Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 | illum 9 Purċissjoni u tradizzjoni: storja ta' 92 sena JAMES J. PISCOPO LEJLIET il-Milied, f 'kull lokalità f 'Malta se terġa' ssir il-purċissjoni tal-Milied. Tradizzjoni li tmur lura 92 sena, u propju taf il-bidu tagħha għal Milied tal-1921. F'dik is-sena, il-qaddis Malti San Ġorġ Preca ddeċieda li jagħti bidu għal din it-tradizzjoni, bl-għan li l-ispirtu tal-Milied u l-misteru tal-inkarnazzjoni jidħol f 'kull dar u familja. Wieħed jista' jgħid li bħalma San Franġisk kien ħassu mqanqal biex jagħmel l-ewwel presepju mijiet ta' snin ilu, Dun Ġorġ fl-1921 ried jiċċelebra Milied speċjali b'dawn id-dimostrazzjonijiet. Qasam din ix-xewqa li kellu mas-soċi tiegħu tal-Mużew: ried it-tfal u s-soċji f 'lejlet il- Wieħed mill-ewwel bambini li ntużaw fil-purċissjonijiet, miġjub minn Lecce (Italja) fl-1923' Milied joħorġu mat-toroq talĦamrun biex ifakkru fil-vera sinifikat tal-Milied. Ix-xewqa tiegħu kienet li dawn joħorġu bħal f 'purċissjoni bix-xemgħa f 'idejn it-tfal u l-weraq tal-palm u ż-żebbuġ, iduru mat-toroq u jkantaw innijiet tal-Milied. Jingħad li Dun Ġorġ ma kellux f 'moħħu li din ilpurċissjoni tikber daqskemm kibret illum il-ġurnata. L-ewwel purċissjoni saret ilĦamrun u daret ma' xi toroq fl-akkwata tal-Blata l-Bajda u l-Marsa. Jidher li l-idea ntgħoġbot u sa sena wara, saru purċissjonijiet simili f 'aktar minn għaxart irħula oħra. Minn dakinhar, ilpurċissjoni bil-Bambin kibret u xterdet ma' Malta u Għawdex u fl-artijiet l-oħra fejn hemm il-Mużew, jiġifieri fl-Awstralja, fil-Kenja, fil-Perù, fl-Ingilterra u flAlbanija. Interessanti l-fatt li din il-purċissjoni, jew 'Dimostrazzjoni bil-Bambin Ġesu' kif kien iħobb isejħila Dun Ġorġ, ma bdietx mattwaqqif tal-mużew. Infatti, kellhom jgħaddu 14-il sena mill-bidu tas-soċjetà tal-mużew biex bdiet issir ilpurċissjoni. Fost l-ewwel diffikultajiet li ltaqgħu magħhom kien li jsibu bambin imdaqqas. Dak iżżmien, dawn it-tip ta' bambini kienu jinsabu biss mill-knejjes. Għall-ewwel purċissjoni tal1921 irnexxielhom jissellfu wieħed mill-Knisja talFranġiskani fil-Belt. Fis-snin Purċissjoni aktar riċenti fil-Belt Valletta: l-iskudi baqgħu popolari sal-lum il-ġurnata ta' wara, importatur ewlieni mill-Belt ra li kien hawn din id-domanda għal dawn il-bambini u kien importa tużżana minn Lecce fl-Italja. Għaldaqstant, ħafna milleqdem bambini li jintużaw f 'dawn il-purċissjonijiet ġejjin minn dan ir-raħal fl-Italja. Il-qofol tal-purċissjoni dejjem kienet il-figura ta' dan il-bambin imdaqqas f 'maxtura. Madankollu sa mill-bidu li bdew isiru dawn il-purċissjonijiet, kont u għadek issib fanali 'talmantell' biex jagħtu d-dawl u fanali bl-arkett bi kliem relattiv mal-ġrajja tal-Milied, kif wieħed jista' jara fir-ritratti ma' dan l-artiklu. Illum il-ġurnata, ilpurċissjonijiet tal-Milied huma wkoll akkumpanjati mill-baned tal-lokal, li tkompli tixhed kemm dawn l-attivitajiet iġibu għaqda fil-parroċċi u fl-irħula. Baned li jdoqqu diversi għanjiet tradizzjonali u innijiet reliġjużi assoċjati mal-festa tal-Milied. Fil-purċissjonijiet ma setgħetx tonqos ukoll il-frażi 'l-Iben t'Alla sar bniedem,' frażi li tant kienet tgħoġbu li kien jitlob lis-soċi tiegħu jilbsu dawn il-kliem fuq sidirhom: Il-badge tal-Verbum Dei Caro Factum Est. Dan kollu jixhed kemm il-Milied kellu tifsira speċjali għal Dun Ġorġ. Għalkemm il-parti l-kbira tal-purċissjonijiet isiru lejliet il-Milied, f 'xi rħula b'mod partikolari fejn hemm aktar minn fergħa waħda talMużew, id-dimostrazzjoni ssir xi ġurnata jew tnejn qabel. Żewġ purċissjonijiet fil-Birgu fis-Sebgħinijiet: il-baned kienu diġà jipparteċipaw Il- Festi t-Tajba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013