi dmiru. Għalhekk, huwa importanti li jiġi effetwat rimedju kontra Peralta u l-aġir tiegħu," qal il-Partit Nazzjonalista. Is-Segretarju Parlamentari Owen Bonnici jikkundanna l-aġir tal-Maġistrat L-aġir ta' Peralta ġie kkundannat ukoll misSegretarju Parlamentari tal-Ġustizzja Owen Bonnici li saħansitra kiteb ittra lillPresident tal-Kummissjoni talAmministrazzjoni tal-Ġustizzja George Abela u sejjaħ għal investigazzjoni immedjata millKummissjoni. "Wara li erġajt tlabt id-dettalji lill-ġurnalist, huwa rrifjuta jagħtini ismu. B'hekk jien tlabt lill-pulizija sabiex tarrestah hekk kif huwa illegali li tieħu ritratti fil-qorti." Il-ġurnalist kien miżmum taħt arrest għal tliet sigħat. Peralta qal li m'għamel xejn illegali, fil-fatt hu kompla jiddefendi l-azzjonijiet tiegħu. Dan minkejja li l-ġurnalist ma ħax ritratti waqt seduta tal-qorti. Ilu jorganizza l-festin mill1990 Sadanittant, waqt ilkonferenza tal-aħbarijiet fid-dar tiegħu fl-Imdina, ammetta li kien hemm festin u li kien hemm tipjip u xorb, però sostna li kien sempliċiment riċeviment żgħir bejn grupp ta' ħbieb. Il-Maġistrat qal li ilu jorganizza dawn it-tip ta' festini sa mill1990. Huwa spjega kif malli induna li kien hemm xi ħadd jieħu r-ritratti, saqsieh min hu u huwa rrisponda 'I am a nobody'. "Il-pożizzjoni tal-Maġistrat Carol Peralta m'għadhiex aktar tenibbli'' - Il-PN Sadanittant, il-kamp Nazzjonalist sejjaħ għar-riżenja ta' Peralta hekk kif il-pożizzjoni tiegħu m'għadhiex aktar tenibbli. Intant, Owen Bonnici sejjaħ għall-investigazzjoni immedjata mill-Kummissjoni talAmministrazzjoni tal-Ġustizzja fl-aġir ta' Peralta. "Sfortunament, il-Maġistrat mhux jirrealizza li l-aġir tiegħu kien ħażin u għadu jiddefendi l-aġir tiegħu," Bonnici qal wara li Peralta kompla jinsisti li l-aġir tiegħu u l-arrest tal-ġurnalist kienu skont il-liġi. Dan tennieh ukoll il-Prim Minsitru Joseph Muscat li enfasizza li hija inaċċettabbli li jiġi arrestat ġurnalist waqt li dan kien qiegħed jaqdi dmiru. Sostna wkoll li l-qorti mhix ilpost fejn jiġu organizzati festini. ikun marbut ma' perjodu ta' residenza u minimu ta' €5 miljun investiment. Il-ġimgħa li għaddiet, Muscat u Busuttil qalu li qed isir progress fuq id-diskussjonijiet, però, minkejja li kien mistenni jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partiti, il-laqgħa tal-bieraħ ma sarrfet fl-ebda frott. Intant, l-Oppożizzjoni ilha ssostni li hi kontra l-bejgħ taċ-ċittadinanza fuq prinċipju, iżda madankollu, qalet li lesta sabiex tiddiskuti l-iskema malgvern. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-IIP hija skema ta' investiment għall-ġid tal-pajjiż. Iżda Muscat ammetta pubblikament li l-gvern għaġġel u li ma semax biżżejjed lil dawk in-nies fi ħdan l-oqsma interessati. Il-Ministru tal- Il-Maġistrat Carol Peralta xxx dwar il-Maġistrat Carol Peralta: Il-kontroversji • Rabtietmill-qribmal-mażuni • Fl-2002dokumentiliwaslugħandil-MaltaTodayjuruli Peraltakienil-kaptal-mażuniqabelmasarmaġistratfl-1990. • Fl-1991,Peraltakiendawwarmultata'LM5għaljum priġunerijafil-ħabsta'Kordinf'RaħalĠdidlilSaviourBalzanu żewġattivistioħratal-AlternattivaDemokratika.Balzankien qedjipprotestaf'Għawdexsabiexmajħallixkarozzalikienet qediġġorrlilRichardCachiaCaruanatidħolfil-lukandaTa' Ċenċ. • Kienutressqużewġmozzjonijietta'denunzjakontra l-maġistratPeralta.Waħdafl-1990mil-eksdeputatWenzu Mintoff.Madanakollu,dinil-mozzjoniwaqgħetminħabbali makienxhemmproċeduralegalilitinvestigal-maġistrati. • F'Diċembrutal-1994,l-eksPrimMinistruEddieFenechAdami ppreżentamozzjonita'denunzjakontral-MaġistratPeralta. Dinid-darbal-Kummissjonigħall-AmministrazzjonitalĠustizzjakienetirrifjutatil-mozzjonita'EddieFenechAdami. • Fl-2012Peraltareġa'bedajservifil-QratiMaltinwarali għameltmiensniniservifil-Qratital-eksJugoslavja. L-ebda żviluppi dwar iċ-ċittadinanza MA kien hemm l-ebda żblokk fuq it-taħdidiet dwar il-bejgħ tal-passaport Malti bejn ilPrim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. It-taħdidiet fuq l-Individual Investor Programme ilhom għaddejjin xhur blOppożizzjoni tisħaq sabiex il-Gvern ineħħi l-klawżola tassegretezza u sabiex il-programm Finanzi Edward Scicluna ammetta wkoll li l-gvern għaġġel u li l-klawżola tassegretezza għandha titneħħa. Edwin Grech ma jirrikonoxxix lil Fenech Adami Segwina fuq Facebook IL-PROFESSUR Edwin Grech fl-aħħar jiem ingħata Ġieħ ir-Repubblika mill-Gvern, li serviet ta' okkażjoni biex jiltaqa' mal-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami. Grech, li hu missier Karin, waħda mill-vittmi ta' delitti politiċi fis-sebgħinijiet, jidher li għadu ma ħafirx lil Eddie Fenech Adami li bħala 'wegħda elettorali' kien qal li jikxef min kien wara d-delitti politiċi ta' Karin Grech u Raymond Caruana jekk ikun elett filgvern. ILLUM hi infurmata li waqt iċ-ċerimonja, Edwin Grech irrifjuta milli jieħu b'idejn l-eks President tar-Repubblika. L-unika reazzjoni li kellu għal Fenech Adami kienet: "nafek jien?" Il-każ kien seħħ ftit jiem wara l-Milied, fit-28 ta' Diċembru. Persuni mhux magħrufa kienu bagħtu ittra bomba indirizzata lil professur Grech, li nfetħet minn bintu Karen. Hi mietet ftit tal-ħin wara. Hu maħsub li dan l-att kien relatat mal-istrajk tattobba fl-1977, wara li t-tobba rreġistraw tilwima mal-gvern Laburista ta' dak iż-żmien iżda li Edwin Grech ma segwiex biex jibqa' jagħti s-servizzi tiegħu. Aktar minn elf segwaċi fuq il-paġna tagħna. Facebook.com/IllumMediaToday

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013