Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

SPORTSillum Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 | illum 29 "Deċiżjoni stramba" min-naħa ta' Floriana Royce NHAR it-Tnejn li għadda l-baskitbol lokali nħasad bl-aħbar li Floriana Royce kienu neħħew lil Paul Ferrante minn kowċ. Din l-aħbar ittieħdet b'sorpriża minn bosta speċjalment meta wieħed iqis il-fatt li Ferrante kellu ħames snin tajbin mal-istess klabb fosthom matul l-istaġun li għadda fejn irnexxielu jġib l-ewwel kampjonat għal Floriana wara 35 sena. Flok Ferrante, fi stqarrija, Floriana Royce ħabbru li b'kollaborazzjoni ma' Move Orange, se jkun qed jidderieġi t-tmun tattim, il-kowċ Ġermaniż, Christoph Stolp sa tmiem dan l-istaġun. Tajjeb niftakru li sa tmiem l-istaġun li għadda, Stolp kien il-kowċ tat-tim tannisa ta' Luxol fejn tul l-aħħar sentejn dan il-klabb iddomina il-kategorija li kien jilgħab fiha. Barra minn hekk, preżentament, l-istess kowċ Ġermaniż, jifforma parti mill-istaff tekniku talAssoċjazzjoni Maltija talbaskitbol, l-MBA, u għalhekk fl-aħħar xhur ma kien involut mal-ebda tim, waqt li huwa wkoll l-assistant-kowċ tattim nazzjonali femminili tal-baskitbol. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Paul Ferrante nnifsu fejn għadda l-kummenti tiegħu ftit wara li rċieva din l-aħbar. "It-Tnejn filgħodu ġejt ikkuntattjat mill-Uffiċjal għarRelazzjonijiet Pubbliċi (PRO) tal-kumitat ta' Floriana Royce fejn intqal lili li l-kumitat kien iddeċieda li s-servizzi tiegħi mhumiex iktar mitluba millklabb. Inqis din id-deċiżjoni bħala waħda stramba, speċjalment meta wieħed jieħu inkonsiderazzjoni l-fatt li aħna wieħed miżżewġ timijiet flimkien ma' Athleta li għadna qed nikkompetu fl-erba' unuri li hemm x'jintrebħu fuq livell nazzjonali li huma t-Tazza Louis Borg, in-Knock-out, il-Kampjonat u x-shield. U dan biex ma nsemmux li t-tim Furjaniż se jkun qed jaffronta lil Athleta fil-finali tax-Shield fi żmien xahar, liema tim irnexxielna nirbħulu ġimagħtejn ilu. Nirrispetta d-deċiżjoni tal- kumitat għalkemm inbati biex nifhimha. Nirringrazzja lill-kumitat preżenti, li għalkemm il-maġġoranza tagħhom mhumiex nies tal-baskitbol, huma dejjem għamlu l-aħjar li setgħu fl-għarfien tagħhom. Min-naħa l-oħra nixtieq nirringrazzja lil Nigel Holland, li żamm lill-klabb għaddej għal 35 sena. Nigel Holland niftakru hemm 25 sena ilu meta jien kont plejer mal-istess klabb. Hija ħasra kbira li Nigel ma kienx parti minn dan il-kumitat li ilu jopera biss sentejn. L-iktar li nixtieq nirringrazzja huwa lill-plejers tal-passat riċenti li kkontribixxew biex it-tim jirbaħ it-tieni diviżjoni u jikkompeti denjament sa mill-ewwel sena mal-kbar. Saħansitra tliet snin ilu t-tim lagħab l-ewwel finali tan-Knock-out fil-35 sena ta' storja tiegħu u spiċċa fittieni post fl-istaġun regolari 2011-12. Nirringrazzja wkoll lill-plejers tas-sena l-oħra li taw it-titlu ta' champions lil dan il-klabb. L-aħħar u mhux l-inqas nirringrazzja lill-plejers tal-preżent għallimpenn u l-lealtà tagħhom. Din is-sena t-tim iffaċċja tibdil f 'numru ta' plejers (sitta minn għaxra). Jien aċċettajt din l-isfida ġdida, u bix-xogħol li sar minn Awwissu 'l hawn, irnexxielna nerġgħu nkunu kompetittivi. Min jikkowċja skwadra ta' kwalunkwe dixxiplina sportiva jaf x'jinvolvi dan. L-esperjenzi li għaddejt minnhom f 'dawn l-aħħar sitt snin se jibqgħu f 'qalbi għal żmien twil. Nixtieq nirringrazzja wkoll lil dawk il-persuni li taw l-appoġġ u s-sostenn tagħhom lillklabb, fiż-żmien meta dawk li kienu jsegwu l-klabb kont tgħoddhom fuq ponot subgħajk. Grazzi lil Stellina Galea, Tony Fenech, Tony Zahra, Michel Attard, Sports Experience, Neville Mercieca, Charles Azzopardi, Tony Amaira u Ivan Curmi talli għenu lill-klabb tal-baskitbol ta' Floriana biex ikun fost l-aqwa klabbs tal-baskitbol Malti. Bis-saħħa ta' dawn in-nies, il-klabb kellu l-mezzi biex jikkompeti fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, fi żmien meta kien hemm min Paul Ferrante jitneħħa minn kowċ ta' Floriana Royce waqt li jqis din id-deċiżjoni bħala waħda stramba kien tal-idea li l-klabb kellu jaqta' qalbu, u jerġa' jinżel fil-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni. Jien dejjem emmint, u nibqa' nemmen li tim kompetittiv u nursery huma kumplimentari għal xulxin. Tim b'mentalità rebbieħa jiswa ta' vetrina għal dawk it-tfal li jinġibdu lejn il-logħba u lejn il-klabbs. Jalla l-kumitat il-ġdid talklabb jibqa' miexi fuq dawn il-binarji, u x-xogħol ta' dawn l-aħħar ħames snin ma jispiċċax fix-xejn. Fl-aħħar nett nixtieq nirringrazzja lill-familja tiegħi tal-appoġġ u l-paċenzja li ħadu bija f 'dawn l-aħħar snin, b'mod speċjali tliet snin ilu, meta nqasthom billi qattajt il-vaganzi tassajf kontinwament infittex l-għajnuna għall-klabb b'mod volontarju. Ukoll, ma nistax ma nirringrazzjax lil dawk kolla li tawni l-appoġġ morali tagħhom, f 'dawn il-jumejn li għaddew (kowċis, plejers, diriġenti ta' klabbs oħra u partitarji). Sadanittant, nawgura lill-kowċ il-ġdid flesperjenza l-ġdida tiegħu ma' skwadra tal-irġiel. Intant, dan il-ġurnal ma setax ma jagħmilx kuntatt ukoll mal-President ferm ħabrieki ta' Floriana Royce, Alexis Callus li bħal dejjem wera koperazzjoni kbira u tana dawn ir-reazzjonijiet rigward it-tneħħija ta' Paul Ferrante mit-tmun ta' Floriana Royce waqt li xtaq jiċċara numru ta' konklużjonijiet skorretti li ntqalu wara t-terminu tal-kuntratt ta' Ferrante ma' Floriana Royce. Huwa afferma li "id-deċiżjoni li jinbidel il-head kowċ tat-tim tal-kbar ta' Floriana ġiet meħuda unanimament mill-kumitat tal-klabb, liema deċiżjoni ġiet diskussa fuq livell ta' kumitat f 'temp ta' numru ta' ġimgħat ukoll wara diverġenza fuq viżjoni u operazzjonijiet. Barra minn hekk, uffiċjal għoli tal-klabb (il-PRO u t-Team Manager) iltaqa' ma' Paul Ferrante 'in persona' biex jikkomunikaw miegħu din id-deċiżjoni wiċċ imb wiċċ. Kien ġudizzju tal-kumitat li jibgħat individwu wieħed biex jikkomunika deċiżjoni diffiċli minflok Ferrante jkun iffaċċjat quddiem il-bord kollu tat-tmexxija tal-klabb. Dan kollu sar biss sforz ir-rispett li jeżisti bejn iż-żewġ naħat konċernati. Callus saħaq li r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni ġew ikkomunikati lil Paul Ferrante 'in persona' u l-kumitat jemmen li m'għandhomx jiġu mgħoddija lill-pubbliku ġenerali. Il-President ta' Floriana Royce qalilna wkoll li kif ikkomunikat iktar qabel, il-klabb għandu rispett massimu għal Paul Ferrante u għas-suċċessi li ġab lillklabb ta' Floriana, fejn ġie rikonoxxut l-irwol importanti li kellu biex tella' lil Floriana mit-tieni diviżjoni għall-ogħla diviżjoni fil-kampjonat talbaskitbol lokali. Ukoll, Alexis Callus, stqarr li huwa importanti li wieħed jirrealizza li barra li Floriana rebħu l-kampjonat fi tmiem l-istaġun li għadda, kien hemm ukoll kumitat li pprovda l-pedamenti u tim li sewa għexieren ta' eluf ta' Ewro, u dan wasal permezz ta' xogħol iebes, sagrifiċċji personali kif ukoll finanzjament personali. Callus kompla billi qal li l-kumitat tal-klabb talbaskitbol ta' Floriana huwa kompost minn grupp ta' individwi li jaħdmu qatigħ u jinvestu ħafna sigħat u flus personali fil-klabb. Huwa stqarr li hija prerogattiva unika tal-kumitat li jieħu deċiżjonijiet ibbażati fuq l-aħjar interess tal-klabb. Il-President tal-klabb talbaskitbol ta' Floriana afferma li waqt li l-kumitat japprezza l-kontribuzzjoni li Paul Ferrante ta lill-klabb fis-snin passati, jifhem is-sentimenti tiegħu waqt li jemmen li bir-rispett u d-dinjità jistgħu jimxu 'l quddiem minn dan l-istadju li fih jinsab il-klabb bħalissa. Callus kompla li d-deċiżjoni kif ikkommunikata fl-istqarrija kienet tal-kumitat u kienet unanima. Wieħed jifhem li kien se jkun hemm xi emozzjoni dwar id-deċiżjoni, iżda min hu viċin tal-klabb kien ilu bi ħjiel ta' din iddeċiżjoni. B'rispett lejn Paul Ferrante, Callus saħaq li bħala kumitat qagħdu lura milli joħorgu iktar dettalji fil-pubbliku, iżda huwa kien mgħarraf bir-raġunijiet. IlPresident ta' Floriana Royce kkonkluda li b'rispett lejn ilpartijiet involuti f 'din l-affari, il-kumitat tal-istess klabb mhux se jkun qed jgħaddi iktar kummenti rigward dan kollu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013