Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227
12 illum | Il-Ħadd 20 ta' April 2014 LERBGĦA filgħodu qabel is-sebħ fis-16 ta' April 2014 żagħżugħ Iranjan ta' 16-il sena kellu jagħmel l-aħħar mixja ta' ħajtu. Balal, kien ilu sitt snin il-ħabs għaliex kien qatel lil Abdollah Hosseinzadeh fl-għomor ta' 17-il sena wara ġlieda fi triq. Instab ħati u skont il-liġi Islamika tax-Xaria kellu jingħata l-forka bit- tgħalliq. Kollox kien lest, l-armar fejn kellu jiddendel il-ħabel, il-għases u l-barrikati u folla numeruża tassisti dan l-ispettaklu makabru. L-istess liġi Islamika li timxi fuq il-prinċipju tal- għajn għal għajn u sinna għal sinna tesiġi li dawn l-esekuzzjonijiet ikunu pubbliċi. L-idea mhijiex biss umiljazzjoni doppja għall-vittma u qrabatu imma wkoll biex min ikun qed itella' u jniżżel jagħmilx delitt jew le jitnaffar għax jibża' li jgħaddi mill-istess xorti kiefra. Biex l-ispettaklu tal- umiljazzjoni jkun ikbar il-liġi Islamika tagħti privileġġi lill-familjari tal-vittma. Il-magħqad li fuqu jitla' l-ikkundannat meta l-ingassa tal-ħabel tkun issikkata ma' għonqu jistgħu jimbuttawha qrabat il-vittma u mhux il-bojja. Balal, jibki biki ta' qsim il-qalb quddiem ommu u missieru u ħutu li ma jistgħu jagħmlu xejn tela' fuq is- siġġu u l-ħabel ġie ssikkat m'għonqu. Il-gwardjani talbu lill-familjari tal-vittma tersaq lejn l-ikkundannat biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. Resqet omm iż-żagħżugħ li kien miet snin qabel u tat daqqa ta' ħarta liema bħala lil Balal. Kulħadd kien qed jistenna li se timbotta s-siġġu u Balal imut mgħallaq. B'għaġeb għal kulħadd din l-omm, minflok, resqet lejn l-ingassa tal-ħabel u neħħithielu minn m'għonqu. Kienet ħafritlu fl-aħħar minuta. U Balal ma mietx. Il-folla għatxana għall- ispettaklu makabru minflok rat spettaklu ieħor ta' ħniena. Saħansitra l-gwardjani tal-ħabs ma felħux jgħattu d-dmugħ minn għajnejhom minħabba l-kommossjoni kbira li bdew iħossu. Balal bilkemm ried jemmen li rċieva l-maħfra u ngħaqad ma' qrabatu li issa kienu qegħdin jibku biki ta' ferħ. Xena tremenda bħal din tqajmilna bosta mistoqsijiet. Fostna hawn bosta li huma nostalġiċi għal piena kapitali u jirraġunaw li hemm bżonn li terġa' tidħol mill-ġdid għax permezz tagħha ssir ġustizzja ta' veru. Bosta imma huma kontra mhux biss għax ġieli l-ġustizzja tagħmel żbalji u mal-ħżiena weħlu t-tajbin meta mietu l-innoċenti imma wkoll għax hi diżumana. Il-forka mhijiex xi ħaġa tal-pajjiżi Islamiċi jew tat-tielet dinja biss. Pajjiżi żviluppati bħall-Istati Uniti għandhom stati fejn il-piena kapitali tingħata pjuttost sikwit għalkemm xorta waħda inqas minn pajjiżi bħall-istess Iran, iċ-Ċina jew is-Sawdi Arabja. L-argumenti għall- abolizzjoni tal-piena kapitali bażikament huma bbażati fuq żewġ argumenti. L-ewwel wieħed hu ta' natura soċjoloġika jidher li skont l-istatistika r-rata tal-każijiet ta' qtil ma naqsitx anke fejn hemm il- forka. Dan ifisser li l-iskop preventiv ma ntlaħaqx. Imbagħad hemm l-argument l-ieħor ibbażat fuq id-dritt inaljenabbli tal-bniedem għall-ħajja li anke ħabsi għax qattiel għandu. Fuq dan il- punt il-Papa Ġwanni Pawlu II kien jagħfas ħafna fil- kampanja li għamel sabiex il-forka tiġi abolita. Kien tkellem bosta drabi f 'diskorsi u kitbiet u anke quddiem awtoritajiet istitwiti. Jien l-istess naħseb. Il- forka mhijiex soluzzjoni. Il-ġustizzja trid issir imma mhux hekk. Bil-ġustizzja retributtiva ma naslu mkien. Lanqas mhi soluzzjoni li l-piena kapitali tiġi riservata għall-omiċidji l-aktar koroh bħal mewt waqt stupru. Wara kollox il-ħajja tal- vittma mhijiex se terġa' lura mbilli l-qattiel jingħata l-forka. Barra minn hekk il-familjari tal-vittma mhux veru li jħossuhom aħjar. Ir-rabja tibqa' hemm u l-proċess ta' rassenjazzjoni u fejqan ma jsirx. Il-veru fejqan iseħħ meta l-maħfra tirbaħ fuq il-vendetta. Ir-rabja tikollok qalbek u tibqa' ġġorra għal snin twal saħansitra sal-aħħar nifs ta' ħajtek. Il-maħfra mhijiex sinjal ta' dgħufija anzi hija wirja ta' rġulija u kuraġġ. Biex taħfer forsi trid forza li ġejja lil hinn minnek għax mhux faċli taċċetta li l-qattiel qed jiġri barra meta inti tkun tlift forsi lil ibnek, jew ommok jew l-oħtok minħabba ħaddieħor. Meta jirnexxielek taħfer mill-qalb lil min għamillek il-ħsara inti tkun qed tixbah lis- Sinjur Alla li minn fuq is-salib qal: "Aħfrilhom għax ma jafux x'inhuma jagħmlu.'' ! ! ! "#$%"&&'()!(*!')+"%"&+!*(%!,(-.,!/(-.+'().,!"01-.+'()!.)0!+%.')')2!3/"+4!"#$"%+&!*(%! "&*!56578!9!:.;')2!/"+!"01-.+'()!:(%"!%","/.)+!.)0!.++%.-+'/"! "#$%&!'()*+!*,-.!/(!0(/,12!*(34*!.+)34/,(0!56(1.77,(04*7!/84/!/8.!9:56.77,(0!(1!;0/.6.7/!1(6!/8.! 90<4<.=.0/!(1!>(34*!?9&!9:5.6/7!847!@..0!.:/.0+.+!/(!,03(65(64/.!4!0.'!*,7/!(1!"AB!*.C.*!D!40+!E! 3()67.7F! ! &8.!4,=!(1!/8,7!56(G.3/!,7!/84/!(1!.08403,0(34*!?9&! 9:5.6/7!,0!+,11.6.0/!6(*.7!K?(34/,(04*!9:5.6/J!#()67.!>.4+.6J!L.2!%-,**7!9:5.6/J!(6!;07/,/)/.!>.4+.6M!784**! 56(C,+.!7)55(6/J!,05)/!40+!1..+@43-!6.*4/.+!/(!/8.!3()67.7J!/8.!=4/.6,4*!+.7,<0.+N6.+.7,<0.+!@2!/8.! 455(,0/.+!#(0/643/(67F!! ;0/.6.7/.+!455*,340/7!'8(!84C.!4*6.4+2!455*,.+!1(6!/8.!9:56.77,(0!(1!;0/.6.7/!+4/.+!OP /8 !B.@6)462!OQRS! 46.!/(!7.0+!4!0(/,1,34/,(0!.=4,*!/(!86T=347/F.+)F=/!,0+,34/,0(34*!?9&!9:5.6/7!40+!/8.!$55*,34/,(0!B(6=!1(6!/8.!9:56.77,(0!(1!;0/.6.7/!=42!@.! +('0*(4+.+!16(=!/8.!*,0-!'''F=347/F.+)F=/F!! ! &8.!1,67/!3)/H(11!+4/.!1(6!/8,7!9:56.77,(0!(1!;0/.6.7/!,7!B6,+42!OE!$56,*!OQRDF!X(0./8.*.77J!,0/.6.7/.+! 546/,.7!340!7/,**!7)@=,/!/8.,6!455*,34/,(0!41/.6!/8.!1,67/!3)/H(11!+4/.F!!!&8.!#(**.<.!6.7.6C.7!/8.!6,<8/!/(! 3(07,+.6!455*,34/,(07!6.3.,C.+!41/.6!/8.!1,67/!3)/H(11!+4/.!,1!40+!'8.0!/8.!0..+!46,7.7F! ! ! ! Maħfra fl-aħħar minuta! Ivan Bartolo ivanbartolo15@gmail.com Daqqa ta' ħarta flok forka