Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

6 illum | Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 Kulħadd qed jistenna l-Prietka tat-Tifel JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt LEJLET il-Milied tispikka t-tradizzjoni tal-prietka tat-tifel, li ssir fil-knejjes waqt il-quddiesa ta' nofsilejl. Tradizzjoni ħelwa li ilha għaddejja snin twal u li tkun mistennija minn bosta. Matul dawn l-aħħar xhur, numru ta' tfal minn parroċċi differenti għaddew ħinijiet twal jippreperaw biex fil-lejl tal-Milied jagħmlu l-prietka tagħhom. Din it-tradizzjoni tmur lura sal-1884 meta ċertu Ġorġ Sapiano, li dak iż-żmien kellu 10 snin, kien għamel prietka tal-Milied f 'Ħal-Luqa. Illum il-ġurnata, kull parroċċa u anke, kważi, kull knisja jew kappella jkollha l-prietka tal-Milied tagħha. Għalkemm il-prietka, tradizzjonalment, kienet issir mis-subien, matul dawn l-aħħar snin rajna diversi bniet jagħmluha wkoll. Huwa mument li fih kull min ikun fil-knisja jieqaf biex jisma' t-tfal jirrakkontaw il-ġrajja tal-Milied jew xi ħsibijiet relatati ma' din il-festa. Fl-imgħoddi, it-tifel kien joħroġ minn wara l-artal il-maġġur jew mis-sagristija akkumpanjat minn żewġ abbatini. Kien isellem issagrament u liċ-ċelebrant u wara jitla' fuq il-pulptu. L-abbatini jkollhom gandlier bix-xemgħa tixgħel. Meta jitla' fuq il-pulptu minn wara jitla' min għallem il-prietka u joqgħod fuq it-taraġ biex jekk dan it-tifel jinsa xi ħaġa jgħinu fil-pront. Meta t-tifel jasal fuq il-pulptu jsellem lil dawk preżenti u jibda bil-kliem b'ilsien Latin. Dejjem l-istess frażi: Annuntio Vobis Gaudium Magnun, li tfisser 'Se nagħtikom aħbar ta' ferħ kbir.' Ix-xjuħ tal-lokalità kienu jkunu fuq ix-xwiek biex jisimgħu din il-prietka. Anke l-qraba tat-tifel ikollhom ċertu ħerqa għal din il-prietka. Hemm drawwa, għallinqas f 'ċertu parroċċi, li wara l-prietka u l-quddiesa ta' nofsilejl it-tifel jissejjaħ mill-kappillan u jiġi mogħti rigal speċjali. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Franġiskan Konventwali Fra Etienne Gilson, li fisser kif dan iż-żmien huwa wieħed eċitanti. "Aħna nagħmlu l-velja bl-uffiċċju tal-qari u bejn salm u ieħor indoqqu kanzunetta talMilied. Għal din is-sena ser ikollna kor magħmul mit-tfal u wara żewġ subien li huma wkoll abbatini ser jagħmlu l-prietka forma ta' diskussjoni. Fil-fatt, il-prietka tat-tifel talknisja tal-Franġiskani f 'Birkirkara, ser issir f 'forma ta' diskussjoni minn żewġt itfal li ilhom ġimgħat sħaħ jitgħallmu l-prietka." Fra Gilson qal li kemm Kyle Buttigieg ta' 9 snin u Jerome Scerri ta' 8 snin, ser jirrakkontaw it-twelid ta' Kristu Ġesù b'mod differenti. "Jerome se jirrakkonta dak li tgħallem In-Ninni la tibkix iżjed Il-Benniena ta' Ġesù Bambin jew, kif inhi magħrufa, in-'Ninni la Tibkix Iżjed', hija għanja mill-aktar magħrufa fost il-Maltin. Inkitbet fl-1846 mill-patri Ġiżwita Indri Schembri. Meta kitibha, dalpatri minn Ħal Luqa kien fl-Alġeri u kitibha għal dawk il-Maltin li kienu emigraw lejn Tuneż. Saret popolari mindu bdiet titkanta filpurċissjonijiet tal-Milied. Ta' min jgħid li n-'Ninni' anke nqalbet bit-Taljan u titkanta fl-Italja. "Ninni la tibkix iżjed ninni Ġesù Bambin Indri Schembri, l-awtur tal-għanja Ħallih għalina l-biki għax aħna midinbin." Waħda mit-tradizzjonijiet ta' lejlet il-Millied tibqa' bla dubju l-Prietka tat-tifel fil-M.U.S.E.U.M. dwar ilMilied u Kyle ser jitkellem ma' Jerome dwar il-presepju u San Franġisk." Il-velja tal-Milied talKnisja tal-Franġiskani Konventwali ta' San Franġisk f 'Birkirkara tibda fil-11pm u wara tkun iċċelebrata l-quddiesa mill-Gwardjan Patri William Bartolo bissehem tal-komunità. Il-Barka tal-Papa bil-Malti Nhar il-Milied filgħodu, ħafna Maltin bħal miljuni oħra madwar id-dinja, isegwu l-barka Urbi et Orbi li l-Papa jagħti linnazzjonijiet kollha. Din il-barka bdiet tiġbed iktar interess mill-Milied tal-1980 'l hawn għax minn dik issena l-Papa Ġwanni Pawlu II beda jagħti l-awguri tiegħu wkoll bl-ilsien Malti. Din is-sena ser tkun l-ewwel darba li l-barka jagħtiha l-Papa ġdid, il-Papa li hu maħbub minn kulħadd Papa Franġisku. Il-Papa Franġisku, il-bniedem tas-sena 2013 skont Time Magazine

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013