Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

Pjazzetta Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 | illum 21 Ktieb janalizza r-rikkezza kulturali ta' Malta qabel il-Kavallieri L-439 sena ta' qabel il-wasla tal-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann kien żmien ta' tranżizzjoni fil-gżejjer Maltin. Kien żmien li minn Malta Musulmana li għaddiet f 'idejn l-Għarab fis-sena 870, il-gżira nbidlet f 'ċentru ta' Kristjaneżmu b'saħħtu u fl-istess waqt, kellha ħafna ħakkiema fosthom in-Normanni, l-Anġovini, u l-Aragoniżi, li kollha b'xi mod jew ieħor ħallew impatt fuq il-gżejjer, fl-arti u fuq l-arkitettura. Dan il-perjodu mhux ħażin twil fl-istorja ta' Malta, ma tantx jingħata attenzjoni u għaldaqstant, ftit jistgħu japprezzaw il-wirt storiku rikk li ħalla dan iż-żmien. Ktieb ġdid miktub minn Charlene Vella, assistent lettur fid-Dipartiment talIstorja tal-Arti fl-Università ta' Malta u speċjaliżżata flarti u l-arkitettura Medjevali u Rinaxximentali, jagħti ħarsa dettaljata lejn dan il-perjodu twil fl-istorja ta' Malta u jirnexxilha twassal ħafna eżempji ta' kif il-gżejjer Maltin qatt ma baqgħu lura kulturalment u li kien hawn attività u apprezzament kulturali b'saħħtu. Fil-fatt, b'kuntrarju ta' tagħrif popolari, l-istil Rinaxximentali daħal Malta qabel il-wasla tal-Kavallieri. Dan il-ktieb jikkunsidra wkoll il-kuntest artistiku u storiku iżjed wiesa' ta' pajjiżi oħra fiċ-ċentru talMediterran. Ktieb ġdid dwar l-istorja Medjevali ta' Malta Il-ktieb The Mediterranean Artistic Context of Late Medieval Malta: 1091-1530, ippubblikat minn Midsea Books huwa riżultat ta' erba' snin ta' riċerka kemm f 'Malta kif ukoll barra. Il-pubblikazzjoni ta' dan ilktieb kienet megħjuna minn Dragonara Casino f 'San Ġiljan. Matul ir-riċerka tagħha, Charlene Vella rnexxielha wkoll tasal biex pittura Rinaxximentali tas-seklu sbatax tiġi restawrata grazzi għall-programm ta' riċerka tal-Università ta' Malta bl-għajnuna ta' Banif Bank plc. Sorpriża oħra kienet issejba ta' kapitella medjevali magħmula mill-irħam abjad fil-kollezzjoni ta' riserva tal-Mużew tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta li kienet maħsuba li ntilfet u li iżda kienet innutata minn Dr Nicholas Vella. Fil-fatt, din il-kapitella tinsab fuq il-faċċata tal-qoxra ta' dan il-ktieb ġdid. F'kumment tiegħu dwar din il-pubblikazzjoni ġdida, Dr Donal Cooper, lettur tal-Arti Rinaxximentali fl-Università ta' Cambridge qal: "Mad-daqqa t'għajn, il-wirt storiku Malti jidher dominat mill-arkitettura u l-wirt artistiku ta' żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann. Għaldaqstant, fost dan il-wirt Barokk, b'iżjed attenzjoni, wieħed mill-ewwel kapaċi jsib dettalji u tradizzjonijiet li huma ferm eqdem minn żmien ir-Rinaxximent u li jaslu fil-qalba taż-żmien Medjevali. Din l-istorja li ma tantx hija magħrufa, issa hija aċċessibbli kemm għallistudjuż kif ukoll għall-qarrej dilettant grazzi għal dan ilktieb tassew interessanti." Dr Cooper żied jgħid "matul il-ktieb kollu, Charlene Vella titfa' dawl ġdid fuq il-formazzjoni kulturali ta' Malta matul iżżmien medjevali u twarrab il-fehma komuni li meta l-Kavallieri ġew Malta fl-1530 sabu gżira nieqsa minn kwalunkwe qafas kulturali. Għall-kuntrarju, insibu kif dawk kollha li ġew minn Rodi sabu klassi ta' negozjanti li kienu kapaċi jikkummissjonaw xogħlijiet artistiċi miċ-ċentri ewlenin fil-Mediterran fosthom Sqallija, il-Katalunja u saħansitra Venezja." Il-ktieb jiswa' €55 u jinstab fil-ħwienet tal-kotba ewlenin. Reporter: Programm differenti Christmas Breakfast għal żmien il-Milied f 'Ħal Qormi Għada jirritorna Saviour Balzan bil-programm Reporter fuq TVM. Dan ser ikun programm differenti għal żmien il-Milied, fejn ser jiddiskuti l-ikel u t-tisjir fost temi oħrajn. Il-mistiedna speċjali ser ikunu Marvin Gauci, ix-Chef Patron ta' Tarragon, Chris Hammett, ix-Chef Patron ta' The Villa u Noel Debono, id-Direttur Maniġerjali tar-ristorant Medina. Waqt il-programm ser tintwera wkoll intervista ma' Denise Briffa mħejjija aktar qabel minn Jerome Caruana Cilia. L-Editur Maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan, ser jiddiskuti l-ikel, it-tisjir u l-kwalità tal-inbejjed malmistiedna speċjali. Għalfejn tħajru jidħlu fil-qasam talcatering? X'tip ta' ikel isajru? X'wassal biex ir-ristorant tagħhom kiseb suċċessi kbar? Insibu nbejjed ta' kwalità f 'pajjiżna? Kien hemm persuni ta' fama internazzjonali li żaru r-ristorant tagħhom? Reporter bi preżentazzjoni minn Saviour Balzan u produzzjoni mill-istess Saviour Balzan u l-ġurnalist Jerome Caruana Cilia, ser jixxandar għada fis-18.55 fuq DIN is-sena l-grupp tażżgħażagħ LINK fi ħdan il-parroċċa ta' San Ġorġ f 'Ħal Qormi, qed jorganizza Christmas Breakfast, wara l-Quddies ta' nofsilejl, flOratorju Sagra Familja talistess parroċċa. Prezz: €10 kbar, €5 żgħar. MA' KULL 10 BILJETTI JINGĦATA WIEĦED B'XEJN Għall-biljetti tista' jew iċċempel fuq 79081101, tibgħat imejl fuq info@ linkyouths.org inkella millħanut Bargain Mix f 'Ħal Qormi. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY TVM u b'ripetizzjoni għada stess fl-22.15 fuq TVM2. www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013