Illum previous editions

illum 20 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 20 ta' April 2014 SPORTSillum Riżultati pożittivi għan-Nursery ta' Valletta FC ġewwa t-Tuneżija VALLETTA kisbu riżultati pożittivi fil-Mediterranean Cup ġewwa t-Tuneżija. Valletta kienu l-iktar attivi fost il-Maltin meta pparteċipaw bi tliet kategoriji. Fil-kategorija ta' taħt is-17-il sena l-Beltin spiċċaw fit-tielet post wara li tilfu l-ewwel logħba kontra SS 2-0. Fit- tieni logħba rebħu 3-0 kontra A.S.Z.S biex għaddew għas- semi finali li iżda tilfu 4-2 wara l-għoti tal-penalties biex fil-logħba għat-tielet u r-raba' post għelbu lil T.H.S 2-0. Fil-kategorija ta' taħt il-15-il sena Valletta spiċċaw fit-tieni post. Huma rebħu lil F.C.Z 2-1 u lil T.F.A 2-0. Fis-semi finali Valletta għelbu lil E.S.K 3-1 wara l-għoti tal-penalties iżda tilfu l-finali kontra E.S 1-0 b'gowl fl-aħħar minuta. Fil-kategorija ta' taħt il-11-il sena Valletta wkoll spiċċaw fit-tieni post wara li għelbu lil E.S.S 4-2 u E.S.H.S 4-1. Fis- semi-finali huma għelbu lil E.S.K 3-2 iżda kellhom ibaxxu rashom għal qawwa ta' T.F.A tim li skorja 25 gowl fi tliet partiti bl-iskor ta' 4-0. Sadanittant il-Valletta FC Youth Nursery tixtieq tavża li qegħdin jilqgħu applikazzjoni minn kowċis kwalifikati li jixtiequ li jingħaqdu mal-kowċing staff għall-istaġun 2014/2015. Dawk li jixtiequ japplikaw jistgħu jkellmu lis-Segretarju tan-Nursery Stewart Said fuq 79951255, jibagħtu imejl fuq stewartsaid3@gmail.com jew vallettafcyouthnursery@gmail. com jew jiġbru applikazzjoni mis-Salinos Ground il-Belt. Enduro Podium Sqallija u Trials n-Naxxar FILJIEM li għaddew, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi kellha tmiem il- ġimgħa impenjattiv f 'Malta u fi Sqallija. Il-Karozzi Autocross saqu l-finali A&B li ma kinux tlestew nhar il-Ħadd 22 ta' Dicembru 2013 biex id-Demolition bdiet fil-ħin. Il-Ħadd 13 t'April is-Sezzjoni Moto Trials organizzat il-ħames kompetizzjoni tal-istaġun fil-limiti tan-Naxxar waqt li l-Moto-Enduro kkompetew fi Sqallija. Fil-finali Klassi 'A' kkwalifikaw Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Matthew Borg fuq Vauxhall Nova, Malcolm Borg fuq Opel Corsa, Melo Zammit fuq Ford Escort, Philip Joe Vella fuq Vauxhall Nova u Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo. Mat-tluq ta' din il- finali rajna ħruġ tajjeb minn Farrugia, Zammit u Borg fejn sal-ewwel kantuniera kien Farrugia li ħa t-tmun ta' din it-tiġrija. Dan kien segwit minn Zammit u Borg. Tul din il-finali ftit rajna tibdil fil-pożizzjoni imma kienet tiġrija interessanti sat-tmiem. Borg u Galea spiċċaw jirtiraw mill-finali minħabba ħsara mekkanika waqt li Farrugia spiċċa rebaħ din il-finali quddiem Zammit u Vella. Fir- raba' post spiċċa Galea segwit minn Borg. Fil-Finali Klassi B ikkwalifikaw Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova, Kurt Sammut fuq Ford Ka, Josef Grech fuq Ford Fiesta, Josef Abela fuq Vauxhall Nova, Lennie Cortis fuq Fiat Uno u Gordon Johnson fuq Peugeot 205. Ma tluq ta' din il-finali rajna bidu tajjeb minn Abela, Johnson u Grech li sal-ewwel kantuniera Abela ħa t-tmun tal-finali segwit minn Johnson u Grech. L-attenzjoni kienet mill- ewwel fuq Johnson għax mill- ewwel beda jagħmel pressjoni fuq Abela sakemm Johnson ftit qabel tmiem it-tieni lap issupera lil Abela biex ħa t-tmun tal-finali sal-bandiera tal-finish. Johnson kien segwit minn Abela u Grech waqt li fir-raba' post daħal Pisani. Sammut u Cortis ma bdewx din il-finali. Intant, nhar il-Ħadd li għadda fil-Barriera Tarġiet Għomor Limiti tan-Naxxar ġiet organizzata l-ħames attività Trials mill-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2013/14. Minkejja li l-Klassi A ntrebħet mill-veteran Robert Caruana fuq mutur Gas Gas kien hemm kompetizzjoni qawwija minn riders ġodda f 'dan l-isport. Caruana kien l-uniku sewwieq fi klassi A li rnexxielu jagħmel sezzjoni waħda clean minn sitta kif ukoll kompla jakkwista vantaġġ fl-aħħar tliet sezzjonijiet biex kompla jiddefendi r-rebħa tal- ġurnata. Caruana b'26 punt ta' penalità rebaħ quddiem Nick Farrugia fuq mutur Beta b'56 punt. Fit-tielet post spiċċa Frederick Bonello fuq mutur Gas Gas li spiċċa l-ġurnata b'żewġ punti iktar minn Farrugia. Fi Klassi 'B' kompla jiddomina Rowen Bonello fuq mutur Beta għal ħames darba konsekuttiva. Bonello matul din l-attività minkejja li rnexxielu jagħmel sezzjoni waħda minn sitta clean fis- sezzjonijiet l-oħra rnexxielu jżomm punteġġ ta' penalità baxx ħafna tant li ssiġġilla l-ħames rebħa b'total ta' 20 punt. Dan kien segwit minn Joseph Scicluna fuq mutur Gas Gas li rnexxielu jagħmel sezzjoni waħda clean biex spiċċa fit-tieni post b'total ta' 29 punt ta' penalità. It-tielet post intrebaħ mis-sewwieq ġdid għal dan l-isport Bernard Sammut fuq mutur Gas Gas li spiċċa l-ġurnata b'44 punt ta' penalità. Din l-attività setgħet issir f 'din il-lokalità interessanti għal Trials bil-koperazzjoni sħiħa tas-sidien Ballut Ltd kif ukoll ta' Thomas Smith Insurance li jappoġġjaw din l-attività. Il-Ħadd 13 ta' April żewġ Membri tal-Enduro tal- Assoċjazzjoni kkompetew fit-tieni tiġrija Enduro fil- kampjonat Internazzjonali li sar ġewwa 'Cava d'Aliga' fil-Lungomare. Dan il- kampjonat li huwa regolat mill-Federazzjoni Taljana tal- Muturi (FMI). Ftit ġimgħat ilu 11-il kompetitur Malti marru l-ewwel esperjenza f 'Ragusa u ħadu sehem f 'attività Enduro Fun Race li saret fid-9 ta' Marzu. Andrew Cassar u Mathieu Salomon it-tnejn fuq muturi KTM ikkompetew f 'dan it-tieni avveniment fil-kampjonat Internazzjonali fil-Lungomare fuq korsa ta' 70 kilometru għall-erba' darbiet. Tul l-attività Cassar u Salomon kellhom jesperjenzaw sewqan fuq toroq estremi, terren ta' passaġġi li ġieli jħalluk bla nifs u jaqsmu xmara kollha xfar u dak kollu li joffri sfida teknika wara x-xita matul din il-kompetizzjoni. Ix-xita li għamlet waqt dan l-avveniment kienet l-akbar sfida li ltaqgħu magħha fuq il-korsa tant li għamlet partijiet mill-korsija aktar diffiċli. Cassar u Salamon li kkompetew f 'żewġ klassijiet diversi temmew b'suċċess iż- żewġ testijiet fil-korsa li kienu wieħed ta' tminen minuti Fettuchato Cross test u ieħor ta' ħames minuti Enduro test. Is-Sewwieqa Andrew u Mathieu bdew it-tigrija fid-9.20am u qasmu l-linja tat- tmiem fit-3.30pm fejn b'kollox damu seba' sigħat u għaxar minuti. Dan kien jinkludi ħinijiet għal fjuwil u biex isiru xi tiswijiet żgħar li jkun hemm bżonn fuq il- muturi assoċjati ma' distanzi twal fuq dawn it-toroq. Matul din l-attività l-kompetituri Maltin iltaqgħu ma' diversi kompetituri famużi fosthom it-Taljan Gaetano Scuderi li ta wirja ta' sewqan lill- ispettaturi waqt is-sezzjoni ta' testijiet li saru abbinati ma' din l-attività. L-Assoċjazzjoni tavża li l-attività lokali li jmiss ser tkun nhar il-Ħadd 27 ta' April 2014 mis-Sezzjoni Moto Enduro. Fil-jiem li ġejjin se tkun qed tħabbar il-post fejn ser tkun ħa ssir din l-attività. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt Il-karriera ta' Rio Ferdinand se tkompli iżda tista' tkompli 'l bogħod minn Old Traord It-tim ta' taħt is-17 -il sena tan-Nursery ta' Valletta FC t-Tuneżija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 April 2014