Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

Kummercjali 22 illum | Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 llum jibda r-renju ta' PINOKKIO Kollox lest għall-Pantomima spettakolari oħra fl-Istitut Kattoliku PROPJU llum ilĦadd, Pinokkio jibda r-renju tiegħu ġewwa l-Istitut Kattoliku b'żewġ rappreżentazzjonijiet, waħda fl-10am u l-oħra fl-4pm. Ir-rappreżentazzjonijiet ikomplu kif ġej: f 'Diċembru: il-Ħamis 26 (Boxing Day) fis-2.30pm u 7.30pm, il-Ġimgħa 27 fis-7pm, is-Sibt 28 fis-7.30pm, il-Ħadd 29 fis-2pm u 6.30pm u t-Tnejn 30 fis7pm. F'Jannar isiru dawn ir-rappreżentazzjonijiet: il-Ġimgħa 3 fis-7.30pm, is-Sibt 4 fis-7pm, il-Ħadd 5 fis-2pm u 6.30pm, u s-Sibt 11 fis-7pm. Il-cast bħas-soltu hu wieħed formidabbli b'Toni Busuttil bħala d-dama, Snits bħala Pinokkio, Ina Robinich, Brian Farrugia, Simon Curmi, Janvil, Felix Busuttil, Julie Pomorski, Guido Fenech, Franky Borg, Alan Falzon, Bernice Darmanin u oħrajn. Ilband bħas-soltu tkun live u dis-sena se tkun taħt iddirezzjoni ta' Abigail Brown b'arranġamenti mużikali ta' Joe Brown. Il-koreografija kemm tal-Yada Dance Company kif ukoll talCollege of Dance Students hi ta Felix Busuttil. Pinokkio għandu kitba oriġinali ta' Toni Busuttil u Snits. Id-direzzjoni hi ta' Ray Abdilla bil-produzzjoni tkun bħas-soltu tkun ta' Pawlu Testa. Booking jinsab miftuħ u biljetti jistgħu jinkisbu mingħand: Pawlu Testa Travel: 21223340 / 99476468, Booking Office Istitut Kattoliku filgħodu 9am-1pm u filgħaxija 4.307.30pm - tel: 21238429, Bar tal-Istitut Kattoliku: AM u PM. 21242515, Carmen Azzopardi tar-Rabat: 21454836 u Tereza Bazaar ta' Ħaż-Żabbar: 21892730. Wieħed jista' jibbukkja online kemm fuq il-websajt uffiċjali tal-Kumpanija Teatru Rjal kif ukoll dik tat- teatru tal-Istitut Kattoliku www.kumpanijateatrurjal. com u www.istitutkattoliku.com Toni Busuttil bħala d-Dama u Snits fil-parti ta' Pinokkio Prodotti għall-ġilda min-natura Maltija BODYGOURMET Malta hija linja ta' prodotti maħduma lokalment minn Doriette Hannaford li hija persuna speċjalizzata fil-qasam talkura u s-sbuħija. Barra l-famuż sapun naturali u artistiku li tipproduċi hija tagħmel ukoll kremi, imluħa mħawra, u dak kollu li għandu x'jaqsam mal-kura tal-ġilda. Hija taħdem dawn il-prodotti minn ingredjenti varji fosthom dawk misjuba u kkultivati fuq din il-gżira bħall-għasel, ħalib, aloe vera, bużbież, nagħniegħ u ħafna oħrajn. Wieħed jista' jakkwista dawn il-prodotti mingħand il-produttriċi biss, dan biex jiggarantixxi ġenwinità u prodott frisk kull darba. "Sfortunatament illum il-ġurnata huwa ħafna aktar faċli li persuna tordna prodott għall-kura tal-ġilda permezz tal-internet, però ftit huma dawk li jafu l-iżvantaġġi. Ħafna minn dawn il-prodotti huma magħmula minn SLS u Parabens li huma kimiċi u preservattivi li ma tantx jagħmlu ġid lill-ġilda tagħna, u l-produzzjoni bil-massa tkompli tħeġġeġ biex dan iseħħ.'' Wieħed jista' jinnota faċilment kif sempliċiment Doriette Hannaford taħdem dawn il-prodotti minn ingredjenti naturali Maltin sapuna hija artistika u kkurata f 'kull dettall anke saħansitra fil-mod ta' kif tiġi ppreżentata lill-pubbliku. "Huwa ħafna l-ħin li jintuża sabiex sempliċiment sapuna ntiha lat artistiku sabiex tkun attraenti kif ukoll ta' użu speċifiku għall-persuni differenti. Nixtieq li dak li nagħmel ma jkunx biss prodott ta' benefiċċju iżda wkoll prodott li juri l-ħiliet artistiċi tiegħi.'' Il-ġenwinità f 'dawn ilprodotti tispikka anka minħabba l-fatt li kull oġġett għandu deskrizzjoni relatata mal-ingredjenti u l-użu partikolari tiegħu. Hija ħaġa sabiħa meta artiġġjanat antik jiġi mħallat ma' arti kontemporanja sabiex jinħoloq prodott utli u attraenti. Għaldaqstant, hemm bżonn li nibżgħu għal dak kollu li huwa lokali u li jista' joħloq interess kemm fil-Malti stess kif ukoll fit-turist. Huma dawn l-affarijiet ċkejkna li joffru riklam ġenwin lillpajjiżna! Bodygourmet Malta joffru wkoll servizz personalizzat fejn wieħed jista' jordna dak li jkun jixtieq, fil-format u rwejjaħ li jkun jixtieq, għallużu personali kif ukoll bħala rikordju ta' xi okkażjoni. Tistgħu wkoll iżżuru s-sit elettroniku: www. bodygourmetmalta.net jew fuq il-paġna ta' Facebook, Bodygourmet Malta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013