Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

SPORTSillum 30 illum | Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 L-iktar persuna veloċ CRISTIAN ANTONY MUSCAT Steve Camilleri –se jtemm is-sena 2013 bħala l-iktar persuna veloċi f'Malta hekk kif irreġistra l-aħjar ħin fil-kompetizzjonijiet tal-100 metru u fil-200 metru u t-tieni l-aħjar ħin fil-kompetizzjoni tal-400 metru. Jinsab ikklassifikat fil-ħames post bħala l-aħjar ta' kull żmien fil-kategoriji tal-100 metru u tal-200 metru u fis-7 l-aħjar post ta' kull żmien fil-kategorija tal-400 metru F'liema impenji prinċipali kont involut fihom matul l-2012? Matul din is-sena ġejt fit-tieni post fil-Kampjonati Nazzjonali tal-100 metru fejn spiċċajt wara l-atleta Rachid Choucal. Ukoll ġejt fit-tielet post fil-200 metru wara Rachid Chouhal u Owen Camilleri. Kien propju hawnhekk li rrealizzajt li nista' navvanza fl-atletika jekk nitħarreġ iktar b'saħħti, u kien propju dan li għamilt! Immorru għal din is-sena fejn ksibt suċċess liema bħalu. Tina iktar dettalji. Konxju mill-importanza tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar u l-Kampjonati Ewropej tat-timijiet, waqt li ħadt sehem ukoll fil-Kampjonati Ewropej ta' taħt it-23 sena fl-istess staġun, il-motivazzjoni tiegħi kienet tassew għolja biex nagħmel dak li ma rnexxiliex nagħmel fis-snin ta' qabel. Il-'pre-season' beda mat-tim tiegħi f 'Settembru, meta affrontajt injury fil-hamstring fejn kelli nitlef 3 ġimgħat taħriġ f 'Diċembru tal-2012. Il-ħinijiet li bdejt nirreġistra waqt it-taħriġ bdew juru titjib sostanzjali fejn il-kompetizzjoni sana li kien hemm matul it-taħriġ kienet waħda mir-raġunijiet prinċipali għaliex kien qed jiġri dan. Matul l-istaġun xitwi ma kellix wirjiet kif xtaqt iżda ma qtajtx qalbi. Il-kowċ tiegħi flimkien miegħi ħdimna ħafna biex intejbu t-teknika tiegħi. Fl-ewwel tellieqa tiegħi matul l-2013 tejjibt l-aħjar ħin personali tiegħi minn 11.06 sekondi għal 10.94 sekondi biex b'hekk għall-ewwel darba rnexxieli nirreġistra ħin taħt il-11-il sekonda. Hawnhekk kont veru kuntent speċjalmet minħabba l-fatt li sirt wieħed mill-veru ftit atleti li attwalment irnexxieli nirreġistra ħin taħt il-11-il sekonda. Fil-ġimgħa ta' wara tellaqt f 'Modena l-Italja fejn sfortunatament matul din it-tellieqa, kien hemm ħafna riħ kontrina u l-ħin ma kienx daqshekk tajjeb. Għalhekk iddeċidejt li nagħti l-aħjar tiegħi f 'avveniment li kont nieħu sehem fih lura fl-2009, jiġifieri dak tal-400 metru. Mingħajr ebda aspettattiva, tajt l-aħjar tiegħi u sorprendentament, irbaħt il-heat li ħadt sehem fiha. Ġejt fis-7 post overall minn 135 atleta fejn irreġistrajt ħin ta' 49.20 sekondi li għalhekk kien ħin aħjar mill-aħjar ħin personali tiegħi li kien dak ta' 50.73 sekondi. Permezz ta' dan il-ħin, dħalt fil-lista tal-aqwa 10 atleti ta' kull żmien f 'pajiżna fil-kategorija tal-400 metru. Fit-tellieqa li ħadt sehem wara din tejjibt il-ħin tiegħi tal-100 metru għal 10.89 sekondi fejn irbaħt l-istess tellieqa flimkien ma' sieħbi fit-tim Andy Grech. Din kienet rebħa importanti qabel ilKampjonati Nazzjonali tal-Atletika, u meta wieħed jikkunsidra li kien hemm xejn inqas minn 4 atleti li rnexxielhom jirreġistraw ħin ta' inqas minn 11-il sekonda wara żmien twil, kellha tkun biss tellieqa perfetta min-naħa tagħna biex nirbħu dawn il-kampjonati. X'kien ifisser għalik ir-rebħ talKampjonati Nazzjonali tal-Atletika fil-ġurnata tal-11 ta' Mejju ta' din issena liema ġurnata m'hemmx dubju li se tibqa' mniżżla b'ittri tad-deheb fil-karriera mill-aqwa tiegħek? Din il-ġurnata kienet tfisser ħafna għalija. L-ewwel nett din iddeterminat li jien kont sirt champion fl-avveniment partikolari li kont qed nikkompeti fih u t-tieni nett iddeterminat min kellu jirrappreżenta lil Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Lussemburgu, kif ukoll fil-Kampjonati Ewropej tat-timijiet fit-tlielaq individwali. Niftakar li kelli bidu tajjeb barra mill-blocks, fejn kont bejn Rachid u Andy, b'Luke fuq in-naħa l-oħra ta' Andy. Stajt nara lili nnifsi nimxi 'l quddiem, li għamlitha iktar faċli għalija biex inżomm l-enerġija fin-naħa ta' fuq ta' ġismi u nittrasferiha f 'saqajja, fejn qbiżt il-linja finali 0.08 sekondi qabel l-oħrajn, f 'ħin finali ta' 10.85 sekondi. Dak il-ħin ħassejtni ferm kuntent! Fl-istess ġurnata ddeċidejt li nieħu sehem ukoll fit-tellieqa tal-400 metru. Ħassejt li kienet xi ħaġa tajba u ġusta li nikkompeti f 'din il-kompetizzjoni lokalment biex nagħti spinta lillkumplament tal-atleti l-oħra li jieħdu sehem fit-tellieqa tal-400 metru. F'din l-istess tellieqa ngħaqad miegħi l-atleta Malti / Awstraljan Kevin Moore. Ħriġt mill-blocks bħala sprinter naturali tal-100 metru u qatt ma ħarist lura, sakemm ġejt affetwat mil-'lactic acid' fl-aħħar 150 metru tat-tellieqa, b'Kevin Moore jirbaħ faċilment ilfinali, fejn jien ikklassifikajt warajh f 'ħin ta' 49.41 sekondi qabel l-atleti Matthew Crocker u Neil Brimmer. Jien flimkien ma' Moore, Crocker u Brimmer intgħażilna biex nieħdu sehem fit-tellieqa tal-4 x 400 m fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar filLussemburgu. Fil-ġurnata ta' wara kelli nieħu sehem fit-tellieqa tal-200 metru iżda ġismi ma kienx għadu rkupra millġurnata ta' qabel iżda kelli nagħmilha! Kont irbaħt it-tlielaq tal-200 metru li kont ħadt sehem fihom qabel b'mod komdu u kont għadni qatt ma ġejt megħlub f 'dan l-avveniment. Iżda qatt ma ssottovalutajt lil ħadd. Luke Bezzina kien qed juri titjib sostanzjali tellieqa wara l-oħra u kienet l-ewwel tellieqa ta' Rachid Chouhal fil-200 metru kontrija. Jien irbaħt it-teliieqa bi ftit, iżda ma rnexxiliex nikseb l-aħjar personali, iżda li kien biżżejjed biex ninsab kburi li ngħid li ksibt id-double fil-100 metru kif ukoll fil-200 metru. Niġu issa għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fejn naf li dawn kienu jfissru ħafna għalik. Tina rendikont dettaljat ta' x'esperjenzajt eżattament int personali f'dawn il-logħbiet ferm importanti għal pajjiżna ġurnata b'ġurnata. Din kienet l-ewwel esperjenza tiegħi f 'dawn il-logħbiet li ġew organizzati fil-Lussemburgu. Kienet l-ewwel darba wkoll li kelli pressjoni mill-kontinġent Malti, mill-mezzi tax-xandir u minn kulħadd f 'Malta. Jien kelli nieħu sehem fl-ikbar numru ta' avvenimenti tal-atletika mit-tim nazzjonali kollu tal-atletika, possibbilment minn Team Malta kollu iżda kont lest għaliha! Fl-ewwel ġurnata tat-tlielaq ħadt sehem fil-heat tal-100 metru fejn kelli naffronta riħ qawwi u bilkemm għamiltha għall-finali fejn ġejt 0.02 sekondi 'l bogħod mis-6 post. Iżda kont naf li stajt nagħmel aħjar u għalhekk kollox kien jiddependi fuq l-aħħar tellieqa li saret fl-istess ġurnata kważi 3 sigħat wara. Kundizzjonijiet tat-temp bix-xita u l-bard ma jgħinux, speċjalment fi slow / soft track. Ħassejtni li kontx daqshekk favorit, minħabba l-fatt li l-atleta Malti l-ieħor fil-finali, Luke Bezzina kien kiseb ħin iktar veloċi fil-heats. Kif bdiet it-tellieqa, ħriġt sparat mill-block b'saħħti u ħassejt li kont se ntemm it-tellieqa fuq il-podju sakemm l-atleta Islandiż b'mod impressjonanti għaddieni fl-aħħar ftit. Ħassejt li kont iddiżappunajt lil pajjiżi fejn spiċċajt fir-raba' post iżda kien għad fadal iktar tlielaq x'nieħu sehem fihom. Fit-tieni ġurnata li kienet il-Ħamis kont iktar rilassat, meta tikkunsidra li kont ħadt sehem f 'tellieqa waħda jiġifieri l-heats tal-200 metru. Iżda ridt nagħmilha sal-finali. Il-kurva ma kinitx komda iżda kkwalifikajt f 'ħin ta' 22.20 sekondi li kien l-aħjar ħin personali ġdid għalija. Kollox kien jiddependi mill-finali li kellha ssir is-Sibt flimkien mat-tlielaq tal-4 x 100 metru u l-4 x 400 metru. Waslet il-ġurnata tas-Sibt u minħabba l-fatt li jien kont l-uniku Malti li kkwalifikajt għall-finali tal-200 metru, ridt nagħti l-aħjar tiegħi minħabba li kont naf li stajt nagħmel aħjar. Iżda fil-fatt ma rnexxielix nagħmel dan hekk kif erġajt spiċċajt it-tellieqa fir-4 post u kollox kien jiddependi mir-relays jekk kontx se mmur lura Malta b'midalja jew le. Il-fatt li jiena atleta tal-kurva, ingħatajt it-tielet leg, u aħna (jien, Luke, Rachid, u Andy) temmejna fit-tielet post. Lanqas biss kelli ħin niċċelebra ma' sħabi għax 20 minuta wara kelli nkun fuq l-istarting blocks biex nieħu sehem fit-tellieqa tal-4 x 400 metru. Niftakar lill-fiżjoterapisti ta' Team Malta madwari biex jagħmlu ċert li nirkupra mill-aħħar tellieqa b'mod veloċi kemm jista' jkun kif ukoll diskors ta' motivazzjoni mill-kowċ tiegħi li kien qed jarani mill-istands u jien kont lest biex nitlaq. Ġrejt leg veloċi ħafna u għent lil Malta jiksbu l-ewwel post, iżda rnexxielna nispiċċaw biss fit-tielet post fil-klassifika finali. Però, għallewwel esperjenza tiegħi, li rnexxieli nirbaħ żewġ medalji għal Malta f 'temp ta' nofs siegħa kien l-isbaħ mument ta' ħajti. U ġimagħtejn wara bħala tim nazzjonali tal-atletika kkompetejtu fil-Kampjonati Ewropej tat-Timijiet. Tina iktar dettalji. Hekk hu, f 'dawn il-kampjonati l-aqwa atleta f 'kull avveniment minn kull pajjiż jikkompeti għal pajjiżu u l-punti jingħataw għal kull avveniment u wara jingħaddu flimkien għall-iskor totali. Spiċċajt fl-ewwel post fil-heat tal-100 metru u fit-tieni post fil-heat tal-200 metru u iktar tard irbaħna r-relay tal-4 x 100 metru u spiċċajna fit-tieni post fir-relay tal-4 x 400 metru. L-aħħar kompetizzjoni li ħadt sehem fiha matul din is-sena kienet dik tal-Kampjonati Ewropej ta' taħt it-23 sena fil-Fillandja. Il-kummenti tiegħek. F'dawn il-Kampjonati Ewropej apparti milli kont ninsab mentalment għajjien wara li kont għadni kemm ħadt sehem f 'ħafna tlielaq, kont qed insofri wkoll minn injury fl-adduttur, għalkemm ridt nispiċċa fuq nota tajba fl-istaġun. Itellaq ħdejja kien hemm l-atleta Adam Gamilli li wkoll kien

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013