Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 | illum 19 Editorjal I ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt Il-kwistjoni ta' trasparenza u responsabbiltà t-tnejn li għadda filParlament, ħareġ fil-beraħ, dak li konna nafu iżda li qisu ħadd ma jitkellem dwaru. Infatti li ġara hu li kien hemm il-kumitat għall-kontijiet pubbliċi fejn ġie mistoqsi l-kummissjonant taż-żejt George Farrugia. Ikollna nżidu li kieku ma kienx għall-kapaċità tas-Segretarju Parlamentari Owen Bonnici ma kinux joħorġu dawn id-dettalji. Farrugia ġie mitlub biex jagħti rendikont ta' kemm ta rigali jew kontribuzzjonijiet lill-uffiċċjali tal-EneMalta u kif ukoll politiċi. Rigali li ma kinux miżeri – anzi ta' ċertu valur. Il-lista u l-figuri li ġew preżentati kienu xokkanti iżda mhux sorprendenti. Dan il-għaliex, ilkoll nafu li din il-kultura ta' rigali hija parti millkultura Maltija. Ħadd ma jagħti xejn għal xejn, tant hu hekk li n-nies li jingħataw rigali jkunu ħafna drabi konnessi max-xogħol. F'dan il-każ kienu jew uffiċjali għolja tal-EneMalta jew inkella ċermenijiet. L-obbligazzjonijiet fil-ħajja mhumiex immaġinarji. Iżda li huwa ċert li George Farrugia għażel bir-reqqa lil min ser jagħti rigal u fil-każ ta' politiku lil min. Dan kollu juri b'liema mod il-kultura tar-rigali mhijiex regolata u wisq aktar qisu hemm aċċettazzjoni għal dan l-istil ta' pjaċiri. Joħroġ ukoll ċar li d-donazzjonijiet lill-politiċi hija xi ħaġa normali li b'ebda mod mhi rregolata. Dawn l-eżempji kollha jkomplu jikkonfermaw il-bżonn ta' regoli ċari ta' kif għandhom ikunu regolati l-politiċi u l-uffiċjali pubbliċi. Din il-gazzetta għalhekk qed tissuġerrixxi li: 1) il-politiċi kollha jżommu djarju ma' min iltaqgħu u kif ukoll dwar liema suġġett u li dan id-djarju jkun aċċessibbli għalliskrutinju. 2) Li l-għoti ta' rigali jkun projbit għal ċertu grupp ta' nies u li fil-każ ta' ħaddieħor ir-rigali fuq ċertu ammont ikun projbit jew inkella rrid jiġi ddikjarat. 3) Li kunflitti ta' interess mhux biss ikunu ddikkjarati iżda jagħmluha impossibbli li persuna jkun f'pożizzjoni li joħloq kunflitt t'interess għalih jew għall-entità. Wasal iż-żmien li minn dan l-episodju nitgħallmu u nieħdu azzjoni kif huwa xieraq f'demokrazija li titlob aktar trasparenza u responsabbiltà.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013