Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 Il-Punt EDWIN VASSALLO "IRRID presepju jitkellem" qal wieħed lillieħor, "rajt presepju ħaj u rajt presepju jiċċaqlaq, iżda għadni ma rajtx presepji jitkellmu," kompla jgħid lil ħabib tiegħu. Però l-ħabib tiegħu dlonk irrispondieh. "Xi trid tara ġdid f 'presepju jitkellem? Ħares madwarek, aħna, jien u int u l-oħrajn il-pasturi fil-presepju jitkellem." "U ħallina minnek, mela ħsibtni ċuċ. Jien irrid nara presepju jitkellem, kif issa trid tgħid li jien il-pastur filpresepju jitkellem." Il-ħabib tiegħu kompla jikkonferma dak li kien diġà qal ftit qabel. "Jekk ma temminx li l-presepju qed jirrakkonta storja ħajja li għadha sseħħ sal-ġurnata tal-lum, allura ta' xejn trid tara presepju jitkellem, għaliex int mhux lest li temmen l-istorja li tisma'. Ħares madwarek u emmen dak li qed tara u dak li qed tisma'. Id-dinja presepju ħaj, ġrajjietna huma l-ġrajja tal-Milied, fiha l-qtil talinnoċenti, fiha min jibża' li għad irid jitwieled Feddej li għandu messaġġ ta' fidwa, fiha dawk li jwarrbu lil min għandu bżonn kenn, fiha dawk l-innoċenti li huma mwarrba mis-soċjetà u jgħixu fil-periferija tas-soċjetà u bħal rgħajja l-messaġġ tal-fidwa kienu huma li rċevewh l-ewwel filwaqt li dawk li kienu jitqiesu bħala sinjuri u għorrief baqgħu 'l bogħod mill-messaġġ tal-fidwa. Qed tara. Jien u int, aħna pasturi fil-ġrajja reali, issa ara int liema pastur trid tkun". Wara spjegazzjoni bħal din, l-ieħor ma ħalliex ħin u rrisponda bla telf ta' ħin. "Ħallina minnek, int taħseb li jien ser nemmen dak li qed tgħid ħabib?" u ż-żewġt iħbieb baqgħu mexjin flimkien l-istess mixja iżda "Irrid presepju jitkellem" jemmnu storja tal-Milied differenti minn xulxin. Jien ma nafx xi storja tal-Milied temmen fiha int ħabib jew ħabiba. Ma nafx xi storja jirrakkonta għalik. Fuq kollox jien nifhem li lanqas hija biċċa tiegħi li nkun naf, però nixtieq li naqsam ħsieb miegħek hekk kif jien u int ninsabu mexjin il-mixja tal-ħajja flimkien. F'idejna li niddeċiedu l-ġrajja tal-Milied jekk hiex ser tkun festa ta' ikel u rigali jew ġrajja vera fejn tassew niftakru fit-twelid ta' Ġesu b'messaġġ li jista' jagħmel differenza f 'ħajjitna għallaħjar. Hija f 'idejna li niddeċiedu min mill-pasturi tal- "F'idejk liem pastur trid tkun" presepju aħna, min ser inkunu fil-presepju ħaj li jitkellem fi ġrajja ta' veru. Nistgħu nkunu dak ittfajjel li wassal lil Ġużeppi u Marija fl-għar. Nistgħu nkunu r-ragħaj li stagħġeb b'Ġesù Bambin u nistgħu nkunu dak il-pastur li baqa' rieqed u l-ġrajja talMiled baqgħet għaddejja bla ma ntebaħ. F'idejna li niddeċiedu x'pastur ser inkunu. F'idejna li niddeċiedu dan il-Milied x'irriduh ikun. Jista' jkun ukoll li l-ħajja xi drabi ngħixuha b'sens qawwi ta' individwaliżmu sfrenat u egoiżmu li jitfgħuna f 'aljenazzjoni li ma tippermettix li aħna ngħixu l-preżent fil-milja tar-realtà tiegħu. Jien nibża' mill-aljenazzjoni ta' dik li hija realtà filħajja. Jien nibża' li ħajjitna qed tinbena fuq il-valur ta' dak li jidher u mhux ta' dak li hu. Jien nibża' li fil-ħajja l-kultura tarriklami tirbaħ fuq ir-realtà tal-ħajja u din il-kultura ssir ir-realtà tal-ħajja. Iddinja tar-riklami hija dinja virtwali li taqtagħna mirrealtà u ddaħħalna f 'dinja fejn meta jaqgħu l-kuluri ma jibqa' xejn reali ħlief id-diżappunt. L-istorja tal-presepju mhix storja ta' diżappunt iżda storja ta' realtà li toffri direzzjoni fil-ħajja lejn dak li fuq livell uman huwa tajjeb u reali u mhux illużjoni li tidħak bik. Għalhekk nara li fl-Ittra Pastorali għall-avvent, l-Isqfijiet Maltin taw sfida reali ta' xi tfisser li wieħed ikun jemmen fil-ġrajja talpresepju. Fl-istorja reali ta' kif Ġesu ġie fostna, meta kitbu hekk. "Li ngħixu l-fidi tagħna bħala relazzjoni ħajja hija xi ħaġa aktar eżiġenti mis-sempliċi osservanza ta' xi liġi." U dwar xi tfisser relazzjoni ħajja m'Alla huma kitbu fost l-oħrajn hekk: "Relazzjoni ħajja titlob minn kull persuna t-tiġdid kontinwu tal-memorja ta' dak kollu li Alla wettaq fil-ħajja u fl-istorja tal-bniedem. Relazzjoni ħajja titlob ukoll deċiżjoni ċara minn kull wieħed u waħda minna li ma naljenawx ruħna wara ħbieb foloz li fil-fatt huma ħakkiema li jassru lillbniedem bl-ideoloġiji u bilwegħdiet foloz tagħhom." Din hija l-isfida talpresepju, l-isfida ta' ġrajjiet il-festa tal-Milied li tista' tiġi u tmur qisu qatt ma ġie xejn jew li tiġi u tħalli warajha sinjal ta' tama, ta' għarfien, ta' sabiħ fil-ħajja. Il-Milied it-tajjeb ħbieb. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Suċċess kbir kum − − − Il-Ħadd jinbiegħu 2,000 maqrut 2,300 tifel u tifla jżuru l-villaġġ bibliku It-tfal kitbu ittri lil Bambin li se jinbidlu fi ktejjeb L-IMPATT kummerċjali qawwi li qed iħalli Betlem f 'Għajnsielem hu xi ħaġa li niżlet għasel sew malGħajnselmiżi kif ukoll mal-Għawdxin inġenerali. Il-Maltin qed jitilgħu bi ħġarhom jaraw dan il-villaġġ bibliku jieħu l-ħajja. Filwaqt li l-istess Maltin li jitilgħu Għawdex biex iżuru dan il-kapolavur, qed jieħdu l-opportunità biex imorru jippranzaw f 'xi ristorant tipiku Għawdxi u anke jagħmlu xi xirjiet tal-Milied mill-belt kapitali Għawdxija. Dan kollu żgur li qed jagħmel ġid lill-ekonomija Għawdxija fi żmien meta s-soltu tkun waħda mejta. Anke dawk l-għaqdiet Għajnselmiżi li qed ibigħu prodotti tipiċi millvillaġġ ta' Betlem qed ikollhom introjtu qawwi fejn jien stess esperjenzajt il-kummerċ qawwi li kien hemm fi tmiem il-ġimgħa meta kważi kull għaqda spiċċalha dak kollu li kienet qed tbiegħ. Eżempju wieħed hu li mit-Taverna fejn kienu qed jinbiegħu l-imqaret, f 'ġurnata waħda tal-Ħadd dan biegħ 2,000 maqrut.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013