Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

SPORTSillum 28 illum Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 Malti jżomm it-Titlu Dinji tal-Kickboxing FL-14 ta' Diċembru, Daniel 'The Jet' Zahra rebaħ itTitlu Dinji tal-K1 fl-Irlanda ta' Fuq. Ying Yang Team Noel Kickboxing tela' l-Irlanda ta' Fuq biex jirrappreżenta lil Malta f 'kompetizzjoni tal-K1 sanzjonata millWorld Kickboxing Network (WKN). L-atleti Maltin kienu Daniel 'The Jet' Zahra u Brandon Spiteri u magħhom kien hemm ilkowċ Master Noel Mercieca, flimkien mal-manager, Isaac Chetcuti. 'The Jet' kellu taqbida ta' 5x3 b'regoli tal-K1 kontra Gary Hamilton, atleta mill-Irlanda ta' Fuq. Hamilton huwa magħruf bħala wieħed mill-aħjar atleti fil-pajjiż u għandu bosta titli internazzjonali. Matul it-taqsimiet kollha Hamilton beda juża l-klassi li qabel kienet tgħinu biex jirbaħ. Imma dan ma kienx biżżejjed biex iżomm lil Zahra milli jidħol b'attakk wara l-ieħor u jikseb ilpunti. 'The Jet' niżżel lil Hamilton erba' darbiet, fl-ewwel taqsima b'teknika bl-idejn, fit-tieni taqsima darbtejn bl-irkoppa u fittielet taqsima bl-irkoppa wkoll. Il-kowċ ta' Hamilton iddeċieda li jwaqqaf ittaqbdia fit-tielet taqsima u b'hekk Daniel "the Jet" Zahra jżomm it-Titlu Dinji tad-WKN fil-kategorija tiegħu. It-tieni atleta ta' Team Noel kien Brandon Spiteri u kkompeta f 'taqbida ta' 4x2 ma' atleta mill-Irlanda ta' Fuq. Huwa affaċċja lil Alex Coicoi għat-Titlu Ewropew fuq il-livell tad-debuttanti fil-kategorija tiegħu. Spiteri beda jattakka l-ħin kollu biex iżomm il-pressjoni fuq Coicoi li min-naħa tiegħu beda jagħmel ħafna kontrattakki u jdaħħal il-punti. Fit-tielet taqsima l-atleta mill-Irlanda ta' Fuq ħareġ b'attakk b'saħħtu li tefa' lil Spiteri fuq id-difiża u minħabba dan ir-referee waqqaf it-taqbida u ta r-rebħa b'TKO lil Coicoi. Din kienet l-aħħar attività Daniel Zahra jikkonferma lilu nnifsu bħala l-aqwa fid-dinja fil-K1 fl-Irlanda ta' Fuq għal Team Noel rigward kompetizzjonijiet fiddixxiplini tal-Kickboxing, K1, Mixed Martial Arts u Boxing. Imma s-sena d-dieħla se tkun waħda mimlija fejn atleti minn Team Noel jieħdu sehem f 'kompetizzjonijiet tad-dixxiplini kollha kemm fuq livell lokali u internazzjonali. F'Novembru wkoll Zahra rċieva l-premju speċjali għall-isports fis- serata organizzata millKumitat Olimpiku Malti. Għal aktar informazzjoni żuru l-paġna ta' Facebook ta' Ying Yang Kickboxing jew ikkuntattjaw lil Master Mercieca fuq 79208283.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013