Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 31

SPORTSillum 24 illum Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 Ritratt: Ray Attard SPORTSillum L-ebda rebbieħ bejn Tarxien Rainbows u Sliema Wanderers Gueye jogħla tajjeb fuq żewġ plejers ta' Tarxien Rainbows Tarxien R .................0 Sliema W .................0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT F'LOGĦBA li ftit li xejn offriet spettaklu anzi diżappunt kbir, Tarxien Rainbows żammew littim iktar ikkwotat ta' Sliema Wanderers fi dro ta' mingħajr gowls. Fost l-oħrajn Tarxien Rainbows kellhom lill-kowċ Clive Mizzi nieqes minħabba li qed iservi żewġ logħbiet sospensjoni. Tarxien Rainbows ħarġu fuq l-offensiva u wara biss 10 minuti Pulo għadda lejn Santos Silva li permezz ta' xutt sabiħ impenja lil Bonello li dawwar tajjeb f 'corner. Fl-14-il minuta l-plejer Taljan tal-Wanderers, Rapino tajjar tajjeb minn crossshot ta' Karl Pulo minn mal-ġenb. Ir-Rainbows komplew jattakkaw u żewġ minuti biss wara Bonello tajjar b'diffikultà xutt millbogħod ta' Santos Silva. U fl-44 minuta kien imiss lill-captain tal-Wanderers Alex Muscat li salva lill-Wanderers hekk kif imblokka xutt mill-viċin tal-plejer li kellu logħba mill-aqwa għar-Rainbows, Jorge Santos Silva. Fl-ewwel okkażjoni perikoluża li stajna nosservaw fit-tieni taqsima eżattament fid-69 minuta, Ohawuchi rċieva tajjeb minn cross tas-sostitut Gueye, iżda ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jgħaddi ftit barra. Fl-74 minuta Calheira Seara wara li rċieva tajjeb minn cross fil-baxx ta' Karl Pulo, tefa' ftit barra. Fil-81 minuta Bianciardi rċieva tajjeb minn freekick ta' Trevor Cilia iżda ra lil Vella jsalva tajjeb minn daqqa ta' ras tiegħu. Tarxien R.: Vella, Sadowski, Lopez Alcantara, Agius (Zahra 30'), Potezica, Calheira Seara (Souza Santos 90'), Ciantar, Menendez Hevia, Pulo, Bonnici, Santos Silva Sliema W.: Bonello, Muscat, Rapino (Gueye JORGE SANTOS SILVA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer talLogħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-23 t'April 1987 fil-Brażil Qabel ingħaqad ma' Tarxien Rainbows fil-bidu ta' dan l-istaġun, f'Malta lagħab ma' Vittoriosa Stars, Sliema Wanderers u Birkirkara Jilgħab fl-irwol ta' attakkant u huwa prodott tal-klabb Brażiljan, Gremio 58'), Mintoff, Scerri (Muchardi 30'), Ohawuchi, Gatt Baldacchino, Woods (Borg 79'), Cilia, Barbetti, Bianciardi Referee Kevin Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013