Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

8 illum | Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 Ittri L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Marsaskala u l-festi tal-Milied J. SULTANA MARSASKALA Sur Editur, Marsaskala minn dejjem kienet meqjusa bħala lokal turistiku. Fiha diversi ħwienet ta' kull xorta, ħwienet kummerċjali, postijiet ta' divertiment u bosta ristoranti u stabbilimenti tal-ikel. Kollha kemm huma, dawn il-ħwienet ikunu qed jistennew il-festi tal-Milied biex jaqilgħu xi ħaġa aktar mis-soltu u b'hekk jagħmlu tajjeb għal dawk ilġranet meta n-negozju jkun baxx. Kif kulħadd jaf, in-negozju naqas ħafna mindu għalqet il-Hotel Jerma Palace. U allura aktar u aktar, dawn il-ħwienet tan-negozju, speċjalment irristoranti jkunu qed jistennew il-perjodu tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena biex ipattu għan-nuqqas fil-kummerċ matul is-sena. Dan ma jgħoddx biss għal dawk tannegozju. Jgħodd anke għarresidenti u għal numru kbir ta' oħrajn li jżuru Marsaskala tul dawn il-ġranet. F'dawn ilġranet kull lokal jagħmel ħiltu biex jattira lejh nies Maltin u barranin. Dan minbarra l-ġmiel u l-ferħ li dawn ilġranet iġibu magħhom. Iżda donnu li dan ma jgħoddx għall-Kunsill Lokali ta' Marsaskala. Għalih qisu ma jeżistux dawn il-festi. Mank indenja ruħu almenu jarma jew iżejjen il-Pjazza u t-Triq Marina li fiha jkun hemm ħafna kummerċ. Mank bozza waħda ma għamel. Indifferenza kbira li ma tagħmel ebda gieħ la lill-Kunsill u lanqas liż-żewġ partiti li jirrappreżentaw. Marsaskala huwa l-uniku post f 'Malta li ma għamel assolutament xejn u li għalih donnu li ma huma ġejjin ebda festi. Din l-attitudni, indifferenza u telqa ġabet għadd kbir ta' tgemgim u protesti min-naħa tar-residenti li kollha qed jistaqsu għaliex il-Kunsill ta' Wied il-Għajn huwa daqstant indifferenti. Ir-raġuni għal dan, skont is-Sindku tal-lokal, huwa għaliex f 'dawn l-aħħar ftit snin kienet iżżejjen Triq Sant'Antnin u parti millPjazza l-kumpanija WasteServ, iżda li din is-sena ddeċidiet li tarma biss fejn l-Impjant għar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin. Imma kulħadd qed jistaqsi x'għandu x'jaqsam dan, x'argument huwa dan tasSindku Mario Calleja. Mela r-responsabbiltà tal-lokal issa waqgħet fuq il-WasteServ? Mela r-responsabbiltà li Marsaskala timxi 'l quddiem m'għadhiex tal-Kunsill? X'għandu x'jaqsam x'kien isir qabel? Fuq kollox għaliex għandha tkun il-WasteServ li tara li Wied il-Għajn ikun imżejjen għall-Milied u l-Ewwel tas-Sena bħal lokalitajiet oħrajn? Jaqaw kien hemm xi ftehim bejn il-Kunsill u l-WasteServ biex skont is-Sindku l-WasteServ kienu jżejnulu l-lokalità tiegħu? Din assolutament mhix skuża min-naħa tas-Sindku u ma tagħmel ebda sens. Il-Kunsill kien u għadu fiddmir li jagħmel bħal Kunsilli oħrajn f 'Malta u Għawdex u jżejjen il-lokalità f 'dawn ilġranet. Imissu jistħi l-Kunsill li m'għamel assolutament xejn. Ara biex jorganizza festini, ħarġiet, kunċerti, mixjiet, bazaar u ċuċati bħal dawn taħt skuża jew oħra, dak iva. Imma li jagħmel xi ħaġa serja għall-benefiċċju tar-residenti u tal-lokal dak jibqa' lura. Jekk minħabba l-finanzi, bħal ma ġieli ntqal, il-Kunsill jaf x'għandu jagħmel biex jagħmel tajjeb għalihom. Min-naħa tal-Partiti min hu responsabbli mill-Kunsilli mhux aħjar jaraw x'inhu jsir, mhux jiġu lejliet l-elezzjoni u jgħidulna biex nivvutaw lil dawk li se joħorġu f 'isimhom u barra bid-daqq. Din x'serjetà hi? Ir-residenti qegħdin igergru u l-istess qegħdin jagħmlu s-sidien tal-ħwienet. Allura dan kollu ma jfisser xejn għal ħadd? tal-propjetà statali mill-gvern Nazzjonalista, il-viċi kap talpartit irid jeħodna lura għal każ totalment differenti ta' tpartit ta' art, li sar fi żmien gvern Laburista mal-40 sena ilu. Il-viċi aċċertana li ma jara xejn ħażin fl-allokazzjoni mill-PN ta' biċċa art fixXemxija bi ftit flus lil Nazzjonalist magħruf, u li wara reġa' ngħata konċessjoni li jpartatha ma' biċċa art oħra tiswa ferm aktar, fil-Kappara. Lanqas ma jimporta li t-tieni transazzjoni li se tirrendi mas-€6 miljuni qligħ lillklijent, saret bi ksur talproċeduri normali. Min-naħa l-oħra, biex jiġġustifika dik l-irregolarità l-onorevoli viċi qed jgħid li l-gvern Laburista għamel favur lill-partit Laburista, meta fis-snin 70 allokalu propjetà tal-istat (Australia Hall) f 'St.Andrews, bi tpartit mas-sit tal-Freedom Press li kien il-kwartieri tal-PL fil-Marsa. Għalhekk il-PN dan l-aħħar fetaħ kawża biex is-sit ta' St.Andrews jittieħed lura mingħand il-PL. Meta l-gvern preżenti rtira l-kawża, tal-PN imlew ras iż-żgħażagħ tagħhom biex imorru jipprotestaw kontra dak li qed isejħulu rigal. Ma jistħix jgħid li dak kien rigal jew favur, meta daħħal lil Labour fi spiża ta Lm4 miljuni biex bena ċentru alternattiv fil-Ħamrun. Ma jistħix jgħid li kien rigal meta s-sit tal-kwartieri ġenerali, Freedom Press, li kien xtara u bena bl-għaraq ta' ġbin il-membri tiegħu, il-PL ċedieh biex minfloku nbniet l-azjenda tal-Malta Shipbuilding f 'ġieħ l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna. Fuq kollox iż-żona li kien ħa l-gvern dakinhar, issa qed tkompli tinbidel f 'kumpless marittimu ta' valur ferm ogħla milli hija stmata li tiswa llum il-propjetà ta' St. Andrews. Dan juri li m'hemmx paragun bejn iż-żewġ każijiet tat-tpartit tal-art. Tal-PN huwa każ li rregala art talistat bi ftit flus lill-bażużlu u kompla ffavorieh billi reġa' partathielu ma' oħra aqwa, li se trendilu miljuni ta' Ewro mix-xejn. Tal-PL ma ngħoddux każ ta' favur ta' dan it-tip. Anzi narah li kien ġest ta' solidarjetà mill-PL mal-poplu, li dak iż-żmien kien qed jibni l-infrastruttura industrijali ta' Malta. Jaħarbu l-verità u jgħawġu l-fatti MICHAEL CAMILLERI BIRKIRKARA Mat-telfa tremenda elettorali ta' Marzu 2013, tal-PN fallew finanzjarjament u sfaxxaw politikament, u jidher li qegħdin ifallu milli jiġġeddu. Ma jridux jindmu u jibdlu l-prattiċi li skreditalhom il-poplu. Għadhom jaħarbu l-verità u jgħawġu l-fatti. Qalbhom marbuta wisq massistema oligarkika tal-klikek. Dan tippruvah id-difiża li qegħdin jagħmlu tal-abbużi tal-poter, li saru mill-gvern tal-PN fl-għażla tal-power station, u fix-xiri taż-żejt talEnemalta, u fl-allokazzjoni ta' artijiet tal-istat. Biex jostor u jaljenana mill-iskandli li nkixfu dan l-aħħar, tal-favuri tal-allokazzjonijiet skandalużi L-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) tixtieq tavża li dawn l-iskemi ta' għoti nazzjonali qed jiġu estiżi sal-31 ta' Diċembru 2014: Sistemi ta' solar water heaters fis-settur domestiku Roof Insulation u Double Glazing għal użu domestiku Restawr ta' Bjar Domestiċi Għal aktar informazzjoni, idħol fuq il websajt www.mra.org.mt Malta Resources Authority, Millennia, Aldo Moro Road, Marsa MRS 9065, Malta. Tel: +356 21220619; Fax: +356 22955200 E-mail: enquiry@mra.org.mt; www.mra.org.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013