Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 | illum 7 In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek JOHN BUSUTTIL NINSABU fl-ispirtu talMilied. U dan jidher biċ-ċar fejn ħlief laqgħat u rigali mhux qed jissemmew. Jidher li l-PN jiddilettaw ħafna blarloġġi, tal-PL fil-karrozzi, oħrajn fil-fidda u xi wħud fil-kotba Żvizzeri. Żgur li Farrugia taż-żejt jista' jingħata l-libsa ta' Santa Klaws għax iħobb iqassam wisq rigali. Qed naħseb tafux. Miskin bniedem li ta biss u m'akkwista xejn ħlief ilproklama mingħand Wenzinu li ħalef li qatt ma ltaqa' miegħu. Għalkemm Salvu tagħna sab ritratt ta' Wenzinu jifraħ bit-tifel ta' Santa Klaws, b'Toni tal-arloġġi qisu qed jistenna xi arloġġ (ehh kemm għandi moħħi ħażin jien). Isma' dik il-mara li hemm jaqaw kienet xi kollega ta' Wenzinu meta kien avukat ta' kumpanija u qed tistenna biex teħodlu b'idejh? Insomma minn dejjem niftakar lil missieri jgħidli attent kif issuq għax jekk issib roqgħa żejt hemm ċans li tiskiddja. Kemm kellu raġun għax tgħidx kemm hawn żlieq. Two weights two measures − Raġel Somalu weħel 7 xhur ħabs għax weġġa' ħafif lil pulizija. − Malti min-Naxxar ingħata sentenza sospiża talli ġera b'wiper għal pulizija u għamel xi ħsara f'karrozzi. Araw ġejja oħra: − Żewġt irġiel mixlijin li ppruvaw jikkorrompu plejer tal-futbol, ma ridux li jkollhom leħinhom irrekordjat. Talba milqugħa − Raġel li qiegħed ikun akkużat li għamel theddida ta' bomba mal-bini tal-Qorti ma jridx li jsirlu test fuq leħnu. Talba milqugħa. Dawn il-kawżi nqatgħu f'Malta, fl-istess qorti, l-istess avukati difensuri u fl-istess ġurnata. Ngħaddu għall-oħra... Manwel Mallia bħala avukat kien jaf bit-taħwid ta' Ġorġ taż-żejt 3 snin ilu u żamm ħalqu magħluq (sigriet professjonali). L-avukati tal-PenNe qalulu li żbalja suppost kixef!!! Anne Fenech il-president tal-PenNe bħala avukat tkellmet favur il-bini tal-mostrożità fix-Xemxija (xogħol tagħha professjonali). L-inġinier talPenNe, Callus ġimagħtejn ilu qal li hu jirrispetta d-dritt ta' kull persuna li taqla' l-ħobża ta' kuljum u li l-pożizzjoni ta' Fenech hi ta' avukat. Anzi miskina għandha biex tixtri panina ara l-ieħor m'għandux dritt għax taħt l-imħadda ma nafx kemm ilmiljun għandu merfugħa. Spot the difference tal-kelma SORRY Jekk kont korrott u sraqtlek flusek, SORRY. Jekk għollejtlek id-dawl u l-ilma, SORRY. Jekk ma tajtx kasek meta kont filpoter, SORRY. Jekk ma sibtx sodda fl-isptar, SORRY. Jekk ma sibtx il-pilloli li kellek bżonn, SORRY. Jekk ħallejtek tistenna fuq l-istejġ u jien bix-xufier u karozza 'state of the art' nasal fejn irrid fil-ħin, SORRY. Jekk fallejtlek fejn kont taqla' x'tiekol u ħallejtek bla paga għal tliet xhur, SORRY. Jekk meta kellimtni ma smajtekx, SORRY. Jekk kont gay u ma ħallejtekx tiżżewweġ, SORRY. Jekk minn qalbi vvutajt kontra d-divorzju, SORRY. Aħfirli Mulej għax dnibt… dnubietek maħfura ħabib. Jekk bgħett il-ħaxixa u għidt SORRY… għaxar snin ħabs. Jekk sraqt u għidt SORRY, ikla ħabs. Jekk tajt daqqa ta' ponn lil xi ħadd li dejqek u għidt SORRY, ħabs. Jekk tinqabad titqaħħab u għidt SORRY, sena u nofs ħabs… Jekk tiżbalja u tgħid SORRY, trid twieġeb ta' għemilek. Spot the difference ħbieb. Il-Wirt Jekk ma sibtx ward fl-isptar, dak wirt minn ta' qabilna. Jekk ma sibtx xi pillola, dak wirt minn ta' qabilna. Jekk l-Arriva ħadet in-nar dak wirt minn ta' qabilna. Jekk l-ambjent qed jinqered, dak wirt minn ta' qabilna. Jekk hawn il-faqar, Callus jgħid li l-pożizzjoni ta' Fenech hi ta' avukat Wenzinu jiltaqa' mat-tifel ta' Farrugia taż-żejt. Qas biss induna li ħdejh kien hemm missieru dak wirt minn ta' qabilna. Jekk żdied il-qgħad, dak wirt minn ta' qabilna. Iżda jekk żdied it-turiżmu, grazzi għalina. Jekk it-traffiku naqas, grazzi għalina. Jekk il-qgħad naqas, grazzi għalina, Jekk l-Ewropa tfaħħar l-ekonomija ta' Malta, grazzi għalina. Jekk il-banek għamlu qliegħ, grazzi għalina. Jekk naqas id-defiċit grazzi għalina. Għal darb'oħra nistaqsi l-mistoqsija, spot the difference ħbieb. Il-protesta tal-ambjentalisti Timmaġinaw persuna li taħdem ma' wieħed mill-akbar żviluppaturi tal-pajjiż tipprotesta favur l-ambjent? Timmaġinaw persuna li qed tissemma li rregalat garaxxijiet u artijiet li jiswew il-miljuni tipprotesta favur l-ambjent? Għaliex le ħabib? Mhux kulħadd għandu dritt jinbidel… wara kollox jekk tgħid SORRY… dnubietek maħfura. U la qed niddiskutu l-ambjent u l-kelma SORRY naħseb li issa ċ-Ċaqnu ħaqqu min jgħidlu SORRY hux la issa nafu li dan kien qed jgħin lill-ambjent b'dak li kien qed jagħmel. Jaħasra kulma ried jagħmel li jiżviluppa biċċa art mimlija żibel u makkinarju ħażin li ilha hemm snin twal mitluq? Ried isebbaħ lil Malta u ppruvajtu żżebilħuh. Insomma stajna mxejna mod ieħor hux. War of the Roses fil-Parlament Ewropew Żewġ wardiet Maltin jibbattaljaw fuq il-front Ewropew. Mazzola tgħid li Marilena vvutat favur l-abort u l-oħra tikxef lill-Parlament Ewropew li għandu sistema li jħawwad il-voti kif jaqbel lillpatrijotti Nazzjonalisti. Il-kaxxa jitfa' x-xrar fuq it-tiben taċċittadinanza u dak li ssagrifika siġġu Malti għal wieħed Ewropew jgħajru traditur. Filwaqt li Baldakkin toqgħod gallarija u Johnny is-Slimiż adottat Żebbuġi ħasel idejh aktar minn Pilatu. Insomma din hi l-Ewropa għalikom ħbieb… Il-Maltin jiġġieldu bejniethom u l-barranin jitpaxxew bilpatrijottiżmu tagħna. Insomma l-aqwa li Malta l-ewwel u qabel kollox u li aħna patrijotti Maltin. Nispera li 'AG' jew 'Aust' m'għandux id-dimenzja Ma nafx għaliex qed jattakkaw lil AG jew Aust (sejjaħlu li trid) għax nesa li kien irċieva donazzjoni ta' €2,000. Mela nsejtu li dan għandu xi tip ta' dimenzja miskin, mela nsejtu li anke €700,000 f'bank Żvizzeru kien nesa? Kompassjoni ta' xejn ma baqa' f'din il-gżira. Għawdex ingħataw ir-rigali tal-Milied F'Għawdex ingħataw ir-rigali tal-Milied. Il-'promotions'… wieħed Nazzjonalist… u l-oħrajn bil-meritokrazija (u neħħuha minn moħħkom li għax jafu liz-zija) Provisions of Training Services in Language and Numeracy Skills (CT3139/2013) Provisions of Training Services as Care Workers (CT3145/2013) TATA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013