Illum previous editions

illum 20 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 20 ta' April 2014 | illum 29 SPORTSillum Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 19 ta' April Tottenham H. vs Fulham 3-1 Aston Villa vs Southampton 0-0 Cardiff C. vs Stoke C. 1-1 Newcastle U.vs Swansea C. 1-2 West Ham U. vs Crystal P. 0-1 Chelsea vs Sunderland 1-2 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 20 ta' April 13:00 Norwich C. sv Liverpool 15:05 Hull C. vs Arsenal 17:10 Everton vs Manchester U. It-Tnejn 21 ta' April 21:00 Manchester C. vs WBA Riżultati Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 19 ta' April AC Milan vs Livorno 3-0 Atalanta vs Hellas Verona 1-2 Catania vs Sampdoria 2-1 Chievo V. vs Sassuolo 0-1 Genoa vs Cagliari 1-2 Lazio vs Torino 3-3 Parma vs Inter 0-2 Udinese vs Napoli 1-1 Juventus vs Bologna 1-0 Juventus pass 'il bogħod mir-rebħ tas-Serie A Torino fl-iStadio Olimpico rajna xejn inqas minn 6 gowls hekk kif il-konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet intemm f 'parità ta' 3-3. Il-gowls għat-tim minn Ruma waslu minn Mauri u doppjetta ta' Candreva b'wieħed miż-żewġ gowls tiegħu jasal minn penalty fejn tajjeb ngħidu li Lazio spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fid-79 minuta meta tkeċċa għalihom il-plejer Diego Novaretti. Min-naħa l-oħra l-gowls għal Torino waslu minn Kurtic, Tachtsidis u Ciro Immobile. Hellas Verona barra minn darhom għelbu lil Atalanta bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Donati u Toni waqt li l-gowl waħdieni għal Atalanta wasal minn German Denis fis-87 minuta. Inter barra minn darhom kisbu riżultat ferm tajjeb meta għelbu lil Parma bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għan-Neroazzurri jaslu minn Rolando u Freddy Guarin. Tajjeb ngħidu li Parma fallew penalty mogħti minn Cassano fl-44 minuta waqt li spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fis-46 minuta meta tkeċċa għalihom il-plejer Gabriel Paletta. Udinese u Napoli temmew il-konfront ta' bejniethom f 'parità ta' 1-1 bil-gowl għal Napoli jasal minn Callejon fid-39 minuta waqt li Udinese ġabu l-iskor indaqs fl-54 minuta permezz ta' Bruno Fernandes. Catania ġewwa darhom fil-Massimino għelbu lil Sampdoria bl- iskor ta' 2-1 bil-gowls għat-tim minn Sqallija jaslu minn Letto u Bergessio waqt li l-gowl uniku għal Sampdoria fil-logħba wasal minn Okaka Chuka fil-61 minuta. Sassuolo barra minn darhom għelbu lil Chievo Verona bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom fil-logħba jasal minn Domenico Berardi fl-40 minuta. Cagliari barra minn darhom fl-iStadio Luigi Ferraris għelbu lil Genoa bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Marco Sau u Victor Ibarbo waqt li l-gowl waħdieni għal Genoa wasal minn Sebastian De Maio wara biss 3 minuti logħob. DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW Sunderland jixxukkjaw lil Chelsea u jagħtu rigal fuq platt lil Liverpool l-iskor għal Chelsea wara 12-il minuta logħob waqt li Wickham ġab parità għal Sunderland 6 minuti biss wara bit-Taljan Fabio Borini jiskorja l-gowl tar-rebħa għat-tim tiegħu fit-82 minuta permezz ta' penalty. Newcastle United ġewwa darhom f 'St James Park sofrew diżappunt kbir meta tilfu bl-iskor ta' 2-1 kontra t-tim inferjuri minn Wales ta' Swansea City. Il-gowl għall-Magpies wasal minn Shola Ameobi fit-23 minuta waqt li l-gowls għal Swansea City waslu minn doppjetta ta' Wilfried Bony, bit-tieni gowl jasal minn penalty propju fid- 90 minuta. Tottenham Hotspur ġewwa darhom f 'White Hart Lane għelbu lit-tim l-ieħor minn Londra, Fulham bl-iskor ta' 3-1 bil-goals għall-iSpurs jaslu minn Paulinho, Kane u Kaboul waqt li Fulham kienu momentarjament ġabu l-iskor indaqs fis-37 minuta permezz ta' Steve Sidwell. Tajjeb ngħidu li dan l-istess plejer falla penalty għat-tim tiegħu fis-77 minuta. Crystal Palace barra minn darhom għelbu lil West Ham United bl-iskor ta' 1-0 bil-gowl għall-Palace jasal minn penalty ta' Jedinak fid- 59 minuta. Cardiff City u Stoke City temmew il-konfront ta' bejniethom f 'parità ta' 1-1 bil-gowl għal Stoke City jasal minn penalty ta' Arnautovic fil-45 minuta b'Whittingham iġib l-iskor indaqs għal Cardiff City ukoll minn penalty fil-51 minuta. Intant, Aston Villa u Southampton temmew il-konfront ta' bejniethom f 'parità ta' mingħajr gowls.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 April 2014