Illum previous editions

illum 20 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 20 ta' April 2014 | illum 33 SPORTSillum Weightlifters Maltin f 'San Marino ILĦAMIS 24 ta' April, tim magħżul mill- Assoċjazzjoni Maltija tal- Weightlifting se jħalli Malta għal San Marino sabiex jirrappreżenta lil pajjiżna fit-Tournament Ewropew għal Nazzjonijiet Żgħar. Żgur li l-fatt li t-tim Malti rebaħ il-midalja tal-fidda fl-aħħar sentejn iħalli ċertu pressjoni fuq in- nazzjonijiet li se jikkompetu fosthom l-istat li se jkun qed jorganizza dan it- tournament, San Marino kif ukoll Ċipru, l-Islanda , Monaco u l-Lussemburgu. It-tim Malti se jikkompeti wkoll fl-Open ta' San Marino kontra l-Ġermanja, Wales, il-Kroazja, is-Slovenja, il-Bosnia u Ħerzegovina, l-Isvizzera, l-Iżrael, il-Belġju u l-Italja. It-tim nazzjonali Malti, f 'din il-kompetizzjoni, se jkun magħmul minn Noel Coleiro, Rodmar Pulis u Jovan Reljic - it- tlieta li huma għandhom esperjenza estensiva fix-xena internazzjonali. Inklużi wkoll se jkun hemm l-iżgħar atleta fit-tim, Kieran Mifsud ta' 14-il sena, li huwa atleta promettenti ħafna. Il-kap tad-delegazzjoni kif ukoll kowċ nazzjonali, Jesmond Caruana, se jkun qed imexxi lit-tim, filwaqt li Ramona Borg ġiet magħżula sabiex tkun uffiċjal tekniku tal- kompetizzjoni. Minbarra l-fatt li t-tim Malti qed jiddefendi l-midalja tal- fidda tiegħu mis-sena preċedenti, l-avveniment għandu importanza akbar peress li jservi wkoll bħala kwalifikazzjoni għal-Logħob tal-Commonwealth, li se jsiru fi Glasgow aktar tard din is-sena. Minbarra dan, Stephen Borg se jitlaq għal Ciechanow, il-Polonja, is-Sibt 26 ta'April, biex jieħu sehem fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ. Huwa ġie magħżul mill-Federazzjoni Ewropea tal-Weightlifting għal xogħol ta' uffiċjal tekniku. Aktar minn hekk Nicole Gatt u l-kowċ Mark Farrugia se jitilqu lejn il- Polonja sabiex jipparteċipaw f 'dan il-kampjonat. Din se tkun kompetizzjoni ferm importanti għal Gatt peress li din se tkun kompetizzjoni ta' kwalifika għal-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ li se jsiru ġewwa Nanjing fiċ-Ċina f 'Awwissu li ġej. Rodmar Pulis -azzjoni Valletta mistennija bl-ikbar sorpriża fil-waterpolo BARRA li l-isem ta' Valletta jirrappreżenta l-belt kapitali ta' pajjiżna, dan l-isem jirrappreżenta wkoll qawwa fl-isport lokali fosthom fil- futbol, fit-table football u fil-waterpolo. Madankollu f 'dan l-isport abbinat mas-sajf ftit li xejn dan it-tim kiseb suċċessi tul l-aħħar snin wara li fis-snin 80 u kmieni fis-snin 90 kiseb diversi unuri prinċipali f 'dan l-isport. Madankollu fis-snin riċenti ftit li xejn dan it-tim irnexxielu jniżżel ismu fil-lista tal-unuri li joffri l-waterpolo lokali. Iżda kollox inbidel matul is- sena li għaddiet fejn dan it-tim rebaħ il-kampjonat tal-ewwel diviżjoni biex ġie promoss għad-diviżjoni premier matul din is-sena fejn jidher li se jkun forza kbira u jidher li se jkun qed joħloq l-ikbar sorpriża fil-kampjonat tas-sajf fejn tidher li l-qawwa tiegħu se tkun qed tiżboq lill-qawwa ta' timijiet li ilna narawhom jimmilitaw fid- diviżjoni Premier tal-waterpolo lokali bħal m'huma Exiles u Sirens. Dan hekk kif Valletta United kienu impenjati mhux ħażin fil-kampanja akkwisti. Fil-fatt huma akkwistaw diversi plejers stabbiliti u ta' ċertu klassi fil- waterpolo lokali bħal m'huma Michael Cordina, Michael Spiteri Staines, Daniel Paolella, Michael Rizzo u l-goalkeeper David Abela mingħand Sliema. Dan jagħmel amalgamazzjoni ferm tajba ma' plejers ta' esperjenza u li rebħu dak kollu li għandu x'joffri l-waterpolo lokali fosthom Charlie Zammit iktar magħruf bħala 'Iż-Żiemel' li rebaħ diversi kampjonati ma' diversi timijiet differenti kif ukoll l-unur personali ferm prestiġjuż tal-Plejer tas-Sena tal- ASA. Fil-kampjonat tax-xitwa sa issa wieħed jista' jgħid li t-tim kellu riżultati pożittivi u anki kellu wirjiet tajba speċjalment fil-partiti kontra Sliema u Exiles. Ir-riżultati li kiseb sa issa dan it-tim fil-kampjonat tax-xitwa kienu telfa ta' 9-7 kontra Sliema, rebħa ta' 4-3 kontra Sirens, rebħa ta' 11-7 kontra t-tim tal-U19 tal-ASA, telfa ta' 14-9 kontra Neptunes u rebħa ta' 8-5 kontra Exiles. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-Assistent Segretarju u PRO ta' Valletta United, Charles Portelli, u saqsih x'qed jistenna minn dan it-tim matul il-kampjonat tas-sajf li lkoll nafu kemm jiġbed interess mis-segwaċi ta' dan l-isport u mhux biss f 'pajjiżna. Huwa saħaq li: "Qed inħarsu lejn il-kampjonat tas-sajf b'ħerqa kbira wara diversi snin neqsin mill-ogħla diviżjoni. Qed inżommu saqajna mal-art u l-ewwel għan tagħna huwa li nistabbilixxu postna fl-ogħla diviżjoni. Bħalissa għadna wkoll qed naħdmu fuq l-akkwisti tal-plejers barranin għall- kampjonat tas-sajf fejn aktarx se jkollna plejers ġejjin mis-Serbja," temm jgħid Charles Portelli. Plejers u uċjali ta' Valletta United jiċċelebraw waqt ir-rebħ tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni L-MUSC jippromwovi kultura tal-isport fl-Università ILMALTA University Sports Club hija għaqda fi ħdan l-Università ta' Malta. L-MUSC hija l-għaqda li tmexxi l-isport fl-Università u hija magħmula minn grupp ta' 7 studenti li jaħdmu b'mod volontarju. Dawn l-istudenti jaħdmu sabiex ikomplu jsaħħu l-isport Universitarju fost dawk l-istudenti li ma jipprattikawx sport, jgħinu lil dawk li jipprattikaw l-isport b'mod rikreattiv, kif ukoll joħolqu opportunitajiet u jgħinu lil dawk l-istudenti li huma atleti-studenti ta' livell għoli. L-MUSC tispjega li jeżistu żewġ livelli li fuqhom topera din l-organizzazzjoni. Fuq livell nazzjonali, l-MUSC ta' kull sena torganizza għadd ta' tournaments u logħob, kif ukoll Sports Fest, dimostrazzjoni ta' sport fil- Quadrangle tal-Università, miftuħa b'xejn għall-istudenti. L-MUSC tisħaq li għalkemm l-għan tagħha huwa li tqarreb l-istudenti lejn l-isport, xi drabi, huwa ta' għajnuna li minflok, l-MUSC twassal l-isport għand l-istudent. Fuq livell internazzjonali, l-MUSC tħejji delegazzjonijiet ta' student sabiex dawn jipparteċipaw f 'logħob internazzjonali studentesk Universitarju. Din is-sena l-MUSC se tieħu żewġ timijiet tat-table tennis biex jipparteċipaw fil- logħob tal-Universitajiet Ewropej f 'Rotterdam. Iżda dan m'huwiex il-qofol tal-involviment tal-MUSC f 'logħob internazzjonali. L-Universijadi, jew aħjar, l-Olimpjadi tal-Universitajiet huma logħob ta' livell għoli, li jikklassifikaw bħala t-tieni l-ogħla logħob internazzjonali wara l-Olimpjadi. Dawn il- logħob jittellgħu kull sentejn. Fl-2013 il-logħob sar f 'Kazan fir-Russja, u d-delegazzjoni Maltija kienet tikkonsisti minn 9 persuni: tliet atleti tat-track and field, tliet għawwiema, weightlifter u żewġ uffiċjali. Il-logħob li jmiss se jsir fl-2015 f 'Gwangju fil-Korea t'Isfel. Il-President tal-MUSC, Elena Bajada, tgħid li l-ħidma tal-MUSC għal dawn il-logħob, diġà beda, u li dawk l-atleti- studenti ta' livell għoli li jħossu li għandhom jikkwalifikaw għal-logħob, għandhom jikkuntattjaw l-MUSC sabiex isiru jafu aktar dwar il-proċess ta' applikazzjoni għal post mad-delegazzjoni Maltija. Atleti mill-MUSC li pparteċipaw -Universiade f 'Kazan r-Russja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 April 2014