Illum previous editions

illum 20 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

JEROME CARUANA CILIA illum@mediatoday.com.mt MATUL dawn l-aħħar ġimgħat bosta kienu dawk li esprimew irwieħhom dwar ir-referenda. Il-furur qam wara dak li għamel Gordon John Manchè li jmexxi r-River of Love Christian Fellowship Group, fejn ippreżenta petizzjoni quddiem il- Parlament kontra l-liġi tal- unjoni ċivili u l-adozzjoni tat-tfal minn koppji omosesswali. Manchè kien qal li din il- petizzjoni hija ffirmata minn 10,000 persuna. Huwa saħaq li 80% tal-popolazzjoni ma jridux li koppji omosesswali jadottaw. Numru ta' kandidati għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew ikkritikaw il- mossa ta' Manchè. Iżda l-iktar kumment li spikka kien dak tal-eks Prim Ministru Laburista Alfred Sant li fi blogg fuq is-sit elettroniku tal-General Workers' Union qal li "qatt ma kont favur is-sistema ta' politika mħaddma permezz tar-referendum." Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM tkellmet mad- dekan tal-Fakultà tal-Liġi, il-Professur Kevin Aquilina. Staqsejnieh jekk jaħsibx li din l-għodda demokratika daqstant serja u importanti qiegħda tixxejjen, minħabba l-fatt li dan l-aħħar ħafna huma dawk li qed isemmu li jistgħu potenzjalment jagħmlu referendum abrogattiv għal raġunijiet varji. Id-dekan tal-Fakultà tal- Liġi qal li jekk hemm għodda ta' demokrazija diretta - dik tar-referendum - basta li s-suġġett ikun wieħed li jista' jsir referendum dwaru, ma jarax għalfejn id-dritt ta' referendum għandu jiġi limitat aktar milli huwa diġà. "Żgur li m'aħniex fis- sitwazzjoni fejn referendum abrogattiv qed isir wieħed kull sitt xhur jew wieħed kull sena." Aquilina qal li apparti minn hekk m'hemm xejn li jżomm li żewġ referenda jsiru fl- istess ġurnata ħalli b'hekk l-istat ma jkollux jonfoq darbtejn għal ħaġa li tista' ssir darba waħda u tinkludi żewġ referendi fuq suġġetti differenti. "Għall-kuntrarju jien insostni li aktar ma jsir użu tar-referendum aktar il- poplu jkun qed jipparteċipa fit-tmexxija tal-pajjiż u d-demokrazija b'hekk tissaħħaħ mhux titnaqqar." Hu qal li wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li l-istitut tar-referendum f 'Malta huwa kemxejn limitat. Pereżempju, la jeżisti r-referendum propożittiv fejn il-poplu jista' huwa stess jipproponi liġijiet ġodda u lanqas m'hemm il- possibbiltà li l-poplu jsejjaħ lura membru parlamentari li jkun elett iżda li l-poplu ma jkunx kuntent bl-imġieba tiegħu fil-parlament. Għal kuntrarju l-opinjonista Alfred Mifsud qal ma jaqbilx mal-kunċett ta' demokrazija żejda permezz ta' referendum stil Svizzeru. Hu sostna li l-pajjiż ma jistax jaħdem kif suppost jekk il-gvern tal-ġurnata ma jistax jesegwixxi rwol eżekuttiv ħabba l-użu, kultant bla sens, ta' referendum abrogattiv. Il-gvern jiġi ġġudikat fuq programm sħiħ mhux fuq miżuri speċifiċi u dan isir f 'elezzjoni darba kull leġislatura bil-provediment li f 'elezzjonijiet oħra (lokali u Ewropej) l-elottorat jista' jibgħat sinjal lill-Gvern dwar xi jkun jaħseb fuq kif inhu sejjer. "Iżda tibgħat messaġġ mod u tagħmel referendum biex jannulla miżuri li jkun ħa l-gvern ħaġa oħra. Speċjalment fejn jidħlu drittijiet ta' minoranzi, dawn qatt ma għandhom ikunu suġġetti għal referendum." Artiklu 14 (1) tal-Att dwar ir-Referendi jgħid li l-eletturi jistgħu jitolbu li jsir referendum sabiex titneħħa liġi. Dan isir billi tinġabar petizzjoni b'madwar 10% mill-għadd totali ta' persuni reġistrati bħala eletturi hekk kif jidhru fir-Reġistru Elettorali rivedut l-aħħar ippubblikat qabel il-konsenja tal-petizzjoni. Din il-petizzjoni mbagħad tintbagħat lill-Kummissjoni Elettorali li għandha tiżgura jekk l-għadd ta' eletturi li jkun meħtieġ (jiġifieri 10%) iffirma d-dikjarazzjoni. Dan ifisser li biex ikun jista' jissejjaħ ir-referendum kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa kellhom jinġabru minn tal-inqas 34,000 firma ta' Maltin imniżżla fir-reġistru elettorali. Fil-fatt, il-Koalizzjoni għat-Tneħħija tal-Kaċċa fir- rebbiegħa ppreżentat 40,351 firma lill-Kummissjoni Elettorali biex ikun jista' jsir ir-referendum dwar l-istaġun tal-kaċċa. L-Att dwar ir-Referendi jgħid li l-Kummissjoni Elettorali għandha fi żmien ħmistax-il jum mill-konsenja tad-dikjarazzjonijiet tiżgura xi jkun l-għadd ta' persuni kwalifikati, li jkunu ffirmaw id-dikjarazzjoni, u għandha matul iż-żmien imsemmi ta' ħmistax-il jum tiddepożita dawk id-dikjarazzjonijiet permezz ta' nota fir-reġistru tal-Qorti Kostituzzjonali, li biha tiddikjara x'ikun l-għadd ta' firem validi li jinqraw mid-dikjarazzjoni, kif ukoll l-għadd ta' firem invalidi u għaliex dawn ikunu invalidi, flimkien ma' dikjarazzjoni li tkun tindika jekk l-għadd ta' persuni meħtieġa jkunx iffirma d-dikjarazzjoni. L-Att dwar ir-Referendi jistipula wkoll li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Elettorali dwar l-għadd ta' persuni li jkunu ffirmaw validament id-dikjarazzjoni għandha tkun waħda finali u konklużiva. Referendum abrogattiv m'għandux jinżamm jekk id-disposizzjoni li dwar it-tħassir tagħha kellu jsir referendum tkun ġiet emendata jew imħassra qabel id-data stabbilita għall- votazzjoni jew matul iż- żmien li jgħaddi bejn l-għoti tal-kopja tad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali u d-data stabbilita għall- votazzjoni, il-Parlament ikun xolt. Meta referendum ma jkunx ser jinżamm skont dawn ir-raġunijiet, il-President ta' Malta għandu joħroġ proklama li tkun tgħid dan. 10 illum | Il-Ħadd 20 ta' April 2014 L-ewwel referendum abrogattiv f 'pajjiżna Referendum storiku "Aktar ma jsir użu tar-referendum aktar il-poplu jkun qed jipparteċipa fit-tmexxija tal-pajjiż" Il-Professur Kevin Aquilina "Qatt ma kont favur is-sistema ta' politika mħaddma permezz tar-referendum" - Alfred Sant

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 April 2014