Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

Għawdex: Int djamant Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 | illum 11 minn John Busuttil mmerċjali fl-ewwel jiem ta' Betlem Milied f'Għawdex Bethlem f'Għajnsielem Il-Ħadd 22 ta' Diċembru L-Erbgħa 25 ta' Diċembru Il-Ħamis 26 ta' Diċembru Il-Ġimgħa 27 ta' Diċembru Is-Sibt 28 ta' Diċembru L-Erbgħa 1 ta' Jannar Is-Sibt 4 ta' Jannar Il-Ħadd 5 ta' Jannar 2.30pm sa 7.30pm 2.30pm sa 8.30pm 4.30pm sa 7.30pm 4.30pm sa 7.30pm 4.30pm sa 8.30pm 4.30pm sa 8.00pm 2.00pm sa 8.00pm 2.00pm sa 8.00pm Illum il-Ħadd 22 ta' Diċembru Avventuri tal-Milied: Ta' Kerċem mid-9am sas-1pm Fil-pjazza Orvieto se jkun hemm tren, sorpriżi, kant u żfin, Bouncing Castle, għanjiet tal-Milied, hampers tal-Milied, bejgħ ta' ħelu tal-Milied, ritratti ma' Santa Klaws, wirja ta' karozzi antiki, wirja ta' armi u ħwejjeġ ta' żmien il-gwerra. Fiera fil-beraħ: L-Għarb mit-8am sas-1pm Fil-parking Ground tal-Football fejn se jkun hemm 'il fuq minn 40 parteċipant/ bejjiegħa Maltin u Għawdxin. Christmas in Pageantry & Song: Pjazza Indipendenza – Victoria fis-6pm Show tal-Milied bil-parteċipazzjoni tan-Nazzarenu Church Drama Group u diversi kori organizzat mill-Kunsill Kulturali Għawdxi Dan il-villaġġ bibliku jkun animat fi tmiem il-ġimgħa u fil-festa tal-Milied u l-aħħar tas-sena. Iżda l-organizzaturi ddeċidew li jorganizzaw żewġ nofs ta' nhari ta' filgħodu għat-tfal Maltin u Għawdxin. Diversi skejjel minn Malta u minn Għawdex, nhar it-Tnejn u l-Ħamis organizzaw żjara lejn dan il-villaġġ tan-nattività flimkien mal-għalliema tagħhom. Madwar 2,300 tifel u tifla ngħataw tuffieħa u pakkett juice tal-frott qabel daħlu f 'Betlem. U anke ngħataw ktejjeb magħmul minn Għajnselmiż li hu wkoll is-surmast ta' skola f 'Għawdex, Lelio Spiteri. F'dan il-ktejjeb it-tfal kellhom xi 'imla l-vojt' li riedu jimlew waqt iż-żjara f 'dan il-villaġġ u wieħed seta' jara lil dawn it-tfal ta' kull età, jistaqsu informazzjoni biex biha jkunu jistgħu jimlew l-ispazji l-vojta li tħallew f 'dan il-ktejjeb. Il-maġġoranza tal-atturi f 'dawn il-jiem kienu maħduma minn tfal Għajnselmiżi li ħadu permess speċjali biex jiġu skużati li jattendu l-iskejjel rispettivi tagħhom. Filwaqt li l-Madonna u San Ġużepp kienu rappreżentati minn żewġt itfal bil-Bambin jinbidel għal pupu mdawwar b'xalla. Kienet esperjenza ħelwa u sabiħa tara lit-tfal li magħhom ingħaqdu wkoll tfal minn skejjel bi studenti bi bżonnijiet speċjali. Kollha jieħdu ritratti ta' kulma bdew jaraw, fejn iżżwiemel, nagħaġ, papri u ħmir spiċċaw il-protagonisti ta' dawn it-tfal. It-tfal kollha poġġew ittra f 'kaxxa li tpoġġiet apposta fil-post, fejn kull wieħed u waħda minnhom kitbu ittra lil Bambin u dawn l-ittri mistennija jinbidlu fi ktejjeb bl-ittri tat-tfal lil Bambin. Esperjenza sabiħa għat-tfal speċjalment dawk Maltin li barra li qasmu l-fliegu, sabu ruħhom f 'ambjent natalizju u ambjent mill-isbaħ fiż-żona Ta' Passi f 'Għajnsielem fejn anke għal ftit ħin setgħu jmorru lura b'madwar elfejn sena. It-twerżiq u l-ġiri tagħhom ingħaqad mal-inħiq tal-ħmar u mal-għajta tas-serduk u l-papri u nista' niggarantilkom li wieħed seta' għal darba jgawdi l-ambjent uman fin-natura bla mittiefsa. (ritratti meħuda minn Joe Sultana ta' Għajnsielem.com) Twieled fi Djarna: Pjazza ta' San Lawrenz fis-6pm L-44 edizzjoni tal-Pageant tal-Milied annwali. Format għal kollox ġdid mis-soltu u produzzjoni oriġinali. Waqt l-istorja tat-twelid dawk preżenti jiġu inkoraġġiti jipparteċipaw flok joqogħdu spettaturi. Dan il-pageant isir fil-pjazza ewlenija ta' San Lawrenz u fit-toroq tal-lokal li jinkludu wkoll djar privati. Lejlet il-Milied 24 ta' Diċembru Presepju Ħaj: Ix-Xagħra – mis-6pm 'il quddiem It-13-il edizzjoni tar-rappreżentazzjoni unika u artistika tax-xena tan-Nattività b'atturi jieħdu post il-karattri Natalizji. Fkl-Old Farmhouse, Triq Ġnien Xibla, ħdejn il-knisja tan-Nazzarenu Purċissjonijiet Tradizzjonali tal-Bambin: Fil-villaġġi kollha Għawdxin mill-5pm It-toroq kollha tal-villaġġi Għawdxin jinbidlu f'purċissjonijiet bil-Bambin fost ilkant tal-innijiet tal-Milied. Il-Milied 25 ta' Diċembru Kunċert mużikali tal-Milied: Nadur fis-7pm Kunċert Mużikali bid-direzzjoni ta' Antoine Theuma fil-pjazza prinċipali tan-Nadur. Il-Ħamis 26 ta' Diċembru L-Istrina: It-Teatru Astra – Victoria mis-6pm 'il quddiem L-avveniment ta' din is-sena b'links diretti fuq kull stazzjon televiżiv se jsir mitTeatru Astra. Spettaklu kontinwu biż-żfin, kant u attivitajiet oħra biex jinġabru l-flus għal Community Chest Fund. Il-Ġimgħa 27 ta' Diċembru Xagħra Christmas Concert: fil-Bażilika fis-7pm Bil-parteċipazzjoni tal-Kor ta' Stella Maris bl-orkestra diretta minn Carmel P. Grech. Carolling Christmas: fil-Knisja parrokkjali ta' San Lawrenz fis-7.30pm Organizzat mill-Knsija ta' San Lawrenz u mill-Ischola Cantorum Jubilate. Ċelebrazzjoni tal-istorja tal-Milied permezz tal-mużika. Is-Sibt 28 ta' Diċembru Grand Christmas Show: Teatru Aurora fit-8pm Spettaklu kbir li fih tieħu sehem il-banda Leone u diversi artisti lokali. Xagħra Cribs by Night: Xagħra fil-5pm Tour gwidat madwar il-presepji tal-Milied madwar ir-raħal tax-Xagħra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013