Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 | illum 15 Ritratt: Ray Attard l li jelimina l-faqar" awtomatikament jiffukaw iktar fuq ix-xogħol tagħhom. "Jekk tiżdied il-paga minima, il-Gvern ikun qiegħed jibgħat messaġġ ċar li s-sostennibilità tal-familji f 'dan il-livell huwa importanti daqs dak ta' familji li qegħdin f 'sitwazzjonijiet oħrajn." McKay qal li dan il-baġit kien wieħed pożittiv, iżda xorta waħda kien hemm nuqqas ta' għajnuna diretta għal dawk li qegħdin fuq il-paga minima. "Il-paga minima mhijiex biżżejjed biex tlaħħaq mal-affarijiet essenzjali" "Mela biex naqqasna t-taxxa minn 32% għal 29% għal dawk li jaqilgħu paga sostanzjali sibna flus, imma mbagħad għal min qiegħed fuq il-paga minima noqogħdu lura u qisna dejjem insibu l-iskuża li ser tikkrolla s-sistema ekonomika." L-irwol tal-istat biex jelimina l-faqar Ħafna drabi n-nies li jgħixu filfaqar qegħdin jirrikorru għand l-Għaqdiet mhux Governattivi (NGOs) u l-Knisja sabiex jitolbu l-għajnuna, sostna McKay. "Madankollu, huwa l-istat li għandu l-irwol li jelimina l-faqar. Il-Malta Community Chest Fund, il-Knisja u l-NGOs huma forċini żejda għal dak li jagħmel l-istat. L-NGOs mhux l-irwol tagħhom sabiex jeliminaw il-faqar. Però jekk hemm persuna li qed tgħix f 'sitwazzjoni ta' faqar, għandna bosta entitajiet fejn tista' ssib l-għajnuna, bħal ngħidu aħna l-Caritas."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013