Illum previous editions

illum 20 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 20 ta' April 2014 SPORTSillum FUQ fomm kulħadd f 'dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm it-tim nazzjonali tal-waterpolo li kiseb riżultati mill-aqwa f 'diversi kompetizzjonijiet li ħa sehem fihom taħt it-tmexxija għaqlija tal-kowċ nazzjonali, Karl Izzo mgħejjun mill- assistent tiegħu Anthony Farrugia iktar magħruf bħala l-'Panelli'. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet huwa temm fit-tieni post biex kiseb il-midalja tal- fidda fil-Kampjonati tal- Commonwealth li saru f 'Aberdeen fl-iSkozja fejn fil-finali tilef bl-iskor ta' 16-9 kontra l-Ingilterra. L-iskwadra kienet komposta minn plejers tat-tliet timijiet prinċipali fil-kampjonat Malti, jiġifieri Neptunes, San Ġiljan u Sliema. Dan il-ġurnal iltaqa' ma' Karl Izzo fejn bħalma jagħmel dejjem tana stampa dettaljata ta' x'għadda minnu t-tim nazzjonali tal-waterpolo fl- iSkozja ġurnata b'ġurnata kif ukoll x'fisser dan ir-riżultat ferm prestiġjuż għall-istess tim immexxi minnu u minn Farrugia. "L-ewwwl logħba kienet is-Sibt kontra t-tim b'saħħtu ta' New Zealand - tim li riċentament ħa sehem fil- kampjonati tad-dinja li saru ġewwa Barcelona fis-sajf tal-2013. Kienet logħba importanti u deċiżiva kontra tim li ftit kelli informazzjoni fuqu. Kien tim fiżiku ħafna u mħarreġ sew peress li kienu ġejjin minn għaxart ijiem ta' preparazzjoni l-Ungerija. It-tim tiegħi kien konċentrat ħafna u konxju bl-importanza ta' din il-logħba, nazzarda ngħid li kienet l-aqwa logħba tagħna f 'din il kompetizzjoni u ħriġna rebbieħa meritatament 17-9. Barra minn hekk kieku ma rrillassajniex ruħna fl-aħħar sessjoni r-rebħa kienet tkun iktar konvinċenti. F'din il- logħba lagħbu t-13-il plejer kollha inkluż il-goalkeeper ta' riżerva Dean Camilleri. Protagonista ta' din il-logħba kien ix-xellugi tagħna Matthew Zammit li skorja sitt gowls. L-għada l-Ħadd, lgħabna kontra l-home team li għamel progress kbir – l-iSkozja. Wara bidu pjuttost kwiet it-tim tiegħi rnexxielu juri s-supremazija tiegħu b'wirja eċċezzjonali speċjalment lejn l-aħħar tal-partita. F'din il-logħba bla dubju l-aqwa plejers kienu s-surmast captain Niki Lanzon li skorja sitt gowls u l-all rounder Jordan Camilleri li skorja xejn inqas minn ħames gowls. L-għada kien imissna kontra t-tim żagħżugħ u veloċi tas- Singapore - tim li ftit li xejn kelli informazzjoni fuqu ħlief għaż-żewġ logħbiet li rajthom jilagħbu fil-jumejn ta' qabel. Wara bidu kwiet ikkaratterizzat minn diversi żbalji fl-attakk irnexxielna nispiċċaw rebbieħa komdi bl-iskor ta' 18-8. Bħaż- żewġ logħbiet ta' qabel hawn utilizzajt il-plejers kollha u l-protagonisti din id-darba kienu Matthew Zammit b'5 gowls, Jerome Gabarretta u Michele Stellini b'4 gowls u prestazzjoni eċċellenti. It-Tlieta kienet logħba deċiżiva għall-midalja peress li rebħa kontra t-tim qawwi ħafna bi plejers ta' statura twila u b'saħħithom tal-Afrika ta' Isfel kienet teħodna dritt fil-finali tas-Sibt. Kienet l-iktar logħba iebsa u dan irrifletta fir-riżultat finali ta' 9-8 li rnexxielna nakkwistaw b'diffikultà kbira u bqajna sal-aħħar sekondi tal-logħba biex ikkonfermajna r-rebħ tal-punti. Ta' min isemmi hawn il-logħba fenomenali li kellu l-goalkeeper Alan Borg Cole li bis-saves tiegħu żammna fil- logħba fil-mumenti kruċjali. Protagonista ta' din il-logħba kien Michele Stellini b'4 gowls kif ukoll Matthew Zammit bi 3 u wkoll Jordan Camilleri li anki jekk skorja biss gowl wieħed huwa flimkien mas-solitu Niki Lanzon kienu effettivi ħafna fid-difiża tagħna u mexxew lit-tim f 'mumenti diffiċli. B'din ir-rebħa aħna kkwalifikajna awtomatikament għall-finali tas-Sibt u l-objettiv tagħna ta' midalja kien diġà milqugħ. Il-5 logħba kienet dik kontra l-aktar tim dgħajjef fl-opinjoni tiegħi - Wales. Hawn iddeċidejt li nagħti ħafna mistrieħ lill-plejers li tant lagħbu fil- logħbiet preċedenti bħal Niki Lanzon, Matthew Zammit, Jordan Camilleri, Mark Meli u Michele Stellini. Iżda l-plejers li lagħbu flokhom bħal Alex Attard, Dino Zammit u John Brownrigg lagħbu logħba tajba ħafna u dan irrifletta fir-riżultat finali ta' 25-12 - apparti s-solitu Matthew Zammit, li wkoll spiċċa bħala l-aqwa skorer tat- tournament, u li f 'din il-logħba skorja 7 goals. Iddistingwew ruħhom ukoll Michele Stellini b'4 gowls, Jordan Camilleri b'5, l-iżgħar plejer fl-iskwadra Dino Zammit bi 3 u anki Timmy Sullivan bi 2. Ta' min jgħid li ż-żagħżugħ Dino Zammit u Alex Attard lagħbu b'kunfidenza u kkonfermaw li huma plejers utli ħafna għal dan it-tim u anki għall-futur qarib. Nhar il-Ġimgħa kellna l-ewwel logħba minn 2 kontra t-tim b'saħħtu ħafna tal- Ingilterra - l-istess tim li għandu plejers jilagħbu kemm fil-Kampjonat Franċiż kif ukoll dak Spanjol. Ta' min ifakkar li 10 mit-13-il plejer inklużi f 'din l-iskwadra ffurmaw parti mit-tim tal-Gran Brittanja li ħa sehem fl-Olimpjadi ta' Londra fl-2012. Ta' min jgħid ukoll li dan it-tim kellu għajnuna finanzjarja kbira għal din il-parteċipazzjoni. Kienet logħba diffiċli ħafna kemm psikoloġikament kif ukoll fiżikament peress li l-plejers kienu qed jilagħbu s-6 logħba tagħhom u bdiet tidher evidenti l-għejja. Batejna ħafna biex niskurjaw u l-iskor finali ta' 10-3 juri s-supremazija tat- tim Ingliż. L-għada s-Sibt kienet l-aħħar ġurnata u l-ġurnata tal-finali kontra l-istess Ingliżi. Ippruvajt naħdem psikoloġikament fuq it-tim tiegħi wara t-telfa tal- Ġimgħa. Kien jum importanti ħafna għalina kollha, u għall- waterpolo Malti. Il-pixxina kienet mimlija daqs bajda u kellna wkoll appoġġ Malti ta' familjari li waslu Aberdeen għal dawn il-logħbiet importanti. Kien ukoll sabiħ u ta' pjaċir li tara xi 30 Malti li joqogħdu l-iSkozja li jiġu jagħtu l-appoġġ lit-tim tiegħi. Il-bidu tal-logħba kien wieħed diffiċli u morna 5-1 minn taħt, kompliċi r-refereeing naħa waħda favur l-Ingliżi b'5 Man-Ups kontra x-xejn tagħna li wasslu għal 5 gowls li qatgħulna ħafna mit-tama tar-rebħ finali. It-tim ta li seta' imma l-oppożizzjoni kienet superjuri. Hawn iktar minn qatt qabel inħass il-vojt ta' Stevie Camilleri li seta' tana ħafna f 'din il-logħba kruċjali. L-aqwa plejer f 'din il-logħba kien Jordan Camilleri bi 3 gowls u prestazzjoni tajba ħafna. L-iskor finali ta' 16-9 ma jirriflettix l-andament totali tal-logħba u kont sodisfatt bl-impenn li taw f 'din il-finali l-plejers kollha tiegħi – it-13 li huma li kollha f 'xi ħin jew ieħor lagħbu f 'din il-finali. Kien riżultat prestiġjuż li jagħmel unur mhux biss lill- waterpolo imma wkoll lill- isport Malti kollu. Ikolli ngħid li dan huwa mument storiku għall-waterpolo Malti. Minn qalbi nixtieq nirringrazzja fuq kulħadd lill-President, Joe Caruana Curran tax- xogħol kbir li qed jagħmel għal waterpolo u għat-Tim Nazzjonali, għall-opportunità li tana biex nieħdu sehem f 'kompetizzjoni prestiġjuża bħal din, lis-Segretarju Marco Manara li ħadem ukoll biex din il-ħolma ssir realtà, kif ukoll lill-Eżekuttiv tal-ASA kollu. Nixtieq ngħid grazzi u nuri apprezzament minn qalbi lill-assistent tiegħi Anthony Farrugia għax- xogħol importanti li jagħmel u għall-irwol tiegħu f 'dan is-suċċess, lill-kowċ tal- goalkeepers Adrian Cachia, lill-fiżjoterapista Andrew Cole li ma waqafx jara li l-plejers ikunu fl aqwa kundizzjoni possibbli għal-logħbiet diffiċli li affrontajna u l-aħħar u mhux l-anqas lill-plejers kollha ta' dan it-tim li flimkien jiffurmaw grupp speċjali u eċċellenti li ddedikaw ħafna ħin biex fl-aħħar irnexxielna nwettqu l-ħolma tagħna ta' midalja f 'dawn il-logħob. Ta' min jgħid li dawn il-plejers mhux biss ma jitħallsux biex jipparteċipaw mat-tim nazzjonali imma saħansitra jieħdu mil-leave tagħhom personali sabiex ikunu jistgħu jsiefru. Grazzi minn qalbi!" "Dan huwa mument storiku għall- waterpolo Malti" – Karl Izzo Il-plejers tat-tim nazzjonali tal-waterpolo bil-midalja tal-dda wara li temmew t-tieni post l-Kampjonati tal-Commonwealth f 'Aberdeen, l-iSkozja Il-plejers tat-tim nazzjonali tal- waterpolo li rrappreżentaw lil Malta -iSkozja 1 Alan Borg Cole (Neptunes) 2 Niki Lanzon (Neptunes) Captain 3 Jerome Gabarretta (Sliema) 4 Michele Stellini (Neptunes) 5 Mark Meli (Sliema) 6 Matthew Zammit (San Ġiljan) 7 Alexander Attard (Sliema) 8 Jordan Camilleri (Neptunes) 9 John Brownrigg (Sliema) Viċi-Captain 10 Timothy Sullivan (Sliema) 11 Clint Mercieca (Neptunes) 12 Dino Zammit (San Ġiljan) 13 Dean Camilleri (San Ġiljan)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 April 2014