Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 Ktieb li jippromwovi t-tempji tal-Ġgantija JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt HERITAGE Malta nediet l-ewwel pubblikazzjoni fuq it-tempji tal-Ġgantija, bil-ħsieb li jiġi promoss aktar il-wirt dinji li joffri dan il-pajjiż. Din l-aħħar pubblikazzjoni minn Heritage Malta tinkorpora fiha b'mod ħolistiku diversi aspetti ta' dan il-wirt dinji. Il-ktieb bl-isem "Ġgantija, the oldest free-standing building in the world", ġie ppreżentat lill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo u lis-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali José Herrera. Herrera fisser kif dan ilgvern hu impenjat bis-serjetà biex jaħdem u jippromwovi aktar il-qasam tal-kultura. Il-Ministru Refalo rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Herrera tal-appoġġ sħiħ li dejjem sab minnu biex tissaħħaħ l-identità kulturali għal Għawdex. Dan il-ktieb miktub minn Godwin Vella u ddisinjat minn Daniel Cilia jiġbor fih riċerka minn numru ta' professjonisti f 'diversi oqsma u jkopri l-importanza arkeoloġika ta' dan is-sit. Huwa jkopri wkoll l-influwenza li kellu dan il-monument matul l-istorja twila tiegħu, inkluż l-aspett folkloristiku u dak artistiku fejn numru kbir ta' artisti fil-passat ġew ispirati minn dan il-bini antik. Flimkien ma' kollezzjoni sabiħa ta' ritratti u tpinġijiet tas-sit minn artisti differenti, dan il-ktieb ikopri wkoll l-inizjattivi ta' konservazzjoni li ttieħdu fil-passat u li qegħdin iseħħu bħalissa biex ikompli jitjieb l-preservazzjoni u l-aċċessibbiltà ta' dan il-wirt storiku. Għall-preżentazzjoni ta' dan il-ktieb kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv ta' Heritage Malta, Kenneth Gambin, is-Sindku tax-Xagħra Joe Cordina, u l-Ambaxxatur għal Malta għall-UNESCO Monsinjur Joe Vella Gauci. L-Ambaxxatur sostna kif diġà għaddejjin taħdidiet mad-Direttur Ġenerali tal-UNESCO biex din iżżur is-siti ta' wirt dinji f 'Malta. Huwa sostna wkoll kif bħala ambaxxatur ħa jkun qiegħed jaħdem biex aktar siti Maltin jiġu meqjusa mill-UNESCO bħala wirt dinji. Dan ix-xahar, dan il-proġett innovattiv tal-Ġgantija Heritage Park, li jinkludi kemm il-landscaping talinħawi tat-tempji, kif ukoll il-ħolqien ta' ċentru għallinterpretazzjoni, li ċertament hu l-ewwel wieħed tannatura tiegħu f 'Għawdex, kien ir-rebbieħ tat-tmien edizzjoni ta' "Din l-Art Ħelwa Architectural Heritage Award". Dan il-premju ngħata lillperiti tal-proġett li kienu id-Design Technical Resources. F'din il-kompetizzjoni, blappoġġ tal-kamra tal-Periti Din l-Art Ħelwa toffri premju lill-aktar proġett innovattiv li jkun sar fuq siti ta' wirt nazzjonali. Din is-sena timmarka wkoll l-għaxar anniversarju mittwaqqif ta' Heritage Malta. Konferenza internazzjonali dwar il-fortifikazzjonijiet IL-KUNSILL Lokali ta' Raħal Ġdid din il-ġimgħa organizza seminar u konferenza b'tema ffukata fuq il-wirt kulturali. Ilkonferenza hija parti minn sensiela ta' 'workshops' fuq l-immaniġġjar tal-wirt kulturali, li jindirizzaw speċifikament ilfortifikazzjonijiet u l-ibliet iffortifikati. Numru ta' esperti minn tnax-il pajjiż differenti ltaqgħu f 'Malta sabiex jiddiskutu l-potenzjal ta' dan ilwirt, u kif dawn jistgħu jiġu użati u kkonservati bl-aħjar mod. Flimkien mal-Kunsill ta' Raħal Ġdid, ħadu sehem il-muniċipalità ta' Utrecht flOlanda, il-European Walled Towns u konsulenti mill-UN Global Cities Compact. Il-Professur Paul James ippreżenta l-'cultural assessments' ta' Raħal Ġdid u bliet oħra ffortifikati f 'Malta, bbażati fuq ixxogħol ta' task group Malti li qed jaħdem fuq dawn il-proġetti fuq linji u kriterji tal-istess UN Global Cities compact. F'din il-konferenza, is- sindku Roderick Spiteri ppreżenta d-diversi proġetti infrastrutturali u żvilupp li qed jiġu ppjanati għassnin li ġejjin. B'mod partikolari, il-Kunsill Lokali Paola kkonċentra fuq ilpossibbilitajiet ta' pakkett turistiku li jinkorpora s-sit tal-Ipoġew ta' Ħal-Saflieni, fortifikazzjonijiet u l-ħabs militari ta' Kordin. Il-konferenza ġabret diversi dokumenti minn esperti dwar l-immaniġġjar tal-fortifikazzjonijiet u l-konservazzjoni tagħhom, li ser jiġu ppubblikati. Il-ġabra ta' studji tinkludi wkoll id-diversi proġetti li qed isiru f 'Paola u l-Belt Valletta, skont pjan ta' azzjoni mfassal u ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013