Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 31

20 illum | Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 Ħames Minuti ma' Elton Zarb WARA s-suċċess ta' Gaia Cauchi kien hemm tim li ħadem bla heda sabiex din iċ-ċkejkna kisbet dan is-suċċess. Fost dawn kien hemm Elton Zarb, li kien il-kompożitur tad-diska The Start. Elton għandu 35 sena, Żejtuni imma joqgħod Ħal-Tarxien. Miżżewweġ lil Fleurette u jaqla' l-għixien tiegħu mill-mużika fejn jipproduċi u jikteb ilmużika fl-istudjos tiegħu. Elton Zarb kien wieħed minn dawk li dan l-aħħar kienu fuq il-mezzi taxxandir minħabba fit-13 ta' Diċembru li għadda ngħataw il-premju għal qadi ta' Ġieħ ir-Repubblika. Kelma waħda li tispjega ħajtek? Sabiħa. X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Irrid ngħix. Il-Eurovision... Opportunità għat-talent lokali jew ħela ta' flus? Opportunità kbira għal min jaf jagħraf juża l-Eurovision bħala vetrina tat-talent akbar u bħala ċavetta għas-suq internazzjonali. Żball kbir meta jagħmlu l-Eurovision bħala l-uniku għan u l-quċċata tal-karriera tagħhom. Hemm ċans li xi darba nirbħu l-Eurovision? Bla dubju. X'taħseb dwar il-fatt li Gaia Cauchi u t-tim tagħha ġejtu nnominati għal Ġieħ ir-Repubblika? Unur kbir għalina. Żgur li kull ħaġa li għamilna u li ser nagħmlu, nippruvaw inżommu isem pajjiżna 'l fuq kemm jista' jkun bl-aktar mod dinjituż possibbli. jużahom sew. L-importanti li mill-flus li jkollok, igawdu ta' madwarek miegħek. Ħasra li hawn min qisu jiddejjaq jitkellem fuq ilflus. Għalkemm mhumiex kollox imma għandhom ikunu għodda biex inti u ta' madwarek tgħixu ħajja tajba. Kemm hi importanti għalik l-imħabba? Ħafna, l-imħabba hi kollox fil-ħajja. X'taħseb dwar il-kaċċa f 'Malta? Nippreferi nara l-għasafar itiru, però min-naħa l-oħra nista' nifhem lil dawk li dak hu d-delizzju tagħhom. Nemmen li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta ta' kollox u X'valur għandhom il-flus għal ħajtek? Kbir għal min jagħraf mhux sempliċiment liġijiet biex jipprojbixxu. X'tippreferi: is-sajf jew ixxitwa? Defenittivament ix-xitwa. Wara l-introduzzjoni tal-gay marriage f 'diversi pajjiżi li qed tiżdied iktar ma jgħaddi ż-żmien, taħseb li wasal iż-żmien li pajjiżna jagħmel l-istess ħaġa? Bla dubju. Missha saret qabel ma għandniex inkunu dejjem minn tal-aħħar biex indaħħlu drittijiet għallminoranzi. Din hija għażla tal-individwu personali u nemmen li ħadd m'għandu jindaħal fil-ħajja personali ta' ħaddieħor. Għalhekk għandhom jingħataw l-opportunità fil-qafas legali li jagħmlu dan. Taqbel mal-adozzjoni għall-koppji tal-istess sess u għalfejn? Iva sakemm ikun fl-interess tat-tfal. Nemmen li jrid ikun hemm skrutinju tajjeb talkoppja, fl-aħħar mill-aħħar l-istess ħaġa kif jiġri għallkoppja eterosesswali li tkun ser taddotta. X'jiffrustrak? L-ipokrezija. X'ibeżżgħek? L-ipokrezija u l-injoranza. Temmen f 'Alla? Għaliex? Iva. Nemmen fis-sens wiesa' ta' Alla. Nemmen ħafna f 'din il-qawwa pożittiva divina. Nemmen li jekk taqbad ir-reliġjonijiet kollha u tagħsarhom toħroġ biss kelma waħda - imħabba. Ma nistax nifhem għala dawn ilkunflitti u kumplikazzjonijiet bejn ir-reliġjonijiet għax fl-aħħar mill-aħħar kollha jduru fuq il-kelma mħabba. Jekk tħobb tkun qed tgħix lil Alla. Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda? Naħseb li Malta hija pajjiż żviluppat għall-aħħar allura anke fil-moda. Kemm tħobb lil pajjiżek? Immens. Kieku jkollok tagħżel pajjiż li jirrappreżentak liem pajjiż tagħżel? Malta. Jien magħġun għaġna Maltija u ma nistax nimmaġina lili nnifsi ġej minn kultura differenti. X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Il-perseveranza u li qatt ma taqta' qalbek. L-isbaħ esperjenza f 'ħajtek? M'hemmx waħda partikolari, iżda l-isbaħ esperjenzi li jista' jkolli meta nikteb u nipproduċi xi biċċa mużika u titgawda min-nies. L-emozzjonijiet li nħoss f 'dawk il-mumenti huma kbar. Il-Futur ta' Elton Zarb... Fadalli ħafna ħolm li rrid inwettaq realtà u determinat li nwettaqhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013