Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227
Il-Ħadd 20 ta' April 2014 | illum 17 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri L-unjoni ċivili u l-firda interna PAUL GAUCI GŻIRA DIN il-ġimgħa l-parlament Malti approva l-liġi dwar l-unjoni ċivili għal koppji tal- istess sess. Il-gvern Laburista kif kien mistenni vvota favur din il-liġi. Liġi li kienet waħda mill- wegħdiet prinċipali tiegħu fil-manifest elettorali. Minn naħa l-oħra l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ddeċidiet li ma tippermettix free vote. Id-deputati Nazzjonalisti astjenew kollha. Ir-raġuni li ngħatat kienet li din il-liġi kienet tinkludi klawżoli dwar l-adozzjoni tat-tfal minn koppji tal-istess sess. Jidher li kien hemm diversi membri tal-Oppożizzjoni li kienu assolutament kontra li koppji tal-istess sess jitpoġġew fuq l-istess livell ta' koppji eterosesswali f 'dak li għandu x'jaqsam mal-adozzjoni. Hawnhekk irridu nagħmluha ċara li b'din il-liġi ħadd ma ngħata dritt awtomatiku li jadotta. Din il-liġi tagħti dritt lil koppji omosesswali li japplikaw biex jadottaw. Dawn il-koppji xorta waħda ser ikollhom jgħaddu mill-istess skrutinju li jgħaddu minnhom koppji oħrajn biex jadottaw. Fl-istess seduta ġiet approvata unanimament emenda kostituzzjonali li biha d-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali saret illegali. L-oppożizzjoni Nazzjonalista vvutat favur din l-emenda li wara kollox kienet parti mill-programm elettorali tagħhom. Però meta ġew għall-ewwel test li fih setgħu juru jekk humiex favur jew kontra l-ugwaljanza ddeċidew li jaħslu jdejhom bħal Pilatu u jastjenu. Din kienet l-agħar għażla li setgħu jagħmlu għax b'din id-deċizjoni wrew li ma kinux lesti li jaċċettaw opinjonijiet differenti fi ħdan il-grupp parlamentari u wrew li għalihom l-ugwaljanza hija kunċett li tista' taqbel jew ma taqbilx miegħu skont il-każ. Il-Prim Ministru minn naħa l-oħra ħa pożizzjoni favur ugwaljanza sħiħa fuq kull livell u rnexxielu jwettaq wegħda oħra importanti mill- programm elettorali tiegħu. Għal Partit Nazzjonalista dan kien suġġett li reġa' espona d-diffikultà li għandu l-partit biex fuq kwistjonijiet soċjali jżomm lil forzi konservattivi u liberali li jimmilitaw fi ħdanu magħqudin. Din l-istess diffikultà kienet dehret kważi 3 snin ilu fil-vot dwar il-liġi tad-divorzju. Id-differenza hi li minn dakinhar il-partit Nazzjonalista għamel pass lura għax flok iddeċieda li jagħti free vote bħalma kien sar fuq il-liġi tad-divorzju ddeċieda li jobbliga lid-deputati kollha tiegħu li jastjenu fil-votazzjoni. Fi kliem sempliċi ppruvaw jintgħoġbu ma' kulħadd u spiċċaw jiġu kkritikati minn kulħadd. B'dan il-mod diversi membri fi ħdan il-partit Nazzjonalista li kienu favur din il-liġi spiċċaw ġew imsikkta. Din id- deċiżjoni ser taffettwa ħażin lil partit Nazzjonalista għax wara li ttieħed dan il-vot hemm sezzjoni ta' nies li m'huma qatt aktar ser iħossuhom komdi li jappoġġjaw lil PN. Kandidati tal-partit Nazzjonalista bħal Jonathan Shaw li tkellem pubblikament favur l-ugwaljanza u drittijiet indaqs mhux ser jirnexxielhom jiksbu appoġġ wiesa' mill-komunità LGBT Maltija għax in-nies fl-aħħar mill-aħħar ser jiftakru l-azzjonijiet tal-partit u mhux l-opinjonijiet individwali tal-kandidati. Hija ħasra li deċiżjoni żbaljata tal-partit Nazzjonalista se taffettwa ħażin lil kandidati liberali li se jikkontestaw issa jew fl- elezzjonijiet futuri f 'ismu. Dan kollu juri wkoll li l-esperjenza qarsa li kellu l-PN fil-parlament bejn l-2010 u l-2012 għadha ma ntesietx. Il- PN qed jibża' li jerġa' jkollu xi backbenchers ribelli li jivvotaw kontra d-deċizjoni tal-whip parlamentari tagħhom stess. Jew inkella qiegħed jibża' li jerġa' jidher qisu partit mifrud. Però ma rrealizzawx li opinjonijiet diversi fi ħdan l-istess partit jistgħu jsaħħu lil partit aktar milli jdgħajfuh. Bl- astensjoni tagħhom il-membri tal-grupp parlamentari Nazzjonalista wrew li beżgħu jieħdu pożizzjoni ċara. Tilfu l-kredibbiltà tagħhom mal- komunità LGBT Maltija u wrew li għad għandhom firdiet interni fi ħdanhom fuq kwistjonijiet soċjali. Il-partit Nazzjonalista għandu bżonn li jindirizza dawn il-problemi interni li għandu. L-eżerċizzju li sar wara t-telfa tas-sena l-oħra donnu mhux komplut jew inkella ma sarx sew. Simon Busuttil għandu jipprova jifhem aħjar ir-realtajiet tal-lum u jagħti direzzjoni ċara lil partit tiegħu. Bil-vot ta' nhar it-Tnejn li għadda l-unika ħaġa li għamel kienet li jagħti impressjoni li fuq kwistjonijiet bħal dawn il- partit Nazzjonalista jippreferi joqgħod gallarija u ma jiħux pożizzjoni. Ħames Minuti ma' Arthur Caruana ARTHUR CARUANA – preżentatur tar-radju u ta' avvenimenti lokali. Magħruf għall-vuċi partikolari tiegħu. Għandu 32 sena u twieled u trabba l-Birgu. Ir-radju huwa xi ħaġa li llum jagħmel parti minnu u ma jimmaġinax lilu nnifsu mingħajru. X'tiftakar minn tfulitek? Ma niftakarx wisq episodji għalkemm li niftakar huwa li kelli tfulija sempliċi, familja magħquda fejn l-għaqda kienet li dejjem żammitna kuntenti u waslet biex ikun hemm anke element ta' ħbiberija bejn l-aħwa u l-ġenituri. Nemmen li minkejja wieħed jista' jiftakar ftit mit-tfulija, it-tfulija nnifisha tibqa' tidher fil-persuna anke meta tkun adulta u dak li tkun irċevejt meta tkun żgħir tibqa' tgawdi l-frott tiegħu anke meta tikber. Qatt għamilt xi ġennata tat- tfulija? Ħafna mill-ftit li niftakar mit-tfulija huma każijiet li għadhom jiġu rrakkontati sal- lum il-ġurnata. Każ minnhom huwa meta kont żghir ħafna u daħħalt turnavit fil-booster tat-tv u ommi ħadet waħda mill-akbar qtajja ta' ħajjitha meta wara ftit ħin skopriet li ħadt xokk elettriku li seta' kellu konsegwenzi ferm iżjed serji. X'ifisser il-Birgu għalik? Minkejja li llum il-ġurnata ftit fadalli ħin biex inqattgħu fil-post fejn trabbejt u kbirt, minħabba ħafna sigħat ta' xogħol, il-Birgu jibqa' dejjem meqjus f 'qalbi bħala l-post li fih trabbejt, kbirt u għamilni dak li jien illum. Kuntent li qed ngħix f 'ġenerazzjoni li matulha rajt bidliet progressivi f 'dan il- lokal li bidlu anke l-perspettiva ta' xi wħud ta' kif għandu jiġi kkunsidrat dan il-post fuq skala nazzjonali. Kif bdejt fuq ir-radju? Ir-radju f 'ħajti beda b'ħolma li kont naraha impossibbli. Inħares lura u niftakar li l-veru bidu tiegħi kien dak il-mument li sal-lum għadni niftakar sew meta ta' tifel u kont nirrekordja lili nnifsi fuq cassette recorders taparsi qed nippreżenta xi programm. X'inhu dak li jsaħħrek fuq ir-radju? Ma nafx nispjega s-sensazzjoni però ċert li Arthur mingħajr ir-radju f 'ħajtu qatt ma jista' jkun Arthur komplut. Min hu l-idolu tiegħek? Diffiċli niġi nfluwenzat daqstant biex insemmilek xi ismijiet. Hawn ħafna nies li nammira però l-iżjed ħaġa fost kollox li tħalli impatt tajjeb miegħi mhix biss l-abbiltà ta' persuna iżda l-umiltà f 'persuna li tkun għamlet suċċess. Liema ġeneru ta' mużika jogħġbok l-aktar? Nemmen li jogħġobni kull stil mużikali għax nemmen li kull stil għandu ħin x'ħin għandu jindaqq però nammetti ngħid li s-soft rock jibqa' dak l-aktar favorit u biex niġi spirat, trid verament tolqotni anke l-lirika. Temmen li l-mużika Maltija miexja 'l quddiem? M'hemmx dubju. Meta tisma' r-radju u tinnota li persentaġġ sostanzjali tad-diski li jindaqqu regolarment huma diski ta' kantanti Maltin tikkonferma kemm żviluppa t-talent Malti anke f 'dak li huwa ħoss mużikali. Kuntent bil-fatt li persuna m'għadhiex tiskanta li band hija Maltija meta tisma' diska ta' xi band lokali. Għad narawk b'xi programm televiżiv? Qatt ma ngħid qatt però mhix xi ħaġa li noħlom fuqha. Ir-radju jibqa' l-akbar imħabba f 'ħajti. Kemm int midħla ta' mezzi soċjali bħal Facebook? Nagħmel użu regolari minn dan is-social network u nemmen li diffiċli ma jkollokx illum il-ġurnata speċjalment għax-xogħol tiegħi li permezz tiegħu nżomm kuntatt dirett man-nies. Mill-banda l-oħra nammira ħafna lil min ma jħossx il-ħtieġa li jużah bħali u bħal ta' ħafna oħrajn. L-importanza tal-flus f 'ħajtek? Nammetti ngħid li huma importanti u llum iżjed minn qatt qabel għax ħafna drabi l-flus jiddeterminaw il-lifestyle ta' bniedem però konxju ħafna mill-fatt li għandi kemm għandi u jkolli kemm ikolli jien irrid nibqa' saqajja mal-art, nuża flusi sew u naddatta ruħi għal dak li jien inkun verament naffordja. Jekk taqbad ajruplan fejn tagħżel li tmur l-ewwel? Blackforest fil-Ġermanja. Jidher li ħafna Maltin qed iżuru dan il-post u ħafna jgħidu kemm huwa pajjiż pittoresk. Il-post ta' rilassament ideali għalik? Mistoqsija tajba! Naħseb għandi bżonn niskopri dan il-post.