Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 Spiżeriji Miftuħin illum Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 Chemimart Ltd., Licensed at 3, Freedom Square (Currently operating at 20/21, Triq ir-Repubblika), Valletta The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġuzepp, Ħamrun Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant'Elena, Birkirkara Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Gwardamanġa Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann Harley Pharmacy, 1,Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Sliema Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, Iklin Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta' Settembru, Naxxar El Medina Chemist, Triq il-Fliegu, Qawra Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija Alpha Pharmacy, 'Maria Immaculata', Triq Cospicua C/W Vjal il-Kottoner, Fgura St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbellika, Żabbar Britannia Pharmacy, 5, Triq l-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa Bronja Pharmacy, Sonata, Triq ilBronja, Żurrieq Brown's Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Żebbuġ Baħrija Pharmacy, Triq Raddet irRoti C/W Triq l-Iskola, Baħrija Castle Pharmacy, 2, Misrah l-Indipendenza, Victoria St. John's Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Xewkija TEMP ILLUM L-OGĦLA L-INQAS TEMP 17˚Ċ 10˚Ċ Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bix-xita kultant. VIŻIBILTA' Tajba minbarra f'xi ħalbiet taxxita. RIĦ Lvant għax-Xlokk forza 5 lokalment forza 5 għal 6 Baħar: Moderat għal qawwi lokalment qawwi. Gozo Ferries Ħinijiet tat-tluq www.gozochannel.com TEMP GĦADA L-OGĦLA 16˚Ċ L-INQAS 11˚Ċ TEMP Imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita lokalment bir-ragħad iktar tard.i Viżibilità: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita. Riħ Lvant forza 5 lokalment forza 5 għal 6 li jsir Lvant għall-Grigal. Baħar Moderat għal qawwi lokalment qawwi għall-ewwel. SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. 46 52 81 29 22 18 80 68 Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda Ministeru wieħed - 73 direct order lil partitarju tal-PN ILLUM ikompli jiżvela iktar dettalji dwar kuntratti mogħtija fl-aħħar snin lillpartitarju kbir Nazzjonalista, Karl Borg. Din il-ġimgħa dan il-ġurnal jista' jiżvela dettalji tal-kuntratti mogħtija lill-kumpanija ta' dan il-partitarju Nazzjonalista fuq medda ta' 4 snin mill-Ministeru talEdukazzjoni mmexxi minn Dolores Cristina. Bejn l-2008 u Marzu 2013, Karl Borg ingħata total ta' 94 biċċa xogħol mingħand dan il-Ministeru u korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu. Filwaqt li fl-2008 Borg ingħata ħames biċċiet xogħol mingħand il-Ministeru tal-Edukazzjoni, sal-2012 dawn telgħu għal 30. Borg ingħata xogħol mill-Ministeru nnifsu, millKunsill Malti għall-iSport, mill-Aġenzija Żgħażagħ, mill-Università, mill- Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u mill-Fondazzjoni għasServizzi Mediċi. 73 mill-94 biċċiet ta' xogħol mogħtija lil Karl Borg, ingħataw b'direct orders. Il-valur tax-xogħol li dan l-attivist Nazzjonalista ngħata bejn l-2008 u Marzu li għadda mill-Ministeru talEdukazzjoni biss, jammonta għal €134,000. Il-kumpanija ta' Borg kienet titħallas talli kienet tikri siġġijiet, imwejjed, gazibos, plasmas, laptops, dwal, tapiti u podiums lill-Ministeru tal-Edukazzjoni għal bosta attivitajiet. Jispikka l-ħlas ta' €7,300 għall-konferenza tal-aħbarijiet li kienet saret b'għaġla kbira fid-9 ta' Ġunju 2010 biex Lawrence Gonzi u Clyde Puli nedew l-iSports Village fil-White Rocks, proġett li baqa' biss fuq ilkarta. Karl Borg huwa midħla ħafna tad-Dar Ċentrali tant li għamel snin sħaħ impjegat tal-Partit Nazzjonalista u sal-aħħar elezzjoni ġenerali kien jorganizza l-attivitajiet tal-massa tal-istess partit. Kif kien żvelat minn ILLUM fl-aħħar ġimgħat, Karl Borg Events matul l-aħħar leġislatura Nazzjonalista ngħatat b'€190,000 permezz ta' direct orders mingħand Transport Malta, €40,000 mingħand il-Grand Harbour Regeneration Corporation, €55,000 mill-Ministeru tal-Finanzi u €245,000 oħra f 'direct orders missegretarjat privat tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi. Dan ifisser li minn tliet Ministeri mill-uffiċċju tal-Prim Ministru biss, dan il-partitarju Nazzjonalista ngħata kważi 300 direct order b'valur ta' iktar minn €650,000. Riżenja ta' Sindku Ikompli minn paġna 1 Il-kelliem sostna kif il-PN għandu pożizzjoni ċara li kandidati, kunsilliera jew rappreżentanti oħrajn tal-Partit li jkunu għaddejjin minn proċeduri kriminali serji kontra tagħhom ma jistgħux jibqgħu jirrappreżentaw lill-Partit Nazzjonalista fl-ebda kariga. "Dan kuntrarju għall-mod kif jimxi l-Partit Laburista, li ħatar bħala konsulent ewlieni dwar il-Kunsilli Lokali persuna li bħalissa għandha proċeduri kriminali kontra tagħha relatati ma' frodi ta' fondi talUnjoni Ewropea," qal il-kelliem b'referenza lejn Michael Cohen. Fil-ħarġa tal-ġimgħa l-oħra, din il-gazzetta kienet żvelat li Apap Agius, li serva bħala sindku għal dawn l-aħħar 16-il sena, kien se jitressaq il-Qorti fi Frar li ġej. Ilproċeduri kriminali kontrih kienu jinkludu akkużi ta' użura u ħasil ta' flus, bl-ammont saħansitra jqarreb lejn ilmiljun ewro. Il-każ ta' użura allegatament beda fl-2006 u kompla sejjer David Apap Aguis għal tliet snin. Il-vittma tal-użura kellu jibdel il-post ta' residenza wara theddid kontinwu biex iwaqqa' l-każ mal-Pulizija. Ma' Apap Agius se jitressaq ukoll ħuh Frankie, li serva bħala uffiċjal tal-pulizija. Dan jista' jispjega għalfejn il-Pulizija li taw it-taħrika lill-aħwa Apap Agius kellhom jitilgħu minn Malta, minħabba l-influwenza li Frankie Apap għandu filkorp f 'Għawdex. L-aħbar tar-riżenja ħarġet il-Ġimgħa wara dikjarazzjoni li Apap Agius bagħat lillmezzi tax-xandir. F'din id-dikjarazzjoni, Apap Agius jgħid li dan kollu beda minn allegazzjonijiet kalunnjużi ta' persuna li trid tagħmillu l-ħsara. Fid-dikjarazzjoni, Apap Agius jgħid li rriżenja wara artikli li dehru fil-mezzi tax-xandir biex ikun fl-aħjar pożizzjoni li jiddefendi r-reputazzjoni tiegħu u talPartit Nazzjonalista. Hu rriżenja minn sindku u mill-PN imma żamm postu bħala kunsillier indipendenti. David Apap Agius għażel li ma jagħtix kummenti lil din il-gazzetta dwar dan il-każ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013