Illum previous editions

illum 20 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 20 ta' April 2014 | illum 27 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Vittoriosa Stars jersqu qrib is-salvazzjoni Marcelo Pereira ssikkat minn tliet plejers ta' Qormi jkollu x-xutt tiegħu mblukkat minn Matthew Farrugia Vittoriosa S. ............... 2 Qormi. ....................... 0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT VITTORIOSA Stars għamlu pass li jaf ikun determinanti lejn is-salvazzjoni meta għelbu lil Qormi bl-iskor ta' 2-0. Iż-żewġ timijiet ma kellhom lill-ebda player sospiż iżda Qormi kellhom lil Giorgio Gianola u Gabriel neqsin minħabba li għadhom qed jirkupraw wara li weġġgħu waqt li l-Ġirbin kellhom nieqes lill-plejer ferm importanti Gilbert Martin ukoll minħabba li jinsab imweġġa'. Fit-13-il minuta Qormi ħolqu l-periklu meta Jorge Pereira da Silva ra x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa jgħaddi ferm għoli. Vittoriosa Stars irrispondew erba' minuti biss wara permezz ta' Samir Arab li mill-viċin impenja lil Matthew Farrugia li iżda salva tajjeb biex biegħed kull periklu għat-tim tiegħu. Fl-34 minuta Marcelo Pereira li kellu staġun ferm tajjeb għall- Ġirbin minn taħt il-lasta ra- xutt tiegħu jgħaddi ferm għoli mil-lasti difiżi minn Farrugia. Fil-51 minuta Leighton Grech għal Qormi kellu xutt mill- viċin jgħaddi kemxejn barra mil-lasti ta' Mario Muscat. Fit-63 minuta l-Ġirbin setgħu faċilment fetħu l-iskor iżda kienu sfortunati meta Oscar Guerrero ra t-tentattiv tiegħu minn freekick jistampa mal- mimduda. Il-Ġirbin skorjaw żewġ gowls fl-aħħar mumenti tal- logħba – l-ewwel wieħed fis-87 minuta meta Marcelo Pereira wara li rċieva minn corner mogħti tajjeb tas-sotsitut Mella Arriagada, xeħet fix-xibka mill-viċin u fid-90 minuta l-BOV Plejer tal-Logħba Oscar Dario Guerrero mill-viċin tefa' wara Matthew Farrugia. Vittoriosa S. - Muscat, Arab (Buttigieg 83'), Torri (Mella Arriagada 77'), Sammut (Arab Eddin 70'), Sidibe, Aguiar, Pereira, Guerrero, Brincat, Vella Critien, Spiteri Qormi - Farrugia, Bondin, Effiong, Pisani, Vella (Terrible 84'), Grech (Cantoro 69'), Sammut, Caruana, Bugeja, Quintieri, Pereira da Solva Referee - Vitalijs Spasjonnikors OSCAR DARIO GUERRERO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti waqt li skorja t-tieni gowl tal-Ġirbin fid-90 minuta Kien determinanti għal Vittoriosa Stars matul dan l-istaġun Huwa wieħed minn bosta akkwisti li għamlu Vittoriosa Stars matul is-sajf li għadda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 April 2014