Illum previous editions

illum 20 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

0.90 20 ta' April 2014 • Nr 392 Il-poplu mhux jifhem lill-PN Paġna 13 Paġni 14,15 NEWSPAPER POST Tel: 2122 3999 THE FXB SPRING SALE IS NOW ON! MON - FRI 9am - 7pm SAT - 9am - 1pm PARKING AVAILABLE 60% ta' SmartCity diġà meħud FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt SKONT il-Kap Eżekuttiv ta' SmartCity Malta Anthony P. Tabone 60% tal-proġett mibni s'issa fi SmartCity huwa meħud minn numru ta' kumpaniji li bħalissa jinsabu fi stadju ta' preparamenti sabiex jidħlu u jibdew l-operat tagħhom fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Dan qalu waqt intervista esklussiva ma' ILLUM. Il-proġett SmartCity Malta kien varat b'ħafna pompa fis-sena 2007 bħala l-akbar investiment li qatt sar f 'Malta. Investiment li kien jikkumplimenta l-potenzjal ta' Malta li tkun żviluppata f 'ċentru reġjonali ta' eċċellenza, primarjament fis-settur tat-teknoloġija tal- informatika, bil-ħsieb ukoll li numru ta' kumpaniji lokali u internazzjonali jibdew joperaw minn dan il- post. Illum hemm żewġ blokok li huma lesti kif ukoll laguna sabiħa li nfetħet għal pubbliku fil-ġimgħat li għaddew. Il-Kap Eżekuttiv ikkonferma li matul l-aħħar xhur kien hemm interess qawwi fil-proġett u numru ta' kumpaniji bħalissa qed ilestu l-istrutturi minn ġewwa skont ħtiġijiethom. Dan se jwassal għal ammont ta' mpjiegi għall-ħaddiema li dalwaqt se jkunu qed jaħdmu propju ġo SmartCity Malta. Tabone żied li sa l-aħħar tas-sena, SmartCity Malta se jkun post mimli attività u fost il-kumpaniji li hemm konfermati nsibu lil Cisco, Hewlett Packard, Global College, Heritage International Funds, TMF Ltd, FTIAS, STK Telecom, AMMO City u oħrajn li se jitħabbru fiż- żmien qarib hekk kif ikunu ffirmati l-kuntratti. Mistoqsi jekk b'dawn il-kumpaniji msemmija l-proġett hux se jibqa' ffukat speċifikament fuq it- teknoloġija tal-informatika, Tabone kkonferma li l-kunċett fundamentali ta SmartCity jibqa' s-servizz infrastrutturali pprovdut lill- klijenti li jkunu qed joperaw minn SmartCity. Sostna li s-servizz tat-teknoloġija tal- informatika pprovdut diġà ġo SmartCity Malta huwa servizz mgħammar b'network li investew ħafna flus fih. Ikompli f'paġna 6 Ikompli f'paġna 4 kumpaniji li bħalissa jinsabu u internazzjonali jibdew joperaw minn dan il- post. Illum żewġ blokok li huma lesti kif ukoll laguna sabiħa li nfetħet Intervista ma' Justyne Caruana Rakkonti dwar l-AirMalta, 40 sena wara L-AirMalta operat l-ewwel titjira tagħha 40 sena ilu. ILLUM attenda għaċ-ċerimonja li saret biex jitfakkar dan l-avveniment u tkellem ma' xi membri tal-ekwipaġġ li kienu xogħol dakinhar FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt DIN il-ġimgħa l-linja nazzjonali tal-ajru AirMalta ċċelebrat l-40 sena minn meta operat l-ewwel żewġ titjiriet tagħha bi skeda. Dawn it-titjiriet kienu lejn l-ajruporti ta' Fiumicino f 'Ruma u Heathrow f 'Londra rispettivament. Iċ-ċelebrazzjoni tat-tifkira saret ġewwa l-mitjar ta' Ħal Luqa, propju fil- hanger ta' manutenzjoni tal-ajruplani tal-AirMalta. Iċ-ċelebrazzjoni bdiet bil-wasla f 'Malta ta' ajruplan Airbus A320 li nżebagħ apposta bil-kuluri oriġinali tal-ewwel ajruplani li kellha l-AirMalta, il-Boeing 720b. L-Airmalta bdiet l-operat tagħha propju bil-kiri ta' żewġ ajruplani mingħand il-linja tal-ajru Pakistana, il-PIA. L-ajruplani Boeing 720b kienu nkrew b'ekwipaġġ ta' piloti u inġiniera Pakistani filwaqt li fil-kabina mal-passiġġieri kien hemm ekwipaġġ Malti. L-inawgurazzjoni tal-AirMalta, 40 sena ilu Il-laguna ta' SmartCity li nfetħet għall-pubbliku fil-ġimgħat li għaddew

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 April 2014