Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227
Il-Ħadd 20 ta' April 2014 | illum 7 Jissokta l-każ ta' Ġiġi r-Rizzu f 'Għawdex iħallih quddiem ir-residenza tiegħu, iżda la pparkjah fejn kien iħallih is-soltu l-vittma u anke ġibed il-handbrake kollu, xi ħaġa li Ġiġi ma kienx jagħmel. Dawn iż-żewġ fatturi kienu waslu lill-investigaturi biex jemmnu li seta' ma kienx Ġiġi li ħalla l-vann hemmhekk. Jekk ittieħed hemm minn xi ħadd li kien involut fil- qtil, dan sar biex il-vann ma jitħallix qrib il-post fejn inqatel. Punt ieħor huwa li jekk ġara hekk allura l-qattiela, sakkru l-vann, ħadu ċ-ċwievet u poġġewhom fil-but tal-qmis tal-vittma qabel ma l-kadavru ntefa' fil-bir. Dan kien xi ftit riskjuż għax ġeneralment min iwettaq delitt jipprova jeħles malajr kemm jista' jkun mill-kadavru u minn kull evidenza. Il-Pulizija kien irnexxielha tistabilixxi li tard dakinhar li nqatel, il-vann Toyota HiAce ta' Ġiġi deher għaddej minn Pjazza San Franġisk fir-Rabat, imma mhux magħruf jekk kienx Ġiġi li kien qed isuq jew kemm kien hemm nies fil-vann. Huwa fatt magħruf li minn dan il-ħanut f 'Marsalforn il-Pulizija elevaw il-kaxxi tal- logħob, il-flus li kien fihom kif ukoll eżaminaw il-kaxxi biex jaraw kif dawn ġew imbagħbsin biex sar il-qerq għad-dannu ta' Ġiġi. Il-kadavru jinstab wara qrara Tard l-Erbgħa, 8 ta' Jannar 1997, xi ħadd missitu l-kuxjenza u mar fil-knisja taż- Żebbuġ ifittex saċerdot fejn qallu li kellu bżonn iqerr. F'din il-qrara din il-persuna żvelat fejn seta' jinstab il-kadavru ta' Ġiġi r-Rizzu. Kien hemm min qal li din il-persuna ma semmitx lil Ġiġi b'ismu waqt il-qrara imma li fil-post fejn indikat kien hemm persuna mejta. Mhux magħruf jekk min mar iqerr ammettiex ukoll bil- qtil jew jekk kienx kompliċi fil-qtil. Mhux magħruf lanqas jekk żvelax biss fejn kien il-kadavru għax kien jaf jew għax kien qallu xi ħadd ieħor jew jekk kienx ra d-delitt iseħħ u anke l-ħabi tal-kadavru. Li huwa żgur li kien ta dettalji perfetti fejn kien il-kadavru. Il-Pulizija aktar temmen li din il-persuna setgħet kienet fuq il-post u rat kollox imma baqgħet iżżomm lura sakemm ma felħitx aktar. Seta' mar hemm jikkaċċja meta mhux suppost kien hemm? Din l-informazzjoni kollha qatt ma tista' tkun żvelata peress li saret fi qrara u s-saċerdot huwa marbut bis- segretezza tal-qrar. Il-Kappillan mar jagħmel rapport lill-Pulizija fejn tkellem ma' Paul Sammut, li dak iż-żmien kien għadu Supretendent responsabbli mid-Distrett ta' Għawdex. Meta l-Pulizija marru fuq il-post indikat sabu l-bir u kif kixfuh ħarġet riħa tinten. L-aħbar tas-sejba tar-Rizzu ġriet ma' Għawdex kollu u fi ftit ħin l-inħawi mtlew bin- nies. Fuq il-post waslu wkoll uħud mill-aħwa tal-vittma fejn wieħed minnhom anke deher jiġbed ix-xena u l-operazzjoni tal-Pulizija b'video camera. Kienet operazzjoni diffiċli f 'kundizzjonijiet skomdi ħafna. Il-kadavru tar-Rizzu nstab mitluq fuq borġ ġebel wiċċu 'l fuq b'idejh miftuħin. Huwa kien għadu liebes jeans, running shoes u qmis iċċangjata li kienet imqatta'. Il- kadavru kien fi stat avvanzat ta' dikompożizzjoni. Minħabba l-istat ta' ġismu u x'aktarx ukoll minħabba li nstabet ġebla kbira fuq l-għonq li ntefgħet minn fuq mill-qattiela, meta l-kadavru kien se jibda jittella', ir-ras inqalgħet minn mal-għonq. Din ġiet preservata għaliha għal aktar stħarriġ. Kien wara aktar minn erba' sigħat li l-kadavru ttella' mill-bir u ttieħed fil-kamra mortwarja tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Il-funeral L-istħarriġ tal-Pulizija f 'dan il-qtil kien ħa fit-tul u minkejja li l-eżamijiet forensiċi kienu tlestew kollha u r-rapporti għaddew għand il-Maġistrat Inkewerenti, Dr Paul Coppini, il-kadavru xorta waħda għamel xhur sħaħ jinżamm fil-friża fil-kamra mortwarja. Kien il-Ħamis, 12 ta' Ġunju 1997, seba' xhur wara li nqatel, li sar il-funeral ta' Ġiġi r-Rizzu. Fil-5.15pm it-tebut wasal quddiem il-Bażilika ta' San Ġorġ bi pjazza mimlija nies. Ma naqsux ukoll il-Pulizija li wħud minnhom tferrxu fuq wara tal-pjazza u oħrajn tħalltu man-nies. Pulizija oħrajn kienu moħbijin jiġbdu r-ritratti ta' persuni suspettati u anke li mhumiex, kif ukoll inġibed video. Din hija proċedura normali li l-Pulizija tkun preżenti u tiġbed ir- ritratti waqt funeral ta' vittma ta' delitt. Il-mistoqsija ta' ħafna Għawdxin hija "Dak li mar iqerr, jekk għadu ħaj, lest li issa wara 17-il sena jasal biex jerġa' jiftaħ qalbu u jikxef kollox?" Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Sfurzawh jinżel għarkupptejh, żammewlu rasu baxxuta u tawh żewġ tiri minn wara. Qtil stil mafjuż X'ħin kien qed jittella' l-kadavru, rasu nqalgħet minn ma' ġismu