Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227
28 illum Il-Ħadd 20 ta' April 2014 SPORTSillum Floriana jaċċertaw ruħhom mis-salvazzjoni Tarxien jumiljaw bil-kbir lil Rabat Tarxien R ...................7 Rabat A ......................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT TARXIEN Rainbows umiljaw bil-kbir lil Rabat Ajax meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 7-1 biex b'hekk serrħu rashom mis- salvazzjoni. Ir-Rainbows irnexxielhom jiftħu l-iskor wara biss 8 minuti logħob meta rebħu penalty wara li David Azzoaprdi waqqa' lil William Barbosa fil-kaxxa. Mill-11-il metru Demba Toure ma żbaljax. Tarxien Rainbows irduppjaw l-iskor fis-16-il minuta grazzi għal Jorge Santos Silva li kkonkluda azzjoni tajba fuq il- lemin permezz ta' xutt tajjeb li ma ta l-ebda ċans lil Jonathan Azzopardi. Sitt minuti biss wara, Steve Bonnici għamilhom 3-0 meta tefa' ġewwa bir-ras wara li rċieva l-ballun mingħand Jorge Santos Silva. William Barbosa kompla jkabbar il-marġni tal- iskor fit-28 minuta permezz ta' xutt sabiħ mix-xellug. Sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, William Barbosa għadda l-ballun lejn Demba Toure li għeleb lill-goalkeeper ta' Rabat Ajax permezz ta' xutt fil-baxx. Iżda l-ewwel taqsima kienet għadha ma ntemmitx hawnhekk hekk kif fit-42 minuta, Karl Pulo skorja s-sitt gowl fil-logħba meta wara li rċieva minn cross mix-xellug ta' Carlo Mamo, huwa tefa' l-ballun wara Azzopardi. Tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Daniel Mariano Bueno għamilhom 7-0 meta xellef il-ballun wara Azzopardi wara li rċieva minn corner ta' Karl Pulo. Il-Magpies skorjaw gowl ta' konsolazzjoni fis-70 minuta meta wara li rċieva minn kross mil-lemin ta' Aidan Azzopardi, Diego Carrillo Pendas ikkontrolla l-ballun tajjeb qabel għeleb lill-goalkeeper Nicky Vella. Tarxien R. - Vella, Mamo, Martinelli, Toure (N. Vella I 51'), Barbosa, Menendez Hevia, Bueno, Pulo, Mifsud (Sadowski 46'), Bonnici, Santos Silva (N. Vella II 51') Rabat A. - J. Azzopardi, Gauci, D. Azzopardi, Carapic, Tanti, Borg, Bajada (A. Azzoaprdi 21'), Caruana, Micallef (Oproisecu 60;), Licari, Carrillo Pendas Referee - Alan Mario Sant WILLIAM BARBOSA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-2 ta' Ġunju 1978 fil-Brażil F'pajjiżna lagħab ukoll ma' Valletta, beda dan l-istaġun ma' St Andrews fl-Ewwel Diviżjoni qabel ingħaqad ma' Tarxien Rainbows Jilgħab ukoll fil-Kampjonat FXDD Premier tal-futsal ma' St Andrews Lagħab ukoll fis-Serie B tal- Italja ma' Hellas Verona Huwa wieħed mill-aħjar plejers barranin li qatt ra pajjiżna Naxxar L. .............. 0 Floriana ............... 2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT FLORIANA aċċertaw ruħhom mill-fatt li matul l-istaġun li ġej se jkunu qed jilagħbu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti meta permezz ta' wirja konvinċenti għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta' 2-0. Il-Lions appellaw għall-penalty meta Milan Vignjevic deher li ġie ffawljat fil-kaxxa minn difensur avversarju. Floriana rrispondew permezz ta' xutt sabiħ imdawwar ta' Diogo Pinheiro li ntemm għoli wara 6 minuti logħob. Fis-17-il minuta, Yuri Martines de Oliveira resaq viċin għal Naxxar Lions permezz ta' xutt tajjeb minn barra l-kaxxa. Man-nofs siegħa logħob tentattiv minn freekick ta' Diogo Pinheiro ġie salvat minn Pecorella. Għaxar minuti mill-ftuħ tat- tieni taqsima, tentattiv minn freekick ta' Diogo Pinheiro ġie salvat parzjalment minn Pecorella u mir-rebound, Clyde Borg tefa' ġewwa. Madankollu l-gowl ta' dan ġie mħassar minħabba li Borg kien jinsab f 'pożizzjoni ta' offisde. Tliet minuti biss wara l-Greens fetħu l-iskor meta wara li rċieva minn kross mix-xellug, John Roland Emeka xellef il-ballun wara l-goalkeeper ta' Naxxar Lions biex poġġa lit-tim tiegħu fil-vantaġġ. Naxxar Lions kellhom l-opportunità li jġibu l-iskor indaqs fit-63 minuta meta rebħu penalty wara li Daren Falzon twaqqa' fil-kaxxa minn Andre Scicluna. Madankollu Sean Mintoff innewtralizza ż-żewġ tentattivi konsekuttivi ta' Daren Falzon – l-ewwel mill-11-il mteru u mbagħad mir-rebound. Il-Greens irduppjaw l-iskor fit-68 minuta meta minn assist ta' Christian Caruana, Diogo Pinheiro de Sousa tefa' l-ballun wara Luke Pecorella. Naxxar L. - Pecorella, Bakare, Bellia, Buhagiar, Cassar, Decesare, Falzon (Bonnici 82'), Lopez de Souza, Martines de Oliveira (Scerri 66'), Stojanovic, Vignjevic Floriana - Mintoff, Scicluna, Ibok Edet, Pisani, Emeka (Galea 66'), Caruana (Xerri 88'), Pinheiro de Sousa, C. Borg, Briffa, Aguiar, S. Borg Referee - Chris Lautier CHRISTIAN CARUANA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-21 ta' Ottubru 1986 Beda l-karriera tiegħu ma' Floriana fl-istaġun 2004/05 Għamel id-debutt mat-tim nazzjonali fl-2011 YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW Juventus pass 'il bogħod mir-rebħ tas-Serie A JUVENTUS kisbu 3 punti prezzjużi fir-rebħa minima ta' 1-0 ġewwa darhom kontra Bologna bil-gowl għalihom jasal minn Paul Pogba fl-64 minuta biex b'hekk għamlu ipoteka kbira għar-rebħ tal- kampjonat tas-Serie A meta għandhom vantaġġ sostanzjali fuq Roma, fejn tajjeb niftakru li wieħed mill-konfronti li fadlihom il-Juventini sat-tmiem tal- kampjonat huwa propju kontra Roma. AC Milan ġewwa darhom f 'San Siro għelbu lil Livorno bl-iskor ta' 3-0 biex komplew jersqu iktar viċin il-kwalifikazzjoni għall-UEFA Europa League hekk kif jinsabu 5 punti taħt Inter fejn tajjeb niftakru wkoll li wieħed mill-konfronti li fadlilhom AC Milan huwa propju kontra Inter fid-Derby della Madonnina. Il-gowls għall-Milanisti waslu minn Balotelli, Taarabt u Pazzini. Fil- konfront bejn Lazio u Sunderland jixxukkjaw lil Chelsea u jagħtu rigal fuq platt lil Liverpool SUNDERLAND barra minn darhom fi Stamford Bridge għelbu lil Chelsea bl-iskor ta' 2-1 biex b'hekk taw rigal fuq platt lil Liverpool hekk kif issa dawn huma l-favoriti netti li jirbħu l-Kampjonat Barclays Premier fi tmiem l-istaġun hekk kif huma jkunu impenjati llum barra minn darhom kontra Norwich City fis-1pm, fejn tajjeb niftakru wkoll li wieħed mill-konfronti li fadlilhom Liverpool huwa propju kontra Chelsea f 'Anfield. Kien Samuel Eto'o li fetaħ