Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

SPORTSillum 26 illum Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 Sorpriża kbira Naxxarija Rebħiet tajba għaż- Naxxar L .............2 Valletta ..............1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT NAXXAR Lions ħolqu l-ikbar sorpriża tal-ġurnata meta għelbu lit-tim ferm iktar ikkwotat ta' Valletta bl-iskor ta' 2-1. Il-Lions kienu l-aħjar tim fejn għal ħinijiet twal fil-logħba kkontrollaw tajjeb lill-avversarji u speċjalment fit-tieni taqsima ddefendew tajjeb il-vantaġġ li kellhom fuq il-Beltin. Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fil-logħba meta wara 7 minuti, Julian Azzoaprdi dawwar f'corner bi bravura xutt tajjeb tal-attakkant Brażiljan, Denni Rocha dos Santos, fejn mill-corner li rriżulta, Reyes Sanchez ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jintemm mal-ġenb taxxibka. Fit-13-il minuta Da Silva Ribeiro rċieva tajjeb mingħand Evaldo Silva Dos Santos li avvanza fil-kaxxa qabel ma ra lill-goalkeeper Cini jdawwar tajjeb f'corner. Naxxar Lions fetħu l-iskor fit-23 minuta meta Rocha da Silva avvanza tajjeb, għadda through pass lejn Da Silva Riberiro li kkrossja lejn Terrence Scerri li b'xutt millisbaħ tefa' wara Cini. Valletta rrispondew fit-32 minuta permezz ta' freekick dirett ta' Nafti li għadda barra wara li ħabat mal-lasta. U fid-39 minuta l-Lions irduppjaw l-iskor meta wara li rċieva minn corner ta' Da Silva Ribeiro, Thiago Lopes De Souza mill-viċin tefa' fix-xibka. Fid-59 minuta Valletta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom id-difensur Steve Borg wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba, bil-Beltin ikollhom ukoll lill-assistent kowċ Gilbert Agius imkeċċi. Fis-67 minuta, Valletta resqu viċin meta minn corner ta' Shaun Bajada, il-ballun spiċċa f'saqajn Luke Dimech li millviċin ra lid-difensur ta' Naxxar Lions, Angus Buhagiar isalva tajjeb. Il-captain Ryan Fenech naqqas id-distakk għall-Beltin fit-88 minuta permezz ta' xutt tajjeb minn tarf il-kaxxa. Naxxar L.: Azzopardi, Bellia, Buhagiar, Cassar, Da Silva Ribeiro, Decesare, Doffo, Lopes De Souza, Rocha Da Silva (Ani 86'), Scerri (Del Negro 77'), Souza Dos Santos Valletta: Cini, Caruana, Borg, Fenech, Agius (Barry 82'), Mifsud Triganza (Zammit 71'), Reyes Sanchez, Bakare (Bajada 56'), Rocha Dos Santos, Nafti, Dimech Referee Mario Apap GILMAR DA SILVA RIBEIRO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-26 ta'Marzu 1990 fil-Brażil Huwa wieħed mill-akkwisti l-ġodda li għamlu Naxxar Lions matul dan l-istaġun Qabel Naxxar Lions lagħab ma' Bangu filKampjonat Carioca 1 fil-Brażil Vittoriosa Stars idawru telfa f'rebħa b'10 plejers Qormi ................... 1 Vittoriosa .............. 2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Għalkemm lagħbu għal iktar minn siegħa bi plejer inqas, Vittoriosa Stars dawru telfa f 'rebħa hekk kif għelbu lil Qormi bl-iskor ta' 2-1, biex b'hekk komplew ikabbru l-problemi għal dan it-tim. Kienu propju l-iStars li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluza fis-16-il minuta meta tentatttiv ta' Jose Filipe Aguiar ġie milqugħ millgoalkeeper Farrugia u mirrebound, tentattiv ta' Gilbert Martin għadda ftit għoli. Qormi rnexxielhom imorru fil-vantaġġ fid-29 minuta meta Jose Filipe Aguiar waqqa' lil Abudulai Issaka fil-kaxxa bir-referee jordna penalty u jkeċċi lid-difensur Portugiż. Mill-11-il metru l-ispeċjalista tal-penalties ta' Qormi, Roderick Bajda, ma żbaljax. Vittoriosa Stars ġabu l-iskor indaqs 7 minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima meta wara li rċieva tajjeb minn cross ta' Oscar Guerrero, Gilbert Martin ra x-xutt fil-baxx tiegħu jispiċċa fix-xibka wara li Farrugia ma rnexxilux iżomm il- ballun. Żewġ minuti biss wara, l-iStars marru filvantaġġ meta wara li rċieva minn freekick ta' Guerrero mix-xellug, Marcelo Pereira laqat il-mimduda mill-viċin, il-ballun laqat difensur avversarju u mir-rebound, l-istess attakkant Brażiljan tefa' ġewwa. Fit-68 minuta Clive Spiteri salva lill-Ġirbin meta kklerja l-ballun minn fuq il-linja fatali wara li Leighton Grech kien antiċipa lil Cini permezz ta' lob mil-lemin. Fuq innaħa l-oħra tal-grawnd, Oscar Guerrero kellu xutt mill-viċin imblukkat f 'corner minn Farrugia fil-75 minuta. Seba' minuti wara, Guerrero rċieva tajjeb mingħand Pereira u kellu xutt b'saħħtu minn ġewwa l-kaxxa mblukkat minn Farrugia. Minuta mit-tmiem tallogħba, Triston Caruana resaq vicin li jġib l-iskor żewġ timijiet ta' Manchester indaqs għal Qormi permezz ta' freekick mix-xellug li għadda jħakkek mal-lasta iżda ftit wara f 'kontrattakk veloċi kienu l-Ġirbin li kważi għamluhom 3 meta Oscar Guerrero kkonkluda azzjoni tajba permezz ta' xutt millisbaħ li għadda ftit għoli biex ftit wara r-referee Trustin Farrugia Cann saffar it-tisfira finali. Qormi Farrugia, Effiong, Sammut, Bellucci, Grech (Pisani 82'), Bajada (Caruana 69'), Da Silva, Vella (Nucera 73'), Bugeja, Bindin, Issaka Vittoriosa S. Cini, Sidibe, A. Spiteri, Pereira, C. Spiteri, Aguiar, Martin (Barbara 73'), Buttigieg, Guerrero, Bamba (Arriagada Mella 33'), Arab (Mifsud 84') Referee Trustin Farrugia Cann OSCAR GUERRERO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer talLogħba mill-ġurnalisti preżenti Qed ikun determinanti għal Vittoriosa Stars matul dan l-istaġun Huwa wieħed minn bosta akkwisti li għamlu Vittoriosa Stars matul is-sajf li għadda FIL-KAMPJONAT Barclays Premier fl-Ingilterra, iżżewġ timijiet ta' Manchester kisbu żewġ rebħiet tajbin hekk kif Manchester City barra minn darhom għelbu lil Fulham bl-iskor ta' 4-2 bil-gowls għalihom jaslu minn Toure, Kompany, Navas u Milner waqt li ż-żewġ gowls għal Fulham waslu minn Richardson u awto-gowl ta' Kompany. Intant, Manchester United ġewwa darhom f'Old Trafford għelbu lil West Ham United bliskor ta' 3-1 bil-gowls għar-Red Devils jaslu minn Wellbeck u mill-plejer żagħżugħ Belġjan, Januzaj u Young waqt li l-gowl waħdieni ta' West Ham United wasal minn Carlton Cole fil-81 minuta. Newcastle United barra minn darhom għelbu lil Crystal Palce bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għall-Magpies jaslu minn Cabaye, minn awto-gowl tal-plejer tal-Palace, Gabbidon kif ukoll minn penalty ta' Hatem Ben Arfa. Liverpool komplew jimpressjonaw meta ġewwa darhom f'Anfield għelbu lil Cardiff City bl-iskor ta' 3-1 bi Suarez jerġa' jkun l-eroj assolut għalihom hekk kif skorja doppjetta għalihom bil-gowl l-ieħor għar-Reds jasal minn Sterling. Min-naħa l-oħra, ilgowl waħdieni ta' Cardiff City wasal minn Jordon Mutch fit-58 minuta. West Bromwich Albion u Hull City temmew il-konfront ta' bejniethom fi dro ta' 1-1 bil-gowl għal WBA jiġi skurjat minn Vydra waqt li dak għal Hull City jasal minn Livermore. Sunderland u Norwich City spiċċaw fi dro ta' mingħajr gowls waqt li Stoke City ġewwa darhom għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Adam u Crouch waqt li l-uniku gowl ta' Aston Villa fil-logħba ġie skurjat minn Libor Kozak fis-66 minuta. Mill-kampjonat Taljan Serie A Tim, Udinese barra minn darhom għelbu lil Livorno bliskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Lopez u Heurtaux waqt li l-gowl waħdieni ta' Livorno wasal minn Luca Siligardi fit-32 minuta. Intant, mill-istess kampjonat, illejla fid8.45pm fis-San Siro, jintlagħab id-'Derby della Madonnina' bejn il-ġirien iżda arċi-rivali eterni, AC Milan u Inter. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 21 ta' Diċembru Liverpool vs Cardiff C. 3-1 Crystal Palace vs Newcastle U. 0-3 Fulham vs Manchester C. 2-4 Manchester U. vs West Ham U. 3-1 Stoke C. vs Aston V. 2-1 Sunderland vs Norwich C. 0-0 WBA vs Hull C. 1-1 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 14:30 Southampton vs Tottenham H. 17:00 Swansea C. vs Everton It-Tnejn 23 ta' Diċembru 21:00 Arsenal vs Chelsea Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 21 ta' Diċembru Livorno vs Udinese Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 12:30 Bologna vs Genoa 15:00 Atalanta vs Juventus 15:00 Verona vs Lazio 15:00 Roma vs Catania 15:00 Sampdoria vs Parma 15:00 Sassuolo vs Fiorentina 15:00 Torino vs Chievo V. 20:45 Inter vs AC Milan 1-2

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013